Legislature:
Category:
Reset
Active:

AFM/refuġjati — Inkjesta

Question

Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk intemmitx l-inkjesta li ġiet ordnata minnu wara l-inċidenti bejn suldati ta' l-AFM u refuġjati? Jekk iva, meta tlestiet? Hemm ħsieb li kopja tagħha titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk għadha ma tlestietx, meta hemm il-ħsieb li titlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Taxxi Interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta beħsiebu jitħallas l-ammonti ta' taxxa ta' disa' snin ilu - madwar Lm400 - illi għandha tieħu din il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Multi minn Taxxi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12253 u jgħid kemm daħlu flus f'liri Maltin, f'multi u interessi, matul is-sena li għaddiet mid-dipartiment tat-taxxi interni, mid-dipartiment tal-VAT u mit-tax compliance unit rispettivament fuq taxxi u VAT dovuti rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtoritajiet Russi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ġewx diskussi xi affarijiet bilaterali ma' xi awtoritajiet Russi waqt iż-żjara tiegħu f'Moska? Jekk iva, x'kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Waqt iż-żjara tiegħu f’Moska, l-Onorevoli Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi kellu laqgħa mal-Viċi-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, l-Eċċelenza Tiegħu Yuri Fedotov, li matula ġew diskussi: - Ir-ratifika tat-Trattat Kostituzzjonali Ewropew; - L-iskambji kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi; - Ftehim dwar il-bini ta’ l-ambaxxata Maltija f’Moska; - Kif ukoll id-dejn Russu dovut lil Malta Il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi kellu wkoll laqgħa mal-Viċi-Gvernatur tar-Reġjun ta’ Kostroma, is-Sur Mikhail Bondarienko, li matula ġew diskussi modi ta’ kooperazzjoni bejn Malta u r-Reġjun ta’ Kostroma bħal ma hi l-possibbilta ta’ trasbord fil-Malta Freeport ta’ prodotti tar-reġjun ta’ Kostroma fi triqithom lejn l-Afrika ta’ Fuq kif ukoll il-possibbilta ta’ kooperazzjoni fil-qasam turistiku u edukattiv.

Servizz Pubbliku — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti statistika ta' kemm saru trips ta' safar matul is-snin 2002, 2003 u 2004 minn persuni fis-settur pubbliku kollu u cioe' jinkludi wkoll trips ta' persuni li mhux biss jaħdmu fiċ-ċivil imma wkoll fl-amministrazzjoni pubblika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Paga — Żieda fil-għoli tal-ħajja

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12192 u jgħid x'inhi r-raġuni li d-dħul tal-persuna hemm indikata la jirrifletti ż-żieda fil-promozzjonu u lanqas ta' l-għoli tal-ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12192.

VAT/income tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-average ta' ħlas fuq VAT u fuq l-income tax għall-persuna impjegata u oħra self-employed Maltija u Għawdxija għas-sena 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Aġenziji/awtoritajiet governattivi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hijiex politika tal-gvern li joħloq aġenziji u awtoritajiet minflok dipartimenti tal-gvern għax kif qal il-ministru ta' l-edukazzjoni fis-seduta 255, ta' l-ewwel jagħtu servizz aħjar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-politika tal-Gvern tiegħi hija li jingħata l-aħjar servizz u din il-politika tiggwida d-deċiżjonijiet dwar is-set up amministrattiv f’kull każ partikolari. Tajjeb li nissotolinea li irrispettivament mill-qafas amministrattiv, is-servizzi kollha huma mogħtija mill-istess Gvern.

Karti ta' l-Identita'

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11597 u jgħid, issa li pajjiżna huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea hemmx xi tibdil fil-karta ta' l-identita' bejn dawk li għandhom l-'M' u dawk li minħabba li m'humiex Maltin mit-twelid ikollhom l-ittra 'A'? Jista' jgħid jekk din tmurx kontra xi regola ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Taxxa doppja

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm u liema huma dawk it-trattati għall-ħelsien mit-taxxa doppja li qed jiġu negozjati bħalissa? Kemm minnhom ġew konklużi f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tal-VAT — Refunds

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm għandhom jingħataw flus f'refundsmid-dipartiment tat-VAT f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-25 ta’ April 2005, l-ammonti ta’ kreditu eċċessiv tal-VAT mitlub minn persuni reġistrati kien kif ġej: · Rifużjonijiet lill-persuni eżentati bi kreditu bħal esportaturi, manifatturi u produtturi oħra u li jinkludu wkoll il-Freeport – Lm2,756,943. · Rifużjonijiet lill-operaturi oħra tan-negozju – Lm7,733,883. · Ammont ta’ talbiet li għad iridu jiġu ċċekjati mid-Dipartiment lill-manifatturi, produtturi u operaturi oħra – Lm6,613,603. Il-figuri ndikati hawn fuq jinkludu talbiet magħmula minn persuni reġistrati f’Għawdex u li l-ammont huwa ta’ Lm398,403.

AFM — Membri

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew membri ta' l-armata kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin, għaliex u x'rank kellhom? kemm telqu minn jheddhom fl-istess żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

AFM — Membri nisa

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa membri fl-armata llum, x'rank għandhom u x'xogħol jagħmlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li sat-30 ta’ April 2005 fil-Forzi Armati ta’ Malta kien hemm tmienja u tletin (38) membru regolari mara. Il-gradi jew ranks tagħhom huwa kif ġej: Waħda (1) Uffiċjal Kaptan, waħda (1) Uffiċjal Kadett, waħda (1) Bombardier, tlettax (13) Lance Bombardier, wieħed u għoxrin (21) Gunner u Gunner-Rekluta. Dawn jagħmlu xogħol li jvarja minn xogħol amministrattiv, xogħol ta’ skrivana, assistenza medika, ħajjata u għassiesa. L-uffiċjal kadett bħalissa qed tattendi kors l-Ingilterra relatat ma’ xogħol ta’ uffiċjal navali bl-iskop li meta tiġi lura taħdem fl-Iskwadra Marittima.

Ministri/Segretarji Parlamentari

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu d-dħul annwali (inklużi bonuses u allowances): a) tal-Prim Ministru; b) ta' kull ministru fil-Kabinett; u c) ta' kull Segretarju Parlamentari? Minbarra dan id-dħul, il-Prim Ministru, kull ministru u kull Segretarju Parlamentari huma ntitolati għal faċilita' ta' karozza jew aktar? Jekk aktar, kemm? F'kull każ, kemm kienet l-ispiża annwali għal kull karozza, għall-provdiment u l-manutenzjoni tagħha fis-sena 2004? Il-Prim Ministru, kull ministru u kull Segretarju Parlamentari huma ntitolati għal xufier jew aktar? Jekk aktar, għal kemm-il xufier? Fil-preżent, min huma x-xufiera tal-Prim Ministru, kull ministru u Segretarju Parlamentari? Fuq liema bażi kuntrattwali huma mpjegati? Kemm għandhom salarju, bonuses u allowances kull wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara t-tweġiba li ngħatat fis-Seduta Numru 255 tat-18 ta’ April 2005, inżid ngħid li minbarra l-karozza uffiċjali, il-Prim Ministru, hu ntitolat ukoll għall-karozza oħra, f’dan il-każ Peugeot 406. Peress li l-Peugeot 406 ilha iktar minn 8 snin fis-servizz, tul is-sena 2004 saritilha dawra ġenerali li swiet Lm1800 u dan sabiex jiġi evitat li tinxtara karozza ġdida. Manutenzjoni rikorrenti oħra tul dan l-istess perjodu swiet Lm623.33 filwaqt li l-ispiża tal-fuel kienet ta’ Lm303.86.

Servizz Pubbliku — Ħaddiema fuq light duties

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proċess biex impjegat tal-gvern jingħata light duties u kif jinbeda dan il-proċess? In oltre, jista' ġentilment jgħid x'tip ta' xogħol hu kkonsidrat bħala light u x'implikazzjonijiet u/jew x'effett ikun hemm fuq is-salarju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Stati Uniti — Double taxation agreement

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi beħsiebu jieħu l-Gvern Malti dwar id-double taxation agreement ma' l-Istati Uniti bħala follow-up għaż-żjara riċenti tal-foreign and European affairs committee tal-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

ERM2

Question

Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-istudji ta' feasibility dwar is-sħubija ta' Malta fl-ERM2 kif talbet l-oppożizzjoni u kif issuġġerixxa wkoll l-ex-ministru tal-finanzi John Dalli fl-artikli tiegħu ta' "The Sunday Times" tal-Ħadd li għadda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Dwana — Laneċ

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sar minnhom il-laneċ li kellha d-dwana ta' Malta? Illum kif qed isir dak ix-xogħol li qabel kien isir bil-laneċ? Jista' jgħid jekk hux minnu li kien hemm il-ħsieb li tingħata għotja ta' lanċa minn dwana barranija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Maltco Limited

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid x’sehem messu l-gvern mil-lotteriji organizzati mill-Maltco Limited mit-twaqqif ta’ l-istess Maltco Limited ’il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.