Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħlas għal hospitality li sar mill-FMS għall-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Meta saret kull attivita'? Kemm kien l-infiq f'kull każ? Fejn saret kull attivita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammont ta` ħlas għal hospitality għall-ewwel għaxar xhur ta` l-1999 huwa kif ġej:-
02-02-99 Alstadt Restaurant 40.00
01-04-99 Santa Lucija Confectionery 160.43
24-04-99 Madliena Cottage 44.83
20-07-99 Terra Nuova Restaurant 21.74
31-07-99 Copperfield 115.20
31-07-99 La Dolce Vita St.Julians 111.74
31-07-99 Biagis Restaurant 76.20
31-07-99 Cafe Maroush 29.72
02-08-99 Nostalgia 104.35
07-08-99 Mellieħa Bay 394.48
12-08-99 Porto Palo 52.17
12-08-99 Barracuda Restaurant 52.17
13-08-99 Il Fornaio 4.04
23-08-99 Neriku 83.00
30-08-99 Giuseppi's Restaurant 72.22
31-08-99 Madliena Cottage 56.52
-----------
1418.81
-----------
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet n-nefqa mill-FMS f'kartolini għal Milied u f'post għalihom għal Milied ta' 1997 u ta' l-1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Din kienet in-nefqa fżkartolini u pustaġġ għas-snin 1997 u 1998.
1997 1998
------ ------
Spiża għax-xiri 36.00 36.00
Spiża għal stampar adizzjonali 23.00 12.49
Spiża Postali 7.66 15.00
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mill-FMSS u l-FMS sena b'sena mit-twaqqif tagħhom? X'tip u x'għamla huma f'kull każ? Kemm kienet in-nefqa f'kull każ? Kemm mistennija jinxtraw karozzi oħra sa l-aħħar tas-sena u kemm hemm vot f'kull każ? Kemm hemm karozzi li huma ordnati u li l-FMS qed tistenna li jingħataw lilha mill-aġent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dawn huma l-karozzi li nxtraw mill-FMSS u l-FMS sena b'sena mit-twaqqif
tagħhom.
LM
-----------
22-12-93 Toyota Carina TFC 530 6269.75
22-12-93 Toyota Corolla TFC 529 6042.75
20-05-97 Rover 414 FMS 100 10,065.00
07-04-99 Alfa Romeo 156 CBF 751 (Exc. VAT) 12,915
20-07-99 Fiat Brava 1.9 TD SEX FBJ 807 (Exc. VAT) 7480
20-07-99 Fiat Brava 1.9 TD SEX FBL 216 (Exc. VAT) 7480
-----------
50,252.50
-----------
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għandha l-ħsieb li tixtri karozza oħra sa l-aħħar tas-sena. Il-vot għad irid jiġi determinat.
Sa issa l-Fondazzjoni ma ordnat l-ebda karozza u għaldaqstant ma hiex tistenna karozzi mingħand aġenti.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk nurse li jkun assenjat light duties minħabba raġunijiet mediċi li jkunu approvati minn ċertifikati mediċi ta'speċjalisti, jitlifx l-increaments sempliċement għax ikun qed jaħdem on light duty fi sptar tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-perijodu li fih impjegati tal-Gvern ikunu qed jaħdmu fuq 'light duty' ma jgħoddilhomx biex jieħdu l-'increment', ħlief fil-każ speċifiku meta dawn jaħdmu 'light duty' bħala riżultat ta' korriment waqt ix-xogħol. Dan ir-regolament ġie maħruġ mill-uffiċċju tal-Prim Ministru fl-10 ta' Settembru 1996 u kopja tiegħu qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent daħal fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza sa l-aħħar ta' Ottubru 1999 wara inċidenti tat-traffiku?
Kemm minnhom intbagħtu ġewwa t-taqsima tal-kura intensiva?
Kemm minnhom tilfu ħajjithom?
Kemm-il pazjent daħal fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza sa l-aħħar ta' Ottubru 1998 wara inċidenti tat-traffiku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pazjenti li daħlu fid-Dipartiment ta` l-Emerġenza sa l-aħħar ta` Ottubru 1999 wara inċidenti tat-traffiku kienu hekk:
January 47
February 59
March 57
April 49
May 87
June 80
July 114
August 80
September 69
October 77
------------------------
Total 719
------------------------
Ġewwa t-taqsima tal-kura intesiva intbagħtu 29 pazjent.
Pazjenti li tilfu ħajjithom kien hemm 5.
Il-pazjenti li daħlu fid-Dipartiment ta` inċidenti tat-traffiku kienu hekk:
January 26
February 34
March 32
April 33
May 52
June 58
July 67
August 46
September 69
October 55
---------------------------
Total 472
---------------------------
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien se jiġbor oriġinarjament il-gvern mit-taxxa ta' 50c fuq kull item fuq ir-riċetti tal-mediċina?
Kemm kien ippjanat li jiġbor il-gvern preċedenti meta wara kritika ħarxa biddel it-taxxa ta' 50c għal fuq kull riċetta u mhux fuq kull item?
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hu maħsub bejn wieħed u ieħor li ffranka flus il-poplu Malti kemm ilu li neħħa għal kollox din it-taxxa il-gvern preżenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond id-Diskors tal-Budget 1998 (paġna 85), il-Gvern kien qed jistenna li jdaħħal is-somma ta' Lm1.3 miljun.
Ibbażaha fuq in-numru ta' pazjenti li attendew l-ispiżeriji tal-Gvern matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena huwa stmat li l-poplu ffranka s-somma ta' Lm246,554.50.
Mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Novembru, 1999 kemm-il operazzjoni saret taħt GA (General Anaesthesia); kemm saru taħt spinal anaesthesia u kemm saru taħt local anaesthesia fl-isptarijiet St. Luke's u Karen Grech?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi n-numru huwa kbir l-informazzjoni għada qed tiġi miġbura.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx ambulanzi għad-Dipartiment tas-Saħħa fl-aħħar ġimgħat?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn humiex ġodda jew second hand?
Kemm swew dawn l-ambulanzi?
Mil-liema kumpannija nxtraw l-ambulanzi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dan l-aħħar inxtraw sitt ambulanzi 'second hand' għad-Dipartiment tas-Saħħa.
Dawn li swew Stg 87000 inxtraw mingħand
ASSCO GROUP LTD
Yorkshire Palace 15
Argyle Street
Kings Cross
London WCIH 8EA
UK
Ġie deċiż li d-Diviżjoni tieħu dan il-pass minħabba l-bżonn urġenti li jinbidlu l-ambulanzi li kien hemm li kien ilhom mill-1981 u li kienu qdiemu ħafna.
Dawn se jservu sakemm jinxtraw il-ġodda.
Jista' l-Ministru jikkonferma li ħaddiem mill-iSptar Monte Carmeli nqabad jisraq is-cement mill-istess sptar?
X'passi ttieħdu f'dan il-każ? Kienu nvoluti l-pulizija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Awtoritajiet ma rċevew ebda rapport li kien hawn xi serq ta` cement mill-Isptar Monte Carmeli.
Billi riċentement fil-ġurnali kien allegat li ħaddiem fid-Dipartiment tas-Saħħa ħa flus biex jirranġa transfer ta' persuna oħra fid-Dipartiment tas-Saħħa, jista' l-Ministru jgħid jekk xi ħadd minn dawn l-impjegati ġiex sospiż mix-xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li m'hemm ħadd sospiż mix-xogħol rigward il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li l-każ ġie mgħoddi mill-ewwel f'idejn il-Pulizija għall-investigazzjonijiet neċessarji. Il-prassi hi li jittieħdu aktar passi skond il-ħtieġa malli jiġi iffinalizzat r-rapport tal-Pulizija u jintbagħat lid-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kwotazzjonijiet għal xiri ta' apparat industrijali tat-tindif fl-isptarijiet?
F'kull każ, minn min saru l-kwotazzjonijiet?
Kemm kien il-valur ta' kull kwotazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L -informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li żaru faċilitajiet ta' trattament bil-microwave ta' skart ta' l-isptarijiet barra minn Malta?
Meta marru jaraw dan il-faċilitajiet?
Min ħallas għal din iż-żjara barra minn Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Iż-żjara msemmija kienet parti minn fact finding mission tad-Dipartiment tas-Saħħa bi preparazzjoni għat-tibdiliet meħtieġa fis-sistema ta` clinical waste management li hemm bżonn li jiġu attwati lokalment sabiex jintlaħaq livell konformi ma` dawk fl-isptarijiet Ewropej. Iż-żjara saret f'Mejju li għadda mill-Infection Control Officer tad-Dipartiment kif ukoll mill-Ispettur sanitarju responsabbli mill-iskart kliniku. L-ispejjeż taż-żjara tħallsu mid-Diviżjoni tas-Saħħa. Tul iż-żjara saru laqgħat mad-Direttur tal-Hospital Infection Division tal-PHLS u diriġenti ta` waste management fl-isptarijiet Royal Brompton u Chase Farm Hospital ta` Londra. Id-delagazzjoni rat ukoll il-faċilita` ta` microwave waste disinfection ġewwa Enfield.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħlas għal hospitality li sar mill-FMSS għas-sena 1995?
Meta saret kull attivita'? Kemm kien l-infiq f'kull każ? Fejn saret kull attivita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammont ta` ħlas għal hospitality fis-sena 1995 kien kif ġej:-
24-05-95 The Carriage Restaurant 53.17
16-06-95 Ponte Vecchio Restaurant 25.60
01-09-95 Villa Arrigo Ltd. 24.88
13-09-95 Ta` Grabiel Restaurant 54.70
13-09-95 The Arches 75.55
20-11-95 The Carriage 37.80
04-05-95 Petty Cash Various 13.17
---------
284.87
---------
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Boffa? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-27 t' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 saru 7 trasferimenti lill-ħaddiema ta' l-Isptar Boffa. Minnhom 5 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar Boffa mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fl-isptar Boffa mis-27 t'April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Monte Carmeli? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-27 t'April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 saru 20 trasferiment ta' ħaddiema ta' l-Isptar Monte Carmeli. Minnhom 15 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar Monte Carmeli mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-27 t'April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 ġew impjegati sitt (6) ħaddiema ġodda. Dawn huma 5 Staff Nurse u 1 Enrolled Nurse li ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm isiru fuq bażi permanenti wara li toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet. Fil-fatt is-sejħiet għall-mili ta' postijiet ta' Staff Nurse u Enrolled Nurse ħarġu fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta' Lulju 1999 u tat-28 ta' Settembru 1999 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel u xi pjanijiet għandu l-Ministeru tas-Saħħa fejn tidħol ir-riforma tal-kura mentali?
X'sar f'dan il-qasam taħt gvern preċedenti mmexxi mill-Partit Laburista?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li l-pjanijiet tal-Ministeru tas-Saħħa huma bbażata fuq il-policy skond dokument ``National Mental Health Services'' miktub mid-Dipartiment tal-Policy u Ppjanar fil-qasam tas-Saħħa fl-1995. Tlestiet ir-riforma fis-sistema finanzjarja u maniġerjali ta` l-Isptar Monte Carmeli li qed tagħti kontroll fuq in-nefqa, qed jinqata` l-ħela u daħlet ir-responsabilita` u l-akkontabilita` fuq l-użu tar-riżorsi. Tlestew ukoll il-protokolli amministrattivi fl-areas ta` priorita` fl-isptar. Dawn ser jiġu mplimentati fix-xhur li ġejjin sabiex nassiguraw li l-kura tingħata b'mod personalizzata, ħolistika u f'waqtha.
Ingħalqet Ward 10, u qed isiru pjanijiet biex tinfetaħ ward forensika. Tlestew il-pjanijiet biex tiġi refurbished Female Ward 6, li ser tibda tintuża bħala Mixed Admission Ward. Saru diversi proġetti kapitali biex jitjieb l-ambjent ta` diversi swali li kien ilhom mitluqa. Sar taħriġ estensiv lill-managers ta` l-isptar u l-kapijiet ta` diversi sezzjonijiet biex jingħatawlhom l-iskills maniġerjali neċessarji sabiex ikunu effettivi fir-rwol tagħhom.
Tkompliet u ssaħħet il-kollaborazzjoni mall-Ministeru tal-Politika Soċjali, mal-Housing u ma` l-ETC, sabiex komplejna nintegraw lill-pazjenti fil-komunita` bl-aktar mod indipendenti possibbli.
Id-deċiżjoni li għall-ewwel darba titneħħa n-numerus clausus mill-kors tal-mediċina kif se taffettwa fit-tul lid-Dipartiment tas-Saħħa din id-deċiżjoni li għandha twassal biex jiggradwaw aktar tobba fis-snin li ġejjin?
Meta kien iddaħħal għall-ewwel darba in-numerus clausus fil-kors tal-mediċina?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minkejja li l-kors tal-mediċina kien qiegħed jibda kull sena n-nuqqas tat-tobba sal-lum għadu magħna.
Fit-tul din id-deċiżjoni għandha taffetwa posittivament lid-Diviżjoni tas-Saħħa billi ma jkunx hemm aktar nuqqas ta` tobba fis-servizz, u billi jkun jista` li t-tobba jibdew jaħdmu ġimgħa ta` siegħa. Dan ilu jintalab mill-Assoċjazzjoni tat-tobba stess.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li minħabba n-nuqqas preżenti ta' tobba hemm żewġ Ċentri tas-Saħħa li ma jistgħux joffru is-servizzi kollha.
Billi t-tieni parti tal-mistoqsija tikkonċerna l-Universita`, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.
Billi hawn numru ta' persuni affetwati bil-Hepatitis B, C u HIV/AIDS jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm nefaq flus id-dipartiment fuq kura ta' dawn il-persuni, fuq medda ta' sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinġabarx.