Tista' il-Ministru tara li jiġi rranġat l-iżball min-naħa tad-dipartiment tas-servizzi soċjali li ħareġ pensjoni inqas milli suppost lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tara li l-anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tibbenefika mill-inizjattiva ta' l-awtorita' tad-djar care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minkejja li ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita' tad-Djar ser tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' il-Ministru tgħid meta se jibda x-xogħol fuq ir-residenza - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - liema xogħol ġie approvat u ftit tax-xhur ilu kien intqal li kellu jibda malajr?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li x-xogħol li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant tlesta mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar.
Tista' il-Ministru tara li jiġi nvestigat il-każ ta' persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li ma ħaditx il-flus kollha mill-awtorita' tad-djar? Tista' din l-anzjana tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar approvat somma biex il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tagħmel xogħol kemm ta' bdil ta' madum kif ukoll ta' rranġar ta' twieqi. Fil-fatt din il-persuna ddeċidiet li ma tibdilx il-madum u għalhekk is-somma mogħtija tkopri biss dik approvata għall-irranġar tat-twieqi.
Tista' il-Ministru tagħtini figuri li juru kemm kien hemm nies li rrikorrew għand is-SEDQA din is-sena biex tgħinhom jegħlbu l-problema tax-xorb tagħhom? Liema kienet l-iżgħar eta'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena rrikorrew 282 persuna għand l-Aġenzija Sedqa għall-għajnuna minħabba l-problema ta' abbuż mill-alkoħol. L-iżgħar persuna kellha 16-il sena.
Sigurta' Soċjali — Persuni li applikaw biex jiġu boarded out
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni/ħaddiema li applikaw biex jiġu boarded out fis-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 (s'issa)? Kemm minnhom ġew boarded out?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ebda Dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm statistika dwar persuni/ħaddiema li applikaw biex jiġu boarded out minn fuq ix-xogħol. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni dwar in-numru ta' talbiet u talbiet aċċettati għall-Pensjoni għall-Invalidita' mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Rapporti ta' squatters
Question
Tista' il-Ministru tgħid, b'riferenza għad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali, kemm dan għandu rapporti ta' squatters li għadhom ma ġewx konfermati u kemm li ġew konfermati u mgħoddija lill-pulizija għall-azzjoni, iżda għadhom mhux esegwiti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux rapporti li għadhom mhux konfermati dwar squatters. Ninsab infurmata wkoll li kull rapport f'dan ir-rigward ġie mgħoddi lill-pulizija.
Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet ir-reviżjoni tal-pensjoni ta' l-ex-ħaddiema ta' l-S.Steel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 8213, f'Seduta 176, liema Tweġiba tapplika wkoll għall-pensjonanti li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid, sakemm dan ma jikkaġunax xi preġudizzju għall-operat tal-Ministeru f'dan is-suġġett, kemm ġew indikati siti sabiex iservu bħala open centres fejn jiġu miżmuma l-immigranti llegali li jiġu pajjiżna u sa meta dawn se jkunu qed jintużaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minbarra blokki viċin il-kumplessi eżistenti Ħal-Far u sit f'Ħal-Balzan, li diġa' qed iservu bħala Open Centres għall-immigranti rregolari, ġew identifikati diversi siti oħra li possibilment jistgħu jservu għal dan l-iskop. Fost dawn hemm l-ex skola teknika fil-Marsa li x-xogħol fuqha hu mistenni jibda f'qasir żmien.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-persuni li rċevew il-pensjoni tal-wens? X'ammont ta' flus tħallas mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali kull sena minn mindu ġiet introdotta din il-miżura soċjali f'dan il-pajjiż minn Gvern Nazzjonalista? Kemm hemm benefiċċjarji u x'ammont tħallas s'issa din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Pensjoni tal-Wens ġiet introdotta fis-sena 1992. F'dik is-sena kien hemm 17 l-applikant li ġew imħallsa fl-1993 bl-arretrati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' benefiċjarji u l-ammont imħallas kull sena, sa Ottubru 2004.
Tista’ il-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma tikkwalifikax għall-għajnuna supplimentari (Lm28)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-awtorita' tad-djar milli tapprova t-talba tal-familja - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - biex jixtru darhom, talba li ilha pendenti snin sħaħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma tistax tiffinalizza l-kuntratt tax-xiri tar-residenza mill-familja ndikata mill-Onor. Interpellant qabel ma jsir it-trasferiment lill-Awtorita' ta' l-art li fuqha hemm mibnija d-dar.
Sigurta' Soċjali — Persuni ntitolati għall-kartuna r-roża
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8203 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilha u cioe' tista' il-Ministru tgħid min hu ntitolat għall-kartuna r-roża? Liema huma l-kondizzjonijiet mediċi u kif jinħadem il-means test?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Permezz tal-karta r-roża, kap ta' familja jew xi membru tal-familja tiegħu jew tagħha jkunu ntitolati b'xejn għall-mediċini, nuċċalijiet, dentaturi jew għajnuniet prostetiċi oħra disponibbli li fil-fehma ta' l-Uffiċjal Mediku Prinċipali tal-Gvern ikunu ndikati fil-każ tal-persuna konċernata.
Biex persuna tkun intitolata għall-karta r-roża trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet:
a) l-assi kapitali tal-familja ma jridux jeċċedu, f'każ ta' persuna weħidha Lm4,000 u f'każ ta' koppja miżżewġa Lm7,000, u
b) id-dhul kollu fil-ġimgħa tal-membri kollha tal-familja, ikkalkulati skond it-Taqsima III tat-Tieni Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jridx jeċċedi l-iskali stabbiliti fit-Tmien Skeda ta' l-imsemmi Att.
Dawn il-kundizzjonijiet ma japplikawx jekk persuna tkun issofri minn tuberkolosi, lebbra, poliomyelitis jew minn diabete mellitus jew mill-effetti ta' wara ta' dawn il-mardiet, jew jekk tkun issofri minn xi waħda mill-mardiet jew kundizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima II tal-Ħames Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta Soċjali.
Tista' il-Ministru tinformana jekk immigrant illegali huwiex intitolat għal xi benefiċċju soċjali? Jekk fl-affermattiv, kemm? X'nefaq id-dipartiment f'dawn il-benefiċċji sal-31 ta' Ottubru 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tieni Parti tat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7374 f'Seduta Numru 165.
Tista' il-Ministru tgħid kemm persuni nqatgħalhom xi benefiċċju soċjali minħabba li nqabdu jabbużaw mis-sistema fis-snin 2002, 2003, 2004 (s'issa)? Xi kemm iffranka flus il-gvern bl-iskoperta ta' dawn l-abbużi fis-snin imsemmija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tara li l-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tibbenefika mis-servizz ta' care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minkejja li ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita' tad-Djar ser tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' il-Ministru tara li jinħareġ iċ-ċekk ta' single mother - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li twaqqaf peress li kien hemm żball mid-dipartiment meta din il-persuna m'għandha l-ebda dħul finanzjarju? Tista' il-Ministru tara li dan il-każ jiġi rimedjat mill-aktar fis possibbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.