Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ta' opri tal-baħar saret li ġiet rappurtata lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, is-serq ta' dgħajjes rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej:-
.
Malta
Għawdex
Total
Jannar
5
0
5
Frar
2
0
2
Marzu
0
0
0
April
0
1
1
8
Jista' l-Ministru jagħti l-ammonti ta' appelli li saru fil-Qorti ta' l-Appell minn sentenzi tal-Qorti tal-Familja bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-1 ta' Jannar 2008? Kemm hu dan l-ammont bħala persentaġġ ta' l-appelli kollha li saru? Kif jitqabbel dan ir-ratio mar-ratio ta' kawżi fil-Qorti tal-Familja introdotti fil-perijodu de qua mat-total tal-kawżi ċivili introdotti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar 2007 u l-ewwel ta’ Jannar 2008 kien hemm 33 appell minn sentenzi tal-Qorti tal-Familja.
Dan l-ammont huwa 5.91 fil-mija tal-appelli kollha li ġew deċiżi matul l-istess perjodu.
Meta wieħed iqabbel in-numru ta’ kawzi fil-Qorti tal-familja li ġew introdotti fil-perjodu msemmi mat-total ta kawzi ċivili kollha introdooti fl-istess perjodu dan jagħti ratio ta’ kawża fil-Qorti tal-Familja għal kull 2.4 kawzi ċivili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru tar-residenti fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin maqsuma skond dawk issentenzjati u dawk li għadhom qed jistennew is-sentenza? Jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalita’ huma? Kemm hemm minnhom li qed jiskontaw sentenza ta’ għomor il-ħabs?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm ġurijiet pendenti quddiem il-Qorti Kriminali? Kemm hemm imħallfin speċifikament assenjati għall-Qorti Kriminali? Biex jitħaffef ix-xogħol qed ikun hemm każi fejn żewġ ġurijiet jistgħu jsiru fl-istess ħin f'awli differenti u dan anke biex l-istess akkużati ma jdumux jistennew snin sħaħ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm erbgħin (40) ġuri pendenti quddiem il-Qorti Kriminali, filwaqt li hemm imħallef wieħed li hu speċifikament assenjat għal din l-istess Qorti.
Infurmat ukoll illi t-tweġiba għal aħħar parti tal-Mistoqsija hija fl-affermattiv u qed ikun hemm numru ta` drabi meta jsiru żewġ ġurijiet fl-istess ħin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet li għad iridu isiru fuq akkużi ta’ omiċidju, u attentat ta' omiċidju? Kemm hemm persuni akkużati li huma ta' nazzjonalita` barranija? Kemm ilu l-aktar akkużat li ilu jistenna biex jgħaddi ġuri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm għaxar (10) ġurijiet li għad iridu jsiru fuq akkużi ta` omiċidju, filwaqt li hemm tnax (12) -il ġuri li għad iridu jsiru fuq l-akkużi ta` attentat ta` omiċidju. Hemm żewġ (2) persuni ta` nazzjonalita` barranija, wieħed akkużat b`omiċidju u ieħor akkużat b`attentat ta` omiċidju.
Infurmat ukoll illi l-aktar akkużat li ilu jistenna biex jgħaddi ġuri ilu ħames (5) snin jistenna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti fuq akkużi ta' pussess u traffikar ta' droga u ta’ traffikar ta' droga? Kemm hemm persuni ta' nazzjonalita` barranija li huma akkużati? Kemm ilu l-aktar li ilu jistenna biex jgħaddi ġuri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm tlettax (13) -il ġuri pendenti fuq akkużi ta` pussess u traffikar ta` droga u li erba` (4) atti ta` akkuża huma kontra sitt (6) persuni ta` nazzjonalita` barranija.
Infurmat ukoll illi l-aktar akkuża li ilha quddiem il-Qorti Kriminali hija dik kontra barrani u ilha minn Lulju 2002.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti fuq akkużi ta' frodi u ta’ serq? Kemm hemm persuni ta' nazzjonalita` barranija li huma akkużati? Kemm ilu l-aktar li ilu jistenna biex jgħaddi ġuri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi m`hemm ebda ġuri pendenti fuq akkużi ta` frodi filwaqt li hemm ġuri wieħed pendenti fuq akkużi ta` serq biss kif ukoll tlett ġurijiet oħra pendenti dwar serq u omiċidju.
Infurmat ukoll illi hemm persuna barranija li hija akkużata b`serq, filwaqt li l-aktar li ilha tistenna persuna biex tgħaddi ġuri hu 5 snin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti fuq abbużi sesswali gravi? Kemm hemm persuni akkużati li huma barranin? Kemm ilu jistenna l-aktar każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma hemm ebda ġuri pendenti fuq abbużi sesswali gravi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appelli jistennew għad-deċiżjoni tal-Qorti Kriminali wara ġurijiet? Kemm ilu l-aktar li ilu jistenna deċiżjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm erbgħa u tletin appell li qed jistennew għad-deċiżjoni tal-Qorti Kriminali wara ġurijiet. L-aktar li ilu jistenna deċiżjoni huwa persuna li l-ġuri tiegħu kien ġie deċiż fil-21 ta` Ottubru, 1997.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas ta' overtime biex infermiera jitħaddmu fil-ward 10 ta' l-isptar Monte Carmeli meta jkun hemm ħabsin għall-kura?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-infermiera li jaħdmu ġewwa Ward 10 ta` l-isptar Monte Carmeli jitħallsu mid-Dipartiment tas-Saħħa u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinfurmani fejn waslet it-talba tad-dilettanti Mellieħin sabiex tiġi żviluppata r-range tal-plattini f'dan il-lokal ? X'qed iżomm din it-talba u għaliex għadha ma ġietx approvata meta ilha daqstant pendenti ?
Response (BORG, TONIO)
Il-proċedura li għandha tiġi segwita hi din:
Issir talba lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, wara clearance mill-Kunsill Malti ta` l-Isport. Jekk jinħareġ permess mill-MEPA u l-art tkun tal-Gvern, tkun tista` tiġi allokata il-proprjeta`. Japprezza għalhekk l-Onorevoli Membru, li d-Dipartiment li jaqa` taħti jidħol biss fil-fażi finali.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-garaxxijiet/store li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, humiex okkupati minn entitajiet jew dipartimenti tal-gvern jew inkella jekk humiex okkupati mingħajr titolu minn individwi privati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern il-garaxxijiet indikati mill-Onorevoli Interpellant huma proprjeta` tal-Gvern u huma kollha mikrija lil dipartimenti tal-Gvern. Sa fejn taf it-Taqsima dawn il-garaxxijiet huma okkupati mid-Dipartimenti rispettivi li għandhom il-kirja.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tar-reati kriminali, klassifikati, li ġew imwettqa minn persuni bejn l-eta' ta' 15 u 30 sena bejn is-snin 1998 u 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' persuni bejn l-eta' ta' 15 u 30 sena li nstabu ħatja ta' reati kriminali u li huma riċedivi bejn is-snin 1998 u 2003? Jista' jispeċifika f'liema reati dawn il-persuni rriżulta li huma riċedivi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serq matul Jannar 2004? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Jannar 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar 2004 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 29 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serq matul Frar 2004? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Frar 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Frar 2004 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 33 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Jannar 2004? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Jannar 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi matul Jannar 2004 kien hemm 265 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Frar 2004? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Frar 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Frar 2004 kien hemm 224 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-qorti matul l-aħħar ħames snin għax waqt li kienu qed iservu ta' ġurati nstab li kienu mxaħħma minn akkużati biex jagħtu l-verdett li jaqblilhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin ma kienx hemm ebda persuna li tressqet il-Qorti fuq l-akkuża msemmija mill-Onor. Interpellant.