Jista' l-Ministru jgħid meta t-tfajliet ta' l-iskola Erin Seracino Inglott, klassi 3D se jkollhom għalliema tal-Physics, peress li qed jingħad li m' hemmx min jgħallem lil dawn l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qed jittieħdu l-passi biex jinstab għalliem tal-fiżika għal dawn l-istudenti f'din l-iskola.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li applikaw għall-istituzzjonijiet post-sekondarji f' Malta u Għawdex (esklużi dawk tal-MCAST u Junior College) u kemm minnhom ġew aċċettati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' applikakanti għall-Istituzzjonijiet Post-Sekondarji esklużi dawk tal-MCAST, Junior College u Privati huwa kif ġej:
Istituzzjonijiet Numru ta' Numru ta'
Applikanti Studenti
Aċċettati
Kulleġġ ta' l-Agrikoltura 17 17
Skola tax-Xagħar u Sbuħija 184 66
Skola Pre-Vokazzjonali (Kulleġġ Mother Teresa) 100 100
Skola ta' l-Edukazzjoni Bikrija 88 50
Istitut Tekniku Mikielanġ Sapiano 68 68
Skola Tas-Snajja' Umberto Calosso 12 12
Skola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi 1070 1070
Total Malta 1539 1383
Ċentru ta' l-Edukazzjoni Ogħla Għawdex 221 221
Total Malta u Għawdex 1760 1604
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal jattendu sena, b' sena fl-iskola primarja ta' tas-Sliema f' din is-sena skolastika? Jikkunsidra l-bżonn li biex jiġu mgħejjuna aħjar l-istudenti fi klassijiet bħal dik tal-ħames sena jinqasam f' żewġ gruppi f' żewġ klassijiet differenti b' għalliema differenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola primarja ta' tas-Sliema din is-sena skolastika hemm:
Żewġ klassijiet tal-Year 1 b'14-il student u special needs, il-waħda.
Klassi tal-Year 2 bi 22 student.
Żewġ klassijiet tal-Year 3 b'16-il student u special needs, il-waħda.
Klassi tal-Year 4 b'26 student.
Klassi tal-Year 5 b'20 student.
U żewġ klassijiet tal-Year 6 - waħda b'23 student u l-oħra b'16-il studenti u special needs.
Peress li l-klassi tal-Year 5 hija magħmula minn 20 sutdent l-edukaturi tad-Diviżjoni huma tal-parir li ma hemmx il-bżonn li din il-klassi tinqasam.
Jista' l-Ministru jgħid kif iħares il-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva lejn dak li ntqal lil omm li isimha qed jintbagħat separat li għanha tifla b' diżabilita' tattendi l-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex u qalulha li trid tiġi l-omm mid-dar biex it-tifla tittieħed it-toilet? Aċċettabbli mġieba bħal din min-naħa ta' l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-omm li għamlet l-ilment ġiet mitluba tiġi l-iskola nhar it-Tnejn 24 ta' Settembru biss, propju fl-ewwel jum ta' l-iskola, u dan sar sabiex l-omm tkun tista' turi l-facilitator kif għandha tgħin lit-tifla fit-'toileting'. Dan sar għall-ġid tat-tifla stess. L-omm ma ġietx imsejħa f'ebda ġurnata oħra. Aċċettabbli din l-imġieba min-naħa ta' l-iskola għall-Onor. Membru?
Jista' l-Ministru jghid x' kienu r-raġunijiet li għalihom il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ma ġiex aċċettat bħala lecturer fil-fotografija fl-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-individwu konċernat ma hux eliġibbli għal post ta' lecturer.
Ġejt assigurat li l-Bord ta' l-Għażla segwa l-proċedura stabbilita. Mhux kompitu tiegħi li nidħol fir-raġunijiet ta' l-għażla li jagħmel il-Bord ta' l-Għażla.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li għaddiet minn 9 suġġetti 'Sec' ma ġietx aċċettata għall-kors 'Diploma in Design' fl-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn? Dawk kollha li ġew aċċettati f' dan il-kors ġabu kwalifiki aħjar minn din l-istudenta?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab assigurat li l-istudenti li ġew aċċettati s'issa f'dan l-Istitut kollha kellhom kwalifiki li tawhom marki skond is-sistema aħjar minn tal-persuna imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-mistoqsija nmr 28008, minn fejn huma l-impjegati msemmija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-impjegati li d-dettalji tagħhom ingħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28008 huma mil-lokalitajiet kif se nsemmi:
Joseph Tabone Marsaxlokk
Frans Gafa` Gudja
Charmaine Aquilina Marsa
Michael Micallef Gżira
Jista' l-Ministru jgħid peress li l-Ministeru tiegħek huwa responsabbli għall-Mużew tal-Istorja Naturali fl-Imdina, ġie ikkonsultat dwar l-għotja b' kera ta' parti ta' dan il-bini għal tieġ privat li sar fil-15 ta' Settembru?
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda l-Proġett tal-bini tal-Iskola Primarja ta' Pembroke minflok dik eżistenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qiegħda f'taħditiet ma' l-awtoritajiet konċernati biex jiġi identifikat sit alternattiv, liema sit irid ikun addatat għal skola moderna kif inhu meħtieġ mill-Kurrikulu Nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid in vista tal-aħħar domanda parlamentari jinforma l-kamra f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq l-kumpless sportiv ġewwa l-kottonera u kemm intefqu flus sal-15 ta' Settembru 2001 fuqu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol fuq il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera miexi bil-pass kif kien programmat. S'issa tlestew il-kolonni kollha sa' l-ewwel sular u beda wkoll jissaqqaf l-ewwel sular.
Sal-15 ta' Settembru 2001 intnefqu dawn il-flus:
Skavar Lm110,104
Kostruzzjoni Lm210,526
Spejjeż Anċillari Lm 16,473
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy rigward l-ikel li jinbiegħ mill-ħwienet tal-ikel fl-iskejjel tal-gvern u tal-knisja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kull kuntrattur li jmexxi 'tuckshop' fl-iskejjel għandu jimxi mar-regoli tal-kuntratt para 6 dwar x'għandu u x'mgħandux jinbiegħ mit-'tuckshop'.
Jintalbu jsiru spezzjonijiet ukoll mid-Dipartiment tas-Saħħa. Fejn jinsabu xi irregolaritajiet dawn jiġu rranġati mill-kuntrattur u/jew mill-kap ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' lmenti li saru minn studenti barranin fil-konfront ta' skejjel li jagħllmu l-Ingliz fix-xhur Mejju-Awissu 2001? X'tip ta' lmenti saru passi ttieħdu f'dawn il-każi?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex l-art li ġiet esproprijata għal estensjoni ta' skola Kindergarten/Primarja fl-area magħrufa 'Ta' Lourdes' f' Raħal Ġdid, qatt ma ġiet utilizzata? (Educ 146/94) Għaliex wara li ħareġ il-Permess mill-Awtorita ta' l-Ippjanar Ref: PA 2408/98 għal iżvilupp ta' estensjoni baqa' ma' ġiex implimentat? Jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni mhux sejjer jagħmel użu minn din l-art jikkonsidrax li din l-art tiġi rilaxxjata lil sidha? (Lands 192/94)
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjon qiegħdha ssegwi mill-qrib l-istatistika demografika tal-lokal, s'issa għadha ma ġietx utilizzata l-art li ġiet esproprijata għal Ċentru ġdid tal-Kindergarten fiż-żona magħrufa bħala "Ta' Lourdes" f'Raħal Ġdid. Kien għalhekk biss li għadu ma ġiex implimentat l-iżvilupp kif approvat mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Għalhekk għadu prematur għall-Gvern biex jieħu d-deċiżjoni li jirrilaxxa l-art li d-Dipartiment ta' l-Artijiet kien esproprija għal dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm facilitators jaħdmu fil-Gzira Għawdxija? X'inhuma l-kriterji li jintitolaw persuna li jkollha facilitators magħha? X'inhuma x-xogħoil ta' facilitator u cioe d-dmirijiet u d-doversi tagħhom fuq il-post tax-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li:
1. In-numru ta' facilitators f'Għawdex huwa 45
2. Persuna tkun intitolata għal facilitator meta jiddikkjara hekk
il-Moderating Statementing Panel.
3. Id-dmirijiet u d-doveri ta' facilitator fuq il-post tax-xogħol
huma determinati mill-ftehim bejn il-Malta Union of Teachers
u l-Gvern tat-13 ta' Lulju 1955 - Appendiċi B u Appendiċi D,
li kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2000-20001 kemm-il inizjattiva ġiet organizzata mill-assoċjazzjoni għall-kunsilli skolastiċi fejn intalbet il-korporazzjoni tal-ministeru u/jew id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? X'kienu dawn l-inizjattivi u meta ġew organizzati? X'koperazzjoni ngħatat f'dawn l-inizjattivi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fost id-diversi inizjattivi organizzati mill-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel matul is-sena skolastika 2000-2001, ġew organizzati żewġ korsijiet għall-ġenituri (Ġenituri Mħarrġa - Kunsilli Effettivi) b'kollaborazzjoni mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Dawn il-korsijiet kienu maħsuba sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jagħtu kontribut akbar fil-kunsilli ta' l-iskejjel, u saru bejn l-14 u d-29 ta' Novembru 2000. Il-lecturers kienu mħallsa mid-Dipartiment tal-Further Studies and Adult Education.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad hemm impjegati jaħdmu fil-Housecraft, St. Publius Street, Floriana? X'inhu x-xogħol tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Guidance and Counselling Unti, li qiegħed f'St Publius Street, Floriana, hemm jaħdmu:
1 Education Officer,
12-il Counsellor,
2 Guidance Teachers i/c mill-Carreers' Seminars for School leavers,
1 graphical officer,
1 clerk,
1 general hand,
1 driver.
F'dan il-post isiru kuljum 3 sessjonijiet dwar il-Karrieri lill-istudenti tal-Form 4 u Form 5 tal-Junior Lyceums u l-iskejjel sekondarji li jiltaqgħu madwar 30 jew 50 student kull sessjoni. Jiġifieri jingħata servizzi lil madwar 120 student/a kuljum. It-timetable għas-sena skolastika 2001 - 2002 diġa ntbagħtet lill-istudenti. F'dan il-post isir ukoll taħriġ "on-going" lil 12-il Counsellor u 125-il Guidance Teacher ta' l-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u Indipendenti.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex fejn qed isir skavar ta' fdalijiet storiċi koordinat mid-Dipartiment tal-Mużewijiet fil-mument? Meta huwa maħsub li jiġu finalizzati hawn ix-xogħlijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa d-Dipartiment tal-Mużewijiet huwa involut u qed jikkordina numru ta' skavi arkeoloġiċi kemm b'kollaborazzjoni ma' entitajiet Universitarji, kif ukoll b'riżultat ta' monitoring ta' żvilupp ta' artijiet. Dawn l-iskavi huma:
* Skavi Arkeoloġiċi u ta' Konservazzjoni f'Tas-Silġ (Marsaxlokk) u f'San Pawl Milqi (Burmarrad) f'kollaborazzjoni mal-Missione Archeologica Italiana a Malta.
* Skavi Arkeoloġiċi f'Tas-Silġ (Marsaxlokk) mid-Dipartiment ta' l-Arkeoloġija ta' l-Universita` ta' Malta.
* Riċerka Arkeoloġika fl-Ibħra Maltin f'kollaborazzjoni ma' l-Institute of Marine Archaeology ta' l-Universita` ta' Texas.
Dawn it-tliet proġetti huma kontinwi u m'hemmx pjanijiet sabiex jiġu terminati fil-futur.
* Xogħol arkeoloġiku marbut ma żvilupp ta' infrastruttura fit-toroq ta' l-Imdina.
* Xogħol arkeoloġiku marbut ma' żvilupp privat ir-Rabat - kemm fiż-żona tal-Paraċċja kif ukoll fiż-żona ta' Ħal Bajjada.
* Xogħol arekoloġiku marbut ma' żvilupp ta' infrastruttura fiż-żona ta' Għajn Klieb (Rabat).
* Xogħol arkeoloġiku marbut ma' żvilupp privat f'Manoel Island (Fażi I)
* Monitoring ta' xogħol ta' żvilupp ta' infrastruttura fil-Fliegu bejn Malta u Għawdex.
Dan ix-xogħol arkeoloġiku huwa marbut ma' l-iżviluppi msemmija li diġa' nbdew, jew se jinbdew fi ftit ġimgħat oħra, u huwa maħsub li jitlesta qabel it-tmiem tas-sena.
Jista' l-Ministru jara d-dokumenti mibgħuta separatament, u jgħid x'investigazzjonijiet għandhom isiru u jara li dan il-każ jingħata l-attenzjoni meħtieġa u r-rimedju meħtieġ u li l-persuna konċernata tkun informata bl-eżitu ta' dan?
Jarax il-Ministru li s-surmast konċernat, jekk hu l-każ, jagħraf iġib ruħu ferm aħjar fiċ-ċirkostanzi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li wara li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa jidher li sar żball ġenwin min-naħa tal-librar, kif il-kap ta' l-iskola pprova jispjega lill-omm meta din marret tkellmu. It-tifel l-ieħor ġab marki aktar minn binha u għalhekk il-premju ħadu hu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartimenti/Aġenzji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' impjiegi ġodda li kien hemm minn Jannar 2001 sal-lum, fil-Ministeru u Dipartimetni/Aġenziji li jaqgħu taħt id-Dekasteru ta' l-Edukazzjoni, huwa kif ġej:
Office of Review - 3
EUPU - 4
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni - 282
Dipartiment ta' l-Eżamijiet - 2
Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji - 7
Dipartiment tal-Mużewijiet - 2
Teatru Manoel - 1
MCST - 3
Mediterranean Conference Centre - 1
Malta Centre for Restoration - 4 Full time
2 Part time
MCAST - 19
Universita` ta' Malta - 73 li minnhom 4 irriżenjaw