Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6403 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — Triq it-Turisti - bankina

Question

Billi għal domanda parlamentari preċedenti ngħatajt risposta li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ħallas iktar minn €2000 fuq estensjoni ta' bankina fi Triq it-Turisti, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk din hix l-istess bankina li fuqha hemm mandat biex ma titneħħiex, mill-privat, għaliex qed tintuża mill-istess privat għal skop kummerċjali? Jista' jikkonferma wkoll li Transport Malta ħarġet ordni biex l-istess bankina titneħħa minn fejn saret?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li din hi l-istess bankina u fuqha hemm ordni minn Transport Malta sabiex titneħħa. Infurmat illi dan ix-xogħol sar sabiex titħares saħħet il-persuni li jkunu qed jaqsmu miż-zebra crossing fil-viċin, liema zebra crossing kienet saret bla permess fil-Leġislatura preċedenti.
Leg 12 PQ #6610 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intefqu is-€652.80 li hemm imsemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6225? Jista' jagħti tagħrif dwar min għamel ix-xogħol, x'materjal intuża, min ipprovoda l-materjal, u kemm ħaddiema ntużaw f'dan l-istess xogħol?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li x-xogħlijiet saru mill-Kuntrattur tal-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar, B. Grima & Sons Limited. Il-materjal li kien użat kien zebgħa u kien provdut mill-istess Kuntrattur. Il-ħaddiema li kien hemm huma propju l-impjegati tal-Kuntrattur imsemmi.
Leg 12 PQ #6611 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — Triq Toni Bajjada - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'xogħol sar matul dawn il-jiem, fi Triq Toni Bajjada, San Pawl il-Baħar? Min għamel dan ix-xogħol? X'materjal intuża u kemm intuża minn dan l-istess materjal? Kemm-il vjaġġ bil-materjal kellu jsir? Il-materjal li tneħħa qabel ingħata l-konkos fejn inxteħet?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li fi Triq Toni Bajada saru xogħlijiet ta’ patching mill-ħaddiema tal-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar. Il-materjal li kien użat hu 22kgs ta’ konkos u tarmak u steel reinforcing rebars. Saru żewġ vjaġġi u l-materjal li tneħħa ġie meħud f’open skip.
Leg 12 PQ #6400 Sitting 101 2013-12-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — sit elettroniku

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kunsill lokali partikulari jistax jirrifjuta li jaċċetta bħala membru fuq is-sistema elettronika tiegħu lil xi residenti partikulari? X'passi jista' jieħu membru tal-komunità ta' lokalità partikulari jekk dan jiġri? Fejn jista' jirrpporta tali abbuż?

Response (VELLA, KARMENU)

Kull ċittadin għandu dritt jaċċessa sit elettroniku. Min-naħa tagħha l-persuna għandha tuża tali aċċess skont kif tippermettilu l-liġi. Jekk l-Onor. Interpellant hu konxju ta’ xi każ partikolari nistiednu jgħaddieli l-informazzjoni ħalli d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jkun jista’ jinvestiga.
Leg 12 PQ #6401 Sitting 101 2013-12-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ix-Xemxija — estensjoni tal-bajja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'pożizzjoni ħa l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar għal dak li jirrigwarda l-estensjoni tal-bajja tax-Xemxija? X'rappreżentazzjonijiet saru sa issa dwar din il-proposta, dejjem mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li rappreżentanti tal-Awtorità Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA, infurmaw lill-Kunsill dwar il-pjani maħsuba. Infurmat li fid-diskussjonijiet il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar wera d-diżapprovazzjoni tiegħu li jsir multi storey car park fil-viċinanzi tal-Ġnien Olimpiku jew f’xi soft areas oħra fl-istess inħawi.
Leg 12 PQ #6402 Sitting 101 2013-12-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar f'liema nħawi tal-kampanja (non urban areas) għamel xogħol il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar matul din is-sena, kemm għal dak li jirrigwarda qtugħ ta' ħaxix jew arbuxelli, kif ukoll għal dak li jirrigwarda xogħol ta' infrastruttura?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar nieda xogħol ta’ qtugħ ta’ ħaxix f’diversi toroq fil-Wardija, l-Imbordin, San Martin, il-Bidnija, il-Qawra u Burmarrad. Intant għadu ma sarx xogħol ta’ infrastruttura.
Leg 12 PQ #6134 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali – konsulenti legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali tal-Kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex, kunsill b'kunsill? Jista' jgħid kemm ilhom jagħtu dan is-servizz lill-kunsilli lokali rispettivi u kemm huwa l-ħlas għal dan is-servizz?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6135 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti legali tal-Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex kunsill b'kunsill bejn is-sena 2004 u s-sena 2008? Jista’ jgħid kemm kien il-ħlas tagħhom għal dan is-servizz?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6409 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Is-Siġġiewi — Triq Dun Manuel Zammit – żamma ta’ ilma

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4935, peress li fir-risposta li ngħatat intqal li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ġibed kemm-il darba l-attenzjoni ta’ Transport Malta sabiex tiġi rranġata din it-triq, dan ifisser li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi mhux se jkun qiegħed jieħu r-responsabbiltà sabiex din it-triq tiġi rranġata?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li d-difetti fil-livelli ta’ Triq Dun Manwel Zammit, li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, oriġinaw mix-xogħlijiet li saru meta nbniet mill-Gvern Ċentrali fl-1997. Għaldaqstant il-Kunsill Lokali jqis li r-responsabiltà biex dawn id-difetti jiġu rranġati kienet u tibqa’ ta’ min għamilha, jiġifieri l-Awtorità Maltija għat-Trasport.
Leg 12 PQ #6444 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Millennium Development Goals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitatijiet li jaqgħu fir-responsabbilita’ tiegħi m’għandhomx involviment dirett fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija minn Ministeri oħra għall-istess mistoqsija parlamentari
Leg 12 PQ #6594 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi – parteċipazzjoni f’attivitajiet politiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-segretarji eżekuttivi tal-kunsilli lokali, fil-kapaċità personali tagħhom, jistgħux jattendu u/jew jipparteċipaw f'attivitajiet politiċi bħal konferenzi, laqgħat ġenerali, u laqgħat oħra ta' natura politika, kemm jekk dawn ikunu fil-każini politiċi inkella f'postijiet oħra, meta dan ma jkunx qed jirrappreżenta lill-Kunsill Lokali b'mod uffiċjali?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Public Service Management Code uffiċjali pubbliċi huma preklużi milli jattendu u/jew jipparteċipaw f’attivitajiet politiċi.
Leg 12 PQ #6324 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kontravenzjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4938 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il kontravenzjoni tat-traffiku saru mill-gwardjani lokali f’Malta u f’Għawdex f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti t-tabella ta’ dan għall kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti ukoll f’liema lokalitajiet saru dawn il-kontravenzjonijiet?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6383 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar — laqgħat

Question

Billi minn diversi domandi qed jirriżulta li qed isiru laqgħat hekk imsejħa informali, mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li għalihom ma jkunux mistiedna n-nies involuti, bħal-laqgħa li suppost saret riċentament għas-sajjieda, jista’ l-Ministru jassigura li laqgħat bħal dawn jiġu mgħarrfa bihom dawk li huma involuti, jew li jista’ jkollhom interess fis-suġġett partikolari?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li s-Sindku jikkonferma li kull laqgħa tkun mgħarrfa permezz ta’ avviż fuq in-notice boards li l-Kunsill Lokali għandu madwar il-lokalità waqt li jkunu wkoll infurmati l-entitajiet li jkunu konċernati. Intant l-informazzjoni tkun ukoll fil-websajt tal-istess Kunsill Lokali.
Leg 12 PQ #6384 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali – skemi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm skemi tal-Unjoni Ewropea li minnhom gawdew il-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali? Meta saru l-applikazzjonijiet li minnhom gawdew dawn il-kunsilli lokali?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #6385 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – skemi tal-unjoni Ewropea – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-iskemi tal-Unjoni Ewropea li għad għandhom applikazzjonijiet pendenti għalihom il-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali? F’kull każ meta saru l-applikazzjonijiet?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #6386 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MEPA – policies dwar tall buildings — konsultazzjonijiet mal-kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’konsultazzjoni saret bejn il-kunsilli lokali u l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-policies dwar tall buildings li tħabbru f’dawn il-jiem?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-mistoqsija parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Leg 12 PQ #6162 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — kuntratti ma' avukati u periti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali tas-7, 11 u t-12-il distrett għandhom kuntratti ma' avukati u periti biex iwettqu xogħol għal dawn l-istess kunsilli lokali wieħed wieħed individwalment? Jista' jagħti tagħrif dwar liema minn dawn il-kunsilli lokali biddlu l-professjonisti tagħhom matul l-aħħar sena? F'kull każ mera sar it-tibdil? Jista' jagħti tagħrif dwar f'liema każijiet l-professjonijisti li kienu ngaġġati qabel għadhom iwettqu x-xogħol tagħhom mal-istess kunsilli li kienu joperaw fihom?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6163 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — pubblikazzjoni ta' magazines

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif war liema kunsilli lokali tas-7,11 u t-12-il distrett għandhom magazine li jiġi ppubblikat b'ċertu regolarità? X'inhu l-isem tal-magazine u b'liema frekwenza jiġi ppubblikat? Jista' jagħti tagħrif dwar liema magazines hu mistenni li jiġu ppubblikati sal-aħħar tas-sena? Min intalab jikkontribwixxi għal pubblikazzjonijiet li ħarġu u minn min dawk li jiktbu regolarment mhux se jiġu mitluba permessi li jiktbu fil-pubblikazzjonijiet sal-aħħar tas-sena lokalità blokalità?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6164 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — xogħol infrastrutturali - kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm kontijiet pendenti għal xogħol infrastrutturali li sar mill-kunsilli lokali tas-7,11 u t-12-il distrett elettorali bejn Jannar u Settembru 2013? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar liema xogħlijiet li saru fl-istess perijodu għad m'hemmx il-kont pendenti? X'inhu maħsub li tkun in-nefqa marbuta ma' dawn l-istess kontijiet pendenti?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Intant infurmat li l-informazzjoni għar-rigward tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar tingħata hekk kif il-Kunsill Lokali jipprovdi l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6320 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Belt Valletta – restawr

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4134 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm sewa s’issa r-restawr tal-Belt Valletta u kemm se jiġi jiswa ladarba dan jitlesta kompletament?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu. Sadanittant jekk l-Onorevoli Interpellant kien qiegħed jagħmel referenza għar-restawr tas-swar, ninfurmaħ li l-proġett tar-restawr tas-swar li qed jaħdem fuqu id-Direttorat tar-Restawr u li qed isir b’ko-finanzjament ta’ 85% mill-UE permezz tal-programm ta’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali (FEZR) jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu u għandu jitlesta fl-2014. F’dan il-proġett se jkunu ġew irrestawrati s-swar kollha tal-landfront tal-Belt mill-Bastjun ta’ Sant Andrija in-naħa ta’ Marsamxett sal-Bastjun ta’ San Pietru u San Pawl in-naħa tal-Port il-Kbir. In-nefqa s’issa laħqet l-ammont ta’ disa’ miljuni, erba’ mija u wieħed u disgħin elf, tlett mija u sitta u sebgħin Ewro u tmintax-il ċenteżmu ( €9,491,376.18) , filwaqt li għad hemm pjanat nefqa ta’ miljun, erba’ mija u ħamsa u għoxrin elf, erba’ mija u wieħed u sebgħin Ewro u għaxar ċenteżmi (€1,425,471.10).