L-Awtorita' Marittima Maltija jew l-esperti tagħha jeżaminaw vapuri li jidħlu f'portijiet Maltin?
Kemm saru eżamijiet fl-ewwel sitt (6) xhur ta' din is-sena? Fuq liema vapuri? B'liema riżultat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena 28 bastiment barrani ta` 15-il nazzjonalita` differenti ġew spezzjonati taħt l-iskema tal-Port State Control mill-Awtorita` Marittima ta` Malta qabel ma dawn baħħru `l barra minn portijiet Maltin. Disgħa (9) minn dawn il-bastimenti ta` 7 nazzjonalitajiet differenti kellhom jiġu detenuti għal xi żmien sakemm sarilhom dak li hu meħtieġ skond il-konvenzjonijiet internazzjonali relattivi.
Peress li meta għereq il-vapur Erika, kien taħt il-bandiera Maltija, l-Awtorita' Marittima Maltija irċeviet xi rapport dwar din l-għarqa mill-awtoritajiet Franċiżi u/jew xi awtorita'/organizzazzjoni oħra?
Jekk iva, jista' jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Malta Maritime Authority irċeviet żewġ rapporti dwar l-inċident tal-vapur Erika.
Dawn huma:
Rapport preliminari dwar inkjesta teknika li saret mill-Bureau Enquetes Accidents - Mer.
Rapport preliminari dwar inkjesta teknika li saret mis-Soċjeta` RINA.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17121, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi u ċioe' x'ġara mit-tenders u meta huwa pprogrammat li jibdew u jispiċċaw ix-xogħlijiet sabiex tiġi finalizzata
l-problema ta' Triq il-Kungress Ewkaristiku, Mosta?
Response (GALEA, ĊENSU)
It-`tenders` imsemmija qedgħin jiġu ivvalutati biex tkun tista` ssir l-aġġudikazzjoni.
Informazzjoni dwar meta jkun jista` jinbeda x-xogħol tista` biss tingħata meta l-kuntratti jingħataw.
B'riferenza għall-mistoqsija tiegħi sabiex isiru l-culverts ta' l-ilma fi Triq il-Kbira/Main Street, Mosta, jista' l-Ministru jgħid meta l-pjanijiet li semma sabiex isiru xogħlijiet ħalli tonqos il-problema ta' l-għargħar f'din it-triq, se jiġu finalizzati?
Response (GALEA, ĊENSU)
M`hemm xejn x`inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 17148.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-renumerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-gvern?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'time frames għandu l-Ministeru għat-tlestija ta' l-economic impact assessment studies marbutin ma' l-applikazzjoni pendenti Maltija għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-`Impact Assessment Studies` fir-rigward ta` materji li jaqgħu taħt ir-responsabilta` diretta tal-Ministeru diġa ġew ikkummissjonati u t-`time frames` relattivi qegħdin jiġu rispettati. Fil-fatt l-ewwel `drafts` diġa tlestew u qegħdin jiġu kkonsidrati.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittri ta' aċċettazzjoni li jippartjenu lid-Dipartiment tat-Toroq biex permezz tagħhom bini fit-Telgħa ta' Sa Maison jinbidel f'bini amministrattiv ta' l-istess dipartiment filwaqt li jagħti lista dettaljata ta' l-infiq li sar minn meta beda x-xogħol fuq dan il-bini sal-lum kif ukoll x'inhu antiċipat li jkun l-infiq fuq l-istess bini fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju, 1999 u l-31 ta' Diċembru, 2000?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-ittra ta` aċċetazzjoni dwar xogħolijiet li qed isiru mid-Dipartiment tat-Toroq f`Sa Maison kienet ħarġet lill-kuntrattur fis-sena 1998 u qed titpoġġa fuq il-mejda.
Bl-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti dan il-kuntratt ġie estiż biex ikopri wkoll ix-xogħol ta` `finishes` tal-bini eżistenti.
L-ispiża s`issa hija mqassma kif ġej:
Xogħol ta` Kostruzzjoni: Lm21,900.
Xogħol ta` `Finishes` li jkopri madum,
kisi, tikħil, eletriku, ilma u bibien: Lm42,280
In-nefqa għal din is-sena hi maħsuba li tkopri it-tkomplija tal-bini l-ġdid, li qiegħed tielgħa, u l-`finishes` tiegħu. Dan hu stmat li jiswa Lm80,000.
Xiri u stallazjoni ta` `lift`: Lm10,000
Stallazjoni ta` `air condition`: Lm33,000
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Karozzi tal-kiri
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi li huma mikrija mid-dipartimenti u l-ministeru inkluż is-segretarjat privat?
F'liema dipartiment jservu dawn il-karozzi?
Kemm huwa n-numru ta' karozzi impressed fil-mument?
F'liema dipartimenti jservu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-preżent hemm 19 il-karozza mikrija lill-Ministeru jew lil xi dipartimenti li jaqgħu taħtu u waħda `impressed`.
Karrozzi tal-kiri:
Dipartiment tal-Liċenzji 2
Dipartiment tat-Toroq 14
Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi 1
Segretarjat Privat 2
Karozzi `Impressed`:
Segretarju Permanenti 1
Qabel ma jinkorpora l-Awtorita' dwar it-Trasportu jkun hemm membri ġodda, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha li kienu fuq l-aħħar Bord tat-Traffiku barra dik taċ-chairman?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-membri li kienu jservu fuq il-Bord tat-Traffiku huma:
Chairman : Major Peter Ripard
Membri: Asst. Kummissarju Josie Brincat
Supt. Paul Sammut
Mr Vincent Farrugia
Mr Lucienne Stafrace A&CE
Mr David Sutton
Mr Felix Gauci
Mr Joseph Bonnici
Ms Rita Law
Mr JP Farrugia
Mr Stewart Azzopardi BE&A (Hons) A&CE
Mr Lorry Apap
Mr Paul E Galea
Segretarju: Mr Raymond Cutajar
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17831, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li għadhom m'għamlux il-VRT u kemm minn dawn huma vetturi privati, tal-gvern u tal-korpi pubbliċi u entitajiet governattivi?
Response (GALEA, ĊENSU)
M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari Nru 17831. Madankollu tajjeb wieħed jgħid li l-karozzi kollha hu mistenni li jgħamlu l-ewwel test tagħhom, skond l-avviż legali relevanti, sa Settembru 2001.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex Triq il-Bataljun, San Ġwann, tingħata t-tarmac u dan peress li sa issa qatt ma ngħatat tarmac minkejja li li r-residenti ilhom li ħallsu l-kontribuzzjoni tat-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Id-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jara li ssir letter box fi Triq il-Karmelitani fil-Fgura, peress li din l-area hija ċentrali u l-letter box li għandhom dawn ir-residenti tinsab 'il bogħod mhux ħażin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li Triq il-Karmelitani, Fgura tinsab viċin ħafna ta` Triq Hompesch fl-istess lokalita`, r-residenti ta` Triq il-Karmelitani jistgħu faċilment jinqdew bil-kaxxa ta` l-ittri li tinsab biswit is-`Sub Post Office` fi Triq Hompesch, li jipprovdi s-servizzi postali meħtieġa għar-residenti ta` dawn l-inħawi. Fiċ-ċirkostanzi ma jidhirx li hemm ħtieġa li titwaħħal `letter box` fi Triq il-Karmelitani.
Jista' l-Ministru jara li Pjazza Reggie Miller, Fgura, tingħalaq għat-traffiku u tibqa' biss għar-residenti, peress li qed tkun ta' perikolu kbir għat-tfal li jkunu qed jilgħabu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li rigward il-pjazza msemmija mill-Onor. Interpellant, id-Dipartiment ser jikkonsulta l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u l-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk: (a) il-Konvenzjoni Dwar id-Drittijiet tat-Tfal 1990 hix tiġi osservata, u jekk fl-affermattiv x'inhi r-raġuni illi f'ċerti każi t-trasport ta' l-iskejjel jgħaddi għall-istudenti bejn is-5.45 a.m. u s-6.00 a.m.?
Jista' jgħid jekk il-ftehim milħuq bejn il-mini buses u l-UBS u l-pulizija hux jiġi osservat fis-sens li l-istudenti ma jistgħux jinġabru qabel is-7.00 a.m.?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Onorevoli Nterpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta` l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Kan Vincenz Buhagiar, Zurrieq, hijiex waħda minn dawk inklużi fil-proġett ta' rranġar ta' toroq li l-amministrazzjoni qiegħda tipprepara?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li din issir peress li l-inkonvenjent f'din it-triq huwa kbir ħafna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment ikkonsulta mal-Kunsill dwar il-lokalita` tat-triq imsemmija u ma jidhirx li hemm triq bl-isem Triq Kan Vinċenz Buħaġiar.
Jista' l-Ministru jivverifika r-raġuni għaliex Triq il-Majjistral, l-Madliena ġiet imblukkata minn xi persuni irresponsabbli u li tittieħed azzjoni minnufih ħalli din it-triq terġa' tinfetaħ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-sit kien spezzjonat u jidher illi l-art madwarha li ttella l-ħajt kienet ġiet esproprijata bis-sistema ta` `request for expropriate on behalf of third parties`.
Id-Dipartiment qed ikompli jinvestiga s-sitwazzjoni biex jiġi stabbilit x`wassal biex jittella dan il-ħajt u biex sussegwentament jittieħdu l-passi meħtieġa dwar il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-vetturi li għamlu l-VRT sal-lum?
Kemm jammonta n-numru ta' vetturi li għadhom ma għamlux l-VRT?
Jista' jgħid ukoll kemm min dawn huma vetturi privati, dawk tal-gvern u tal-korporazzjonijiet pubbliċi u entitajiet governattivi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn mindu ġie ntrodott il-`Vehicle Roadworthiness Test` jiġifieri mill-1 ta` Ottubru 1999 sal-31 ta` Mejju 2000 kien hemm 59,637 vettura li għamlu il-`Vehicle Roadworthiness Test`.