Jista' l-Ministru jgħid meta se titneħħa l-eżenzjoni li konsumatur ma jistax jieħu passi legali kontra l-Enemalta, minħabba ħsarat f'appliances eċċ ikkawżati minn upsurge tal-voltage?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma jirriżultalix li l-liġi ċivili timpedixxi liċ-ċittadin milli jieħu passi legali fil-konfront ta' l-Enemalta għaliex fl-opinjoni tiegħu ikun sofra danni ħtija ta' l-operat tal-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru dwar il-fattibilita' ta' konnessjoni mal-grid elettriku Ewropew?
Il-Gvern għandu ħjiel ta' l-ispiża kapitali li dan jista' jinvolvi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Enemalta kienet ikkummissjonat feasibility study dwar il-possibilta' ta' konċessjoni elettrika bejn Malta u Sqallija bħala parti mill-grid Ewropea. Dan l-istudju jissuġġerixxi numru ta' għażliet differenti dwar kif dan jista' jiġi attwat, jiddependi mill-kapaċita' ta' din il-konċessjoni.
L-ispiża kapitali involuta hija ta' bejn 112 u 210 miljun dollaru Amerikan naturalment jiddependi mill-għażla li ssir.
Jista' l-Ministru jara li jiżdied id-dawl fi Triq Sant Anthony, fil-Fgura, fil-parti li m'hemmx tarmak, peress li saru anke xi abbużi ta' serq min ħwienet, karozzi u djar fl-istess triq, peress li hemm biss bozza fil-bidu tat-triq u oħra fl-aħħar?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' d-dipartiment konċernat jara għaliex inqalgħu l-arbli fi Triq l-Istazzjon fl-Imtarfa meta beda x-xogħol fil-bypass ta' l-Imtarfa u filwaqt li tlesta sew l-arblu u sew il-bozza baqgħu maqlugħa minkejja li hemm cross road traffikuża?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ma jirriżultax li l-Korporazzjoni Enemalta qalgħet arbli mill-By-Pass ta' l-Imtarfa.
Jista' d-diparitment konċernat jara li l-arblu li twaħħal xahar ilu ħdejn Blokk I, fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed, Rabat titwaħħal flimkien mal-bozza li s'issa għadda ma twaħħlitx?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li x-xogħol li għalih qed issir riferenza diġa' sar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru ħlasijiet/arretrati għas-sena 1999 u matul din is-sena s'issa separatament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn tħallsu in konnessjoni ma residenzi privati u kemm in konnessjoni mal-kummerċ separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuġġerixxi li din il-msitoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħalset VAT s'issa l-Maltacom cioe bħala d-differenza bejn kemm suppost jitħallas mill-konsumatur u kemm attwalment jirċievi l-Gvern bħala VAT wara l-miżura li kien introduċa l-Gvern li jdaħħal il-VAT fuq it-telefon?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li din il-mistoqsija titratta ħlas ta' V.A.T., u peress li d-dipartiment involut ma jiffurmax parti mid-dekasteru tiegħi, nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li ħaddiema tad-diparitment jmorru jaraw main ta' l-ilma li għadu bil-ħsara, ta' anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19748, jista' l-Ministru jgħid x'kienet iż-żieda fit-tariffi tas-Sea Malta minħabba li kien hemm żieda fil-prezz taż-żejt?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bi ftehim ma' linji oħra li joperaw lejn Malta u in vista taż-żieda kontinwa fil-prezzijiet taż-żejt, b'seħħ mill-15 ta' Diċembru 1999, is-Sea Malta introduċiet 'bunker surcharge' kif ġej:
Southbound Northbound
Container ta' 20 pied 25 dollari Amerikani 15-il dollaru Amerikan
Container ta' 40 pied 50 dollari Amerikani 25 dollari Amerikan
Trailer mimli 50 dollari Amerikani 35 dollari Amerikani
Trailer vojt 25 dollari Amerikani 20 dollari Amerikani
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża saret fil-Qorti minn konsumaturi kontra l-Enemalta, matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena, u n-natura tal-kawża? Kemm minn dawn il-kawżi ntrebħu mill-konsumaturi?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba, li tkopri perjodu mhux żgħir, għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Dipartiment tal-Konsumatur — Rapport ta' l-operations review
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-operations review li sar għad-Dipartiment tal-Konsumatur u għall-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ir-rapporti kollha li tħejjew s'issa kienu intenzjonati għall-management. Fil-preżent qed jitħejja summary ta' dawn ir-rapporti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kif hemm il-ħsieb li tkun l-organigramma tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-lista li d-Dipartiment tal-Kummerċ,iqies bħala "essential commodities"?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li ma teżistix lista fissa ta' oġġetti essenzjali. Fiż-żminijiet ta' llum, fid-dawl tal-kompetizzjoni u l-għażla li teżisti fis-suq u fid-dawl ta' kemm il-konsumatur jista' jagħmel użu minn din l-għażla, mhux faċli li titfassal tali lista.
Peress li skond mistoqsija parlamentari numru 18923 il-problema ta' ħsarat fi Triq Desguenez San Pawl il-Baħar huma kawża ta' ilma li ġej minn taħt l-art, jista' l-Ministru jinvestiga u jintervjeni sabiex tiġi verament rimedjata din il-problema tar-residenti li ilha pendenti għal snin twal? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-IPSE? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000, ma sarx trasferiment ta' ħaddiema fl-I.P.S.E.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tat-Tarzna? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza, fit-tarzna kien hemm ċaqlieq ta' ħamsa u għoxrin (25) ħaddiem. Kien hemm sittax-il trasferiment riżultat tar-ristrutturar ta' l-azjenda, ħamsa minħabba regrading u erbgħa ġew sekondati biex jaħdmu f'azjendi oħra.
F'azjenda bħalma hija t-Tarzna dejjem ikun hemm lok għal trasferimenti, naturalment dejjem jekk il-ħtiġijiet ta' l-azjenda ikunu jitolbu dan.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14801, jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' nies li jaħdmu fis-settur privat tal-manifattura skond l-etajiet tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma teżistix.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'arretrati ta' xogħol lill-kuntrattur matul l-1999 u 2000?
Ix-xogħlijiet mħallsa huma kollha ċertifikati mill-perit?
Jista' jagħti lista tax-xogħlijiet mħallsa mill-WSC llum?
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kumpannija ta' l-awdituri li ngħata l-inkarigu li tressaq proposti għal tibdil fil-Liġi ta' l-Iżvilupp Industrijali?
Kif intgħażlet din il-kumpannija? Kemm tħallset? Min awtorizza il-ħlas?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-kumpanija ta' awdituri KPMG ġiet inkarigata mill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta biex tressaq proposti għal tibdil fil-Liġi ta' l-Iżvilupp Industrijali wara li din l-istess kumpanija diġa' kienet għamlet xogħol fuq l-istess materja matul l-Amministrazzjoni Laburista bejn l-1996 u l-1998.
Sussegwentement il-Gvern ħass il-bżonn li jitfassal qafas legali aktar flessibbli mill-I.D.A. attwali u għalhekk il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi awtorizza lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta sabiex din tirrevedi l-kummissjoni lill-konsulenti fuq imsemmija biex ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom jiġu inkwadrati taħt forma ta' enabling act li għandha toħroġ mill-istess I.D.A. iżda li ser tingħata s-sura ta' liġi aktar wiesgħa bl-isem ta' Business Promotion Act.
Rigward l-ammont imħallas lil din il-kumpanija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18447 waqt is-Seduta numru 367.