Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock matul is-snin 2013, 2014 u 2015, x’kienu u kemm damu out of stock?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Marzu 2013, kien hemm 183 mediċina out-of stock mill-ispizerija tal-ghazla tieghek, waqt illi llum ma hemm l-ebda medicina out of stock mill-ispizerija tal-ghazla tieghek. Minn-naha l-ohra fl-Isptar Mater Dei illum hemm item 1 out of stock waqt illi fl-imghoddi, l-medicini out of stock f’Mater Dei kienu jlehhqu l-mijiet.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — impjegati ma’ kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati ma’ xi wieħed mill-kuntratturi li jagħtu servizzi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? F’liema gradi huma impjegati dawn il-ħaddiema?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm total ta’ 69 haddiema mpjegati mal-kuntratturi, li qeghdin jaghtu servizz fl-isptar Generali ta’ Ghawdex.Fost dawn insibu li hemm 23 cleaners, 27 clerks u 19 carers.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Residenza Sant’Anna — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fir-Residenza Sant' Anna fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Kemm hemm impjegati fl-istess Residenza u f’liema gradi huma impjegati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fir-residenza Sant’Anna gewwa l-Isptar Generali t’Ghawdex hemm 81 resident.
Ċimiterju tal-Addolorata – atti ta’ konvenju għax-xiri ta’ oqbra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru konvenji għall-oqbra tal-Addolorata fl-2013, 2014 u 2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2013 saru 392 konvenji ghax-xiri t’oqbra fl-Addolorata. Dan il-process twaqqaf mill-amministrazzjoni preżenti peress li l-permess ta’ l-Awtorita’ tal-Ippjanar kien skada f’Gunju tal-2011 u ma kienx gie imgedded mill-gvern ta' qabel. It-392 konvenji li ghalihom kienu thallsu flejjes lill-gvern ma kienux gew irregistrati mad-dipartiment tat-taxxa. Dan il-gvern ha l-passi biex irregolarizza dawn il-konvenji u ser jonorhom kollha.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei, wara li jitlaq il-manager fis-2.30 ta’ wara nofsinhar, minn tliet ħaddiema jibqa’ wieħed biss?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kamra mortwarja tal-isptar Mater Dei, tkun miftuha ghall-pubbliku mis-7 ta’ fil-ghodu sal-4 ta’ wara nofs inhar. Wara 2.30 ta’ wara nofs inhar din tibqa topera normali bhal kwalunkwe hin iehor, sakemm tinghalaq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti jistennew biex issirilhom operazzjoni ġenerali minn Ottubru sa Diċembru ta’ kull sena tas-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Mater Dei saru 47274 operazzjoni fl-2013, 51531 operazzjoni fl-2014, u 52889 operazzjoni fl -2015. Inzid illi fl 2015 saru 5757 operazzjoni ohra fl-Isptar Generali ta Ghawdex, fil-poliklinika tal-Mosta u f’rizorsi mikrijin minghand il-privat. B’hekk 2015 saru total 58644 operazzjoni.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza — pazjenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizz tad-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei matul is-snin 2013, 2014 u 2015? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza mis-sena 2013 sa 2015 jinsab fit-tabella hawn taħt.
Source: PAS & CPAS
Number of Registered A&E Attendances
2013
2014
2015
Maltese
101328
102868
108928
Non-Maltese Residents
6342
8371
9834
Foreigners
8036
8702
9985
Total Attendances
115706
119941
128747
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li marru fid-Dipartiment tal-Emerġenza u kellhom bżonn jidħlu l-isptar u kemm kien hemm pazjenti li wara ntbagħtu lura lejn id-dar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei fis-sena 2015 ammontaw għal 35,573 admissions filwaqt li dawk li ntbaghtu lura d-dar jew ġew trasferiti f’faċilita’ oħra jammontaw għal 93,174 discharges.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-investiment tiegħu, il-Gvern hux qed jagħti iktar prijorità lil xi sezzjonijiet fil-qasam tas-saħħa għax jixtieq li jara iktar avvanz f’dawn is-setturi biex il-pazjenti jingħataw servizz aħjar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika jekk ghandux xi sezzjoni partikolari f’mohhu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li żaru ċ-ċentri tas-saħħa matul is-snin 2013, 2014 u 2015, sena b’sena, ċentru tas-saħħa b’ċentru tas-saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tabella ta’ hawn taht:
Pazjenti li żaru ċ-ċentri tas-saħħa
Centru tas-Saħħa
Sena
2013
2014
2015
Furjana
242,659
224,986
247,011
Gzira
121,015
120,780
138,143
Qormi
151,153
157,688
146,545
Rahal Gdid
309,377
319,416
317,251
Bormla
98,583
104,812
96,126
Mosta
253,021
280,718
308,109
Rabat
129,421
119,163
109,646
B’Kara
91,142
129,609
126,939
Total
1,396,371
1,457,172
1,489,770
Knee Replacement — żmien ta’ stennija - Pazjenti riferuti mit-tabib tal-familja
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24963, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent ortopediku biex jivverifika għandhomx bżonn ta’ knee replacement, kemm ilhom jistennew u l-appuntamenti humiex għall-2018 jew qabel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni mhux possibli li tingabar ghaliex il-pazjenti jkunu referuti ghand Specjalista b'sintomu jew sintomi u mhux b'talba specifika ghal knee replacement.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-waiting time għall-operazzjoni tal-kataretta? Kien hemm xi tibdil f’dan il-waiting time mis-sena 2013 sal-lum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien ta’ stennija għall-proċedura tal-kataretti permezz ta’ loppju lokali, niżel minn tliet snin fi żmien amministrazzjoni preċedenti għal madwar erbgħa xhur illum.
It-tabella ta’ hawn taht tindika ukoll it-tnaqqis fil-lista ta’stennija ta’ pazjenti biex issirilhom l-operazzjoni tal-kataretta:
Number of Open Cases
(Catarects)
End of 20133580
End of 20142531
End of 20151231
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti jistennew biex issirilhom l-operazzjoni tal- bypass tal-qalb minn Ottubru sa Diċembru ta’ kull sena tas-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pazjenti li jkollhom bżonn bypass jinghataw data immedjata u l-operazzjoni issir fi żmien xahar.