Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-regoli ta' Schengen hux qed ikunu osservati fl-intier tagħhom, inkluż fl-area tal-wasla fl-ajruport ta' Malta? Jikkonferma l-Ministru li ebda visa mhi qed tinħareġ fl-ajruport stess appena jaslu ċertu passiġġieri?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’mod ġenerali r-regoli tas-Schengen qed jkunu kolla osservati. Ninsab infurmat illi s-sistema ta’ ħrug ta’ visas fl-ajruport jew fruntiera tal-baħar ta’ ċerti passiġġieri mal-wassla, meta każ ikun ġustifikat, ma’ nbidlitx minn meta Malta saret parti miż-żona Schengen. Dawn isiru skont dak li hemm provdut speċifikament fil-proċeduri tax-Schengen. Visas ta’ dan it-tip ma jkunux ta’ aktar min ħmistax il-ġurnata u għalkemm l-użu tagħhom ikun għal Malta biss, dawn jinħarrġu skont l-istess proċedura, ġaladarba l’elementi kollha għal ħrug tagħhom, ikunu ġustifikati. F’kull każ l-uffiċjali fil-fruntieri jkunu avżati minn qabel u l-verifiki ikun diġa saru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li se jerġgħu jiddaħlu lura għax-xogħol għal sitt xhur pulizija li spiċċaw mix-xogħol fis-snin disgħin sabiex jieħdu pensjoni oħra?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bħad-domanda ta qabel din, l-Onorevoli Interpellant reġa ġie informat hażin.
Malta Police Association – laqgħa rigward it-twaqqif tal-union
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat kollha minn Marzu 2013 sas-27 ta’ Ġunju 2013 li matulhom il-Kummissarju tal-Pulizija ddiskuta mal-Malta Police Association u kkonsulta magħha t-twaqqif ta’ union għal Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li suppost jaf li dan it-tagħrif m’huwiex ta’ natura pubblika.
Malta Police Association – laqgħa rigward ir-Rapid Intervention Unit
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat kollha minn Marzu 2013 sas-27 ta’ Ġunju 2013 li matulhom il-Kummissarju tal-Pulizija ddiskuta mal-Malta Police Association u kkonsulta magħha dwar it-twaqqif tar-Rapid Intervention Unit u x-shift il-ġdid li l-membri ta’ dan il-unit huma mistennija jaħdmu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li kif għedt fit-tweġiba ta’ qabel dan it-tagħrif m’huwiex ta’ natura pubblika.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – tisbiħ ta’ uffiċċju
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’inhu x-xogħol strutturali u ta’ tisbiħ li għaddej bħalissa fl-uffiċċju privat tal-Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u x’inhi l-ispiża involuta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bħalissa mhu għaddej l-ebda xogħol strutturali u tisbiħ fl-uffiċju tal-Agent Direttur.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2961, jista’ l-Ministru jelabora fuq dawn il-ħsibijiet u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji dwar l-att identifikata u pjanti u dokumenti oħra?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qiegħed isir studju dwar liem art qrib is-sezzjoni tas-SATU, tista’ tkun l-iktar adegwata għall-iskop tal-binja l-ġdida tal-YOURS. Qegħdin jiġu mniegħda ukoll pjanti ġodda, iżda nirrisserva d-dritt li nesponi dan ix-xogħol qabel ma nkun ikkonsultajt mal-Awtoritajiet konċernati.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda opri ta’ arti mixtrija jew mikrija fi ħdan il-Ministeru, dipartimenti, entitajiet jew aġenziji.
Jista’ l-Ministru jispjega għala mill-Għassa ta’ Birkirkara mill-aħħar ta’ Marzu li għadda sal-lum ittieħdu jew ġew trasferiti minn hemm numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija u ħadd ma ntbagħat minflokhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2613, iċ-ċaqliq u l-ispostament tal-membri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija jsir skont il-ħtiġijiet u n-neċessitajiet tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdewx il-preparamenti u jekk iva, fejn waslu, biex titwettaq il-wegħda elettorali tal-Gvern li jkollna border patrol squad?
Response (MALLIA, EMANUEL)
F’dawn l-għaxar xhur, il-Gvern irriorganizza, il-korpi dixxiplinati biex ikunu aktar effettivi, wara li kien hemm sens ta dimoralizzazjoni u nuqqas ta ħeġġa mifruxa f’kull livell f’dawn il-korp. Taħditiet inizjali diġa bdew biex ikun hemm mil-Border Patrol Squad u fiż-żmien li ġej dawn it-taħditiet ser isiru aktar konkreti permezz ta pjan speċifiku. Ta min jgħid li il-pulizija u l-Armata diġa bbenifikaw minn Border Patrol Funds u nxtara apparat li qed jiġi użat għal dan il-għan. Ġie deċiż ukoll li darba fis-sena jsir taħriġ speċifiku bejn il-Pulizija , l-Armata u ic-CPD biex isir aktar kordinament speċjalment fejn tidħol l-immigrazzjoni rrgolari u jiġi massimizzat l-użu li diġa nxtara mill-Forzi Amati ta’ Malta u l-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx possibbiltà li l-liċenzja tan-nar tibda titħallas Għawdex u mhux iridu joqgħodu jitilgħu jħallsuha d-depot tal-Furjana?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi is-sġġerimtent tal-Onorevoli Interpellant ser jiġi kkunsidrat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma d-doveri kollha li għandu l-ispettur anzjan li jmexxi l-Banda tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-ispettur inkarigat mil-banda tal-pulizija għandu d-doveri li jidderieġi, jmexxi, jamminstra u jagħmel kull xogħol iehor relatat ma l-istess banda tal-Korp. Huwa ukoll jattendi l-Qorti bħala prosekutur dwar numru ta’ kawzi li għandu fil-Qorti, kif ukoll kull doveri oħra li huwa jista’ jiġi assenjat li jagħmel.
Jista’ l-Ministru jispjega għala bandisti pajżana qed ikunu kkuntattjati mill-Banda tal-Pulizija biex isaqsuhom jekk humiex interessati jdoqqu mal-banda fuq bażi part-time?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċjalment mhumiex jsiru dawn il-kuntatti.
Persuni li kkaġunaw offiżi lil pulizija/uffiċjali pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet misjuba ħatja fl-aħħar ħames snin, sena b’sena, li kkaġunat offiża fuq il-persuna ta’ Pulizija u/jew uffiċjali pubbliċi, jew inġurjatu jew għamlet theddid kontrih, ai termini tal-artikli 95 u 96 tal-Kodici Kriminali, u x’kienet il-piena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta’ statistika u għadhu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jispjega għala mill-Għassa ta’ Ħal Qormi mill-aħħar ta’ Marzu li għadda sal-lum ittieħdu jew ġew trasferiti minn hemm għaxar membri tal-Korp tal-Pulizija u ħadd ma ntbagħat minflokhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Twegiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 2716, iċ-ċaqliq u l-ispostament tal-membri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija jsir skont il-ħtiġijiet u n-neċessitajiet tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jispjega għala mill-Għassa ta’ San Ġiljan mill-aħħar ta’ Marzu li għadda sal-lum ittieħdu jew ġew trasferiti minn hemm iktar minn għaxar membri tal-Korp tal-Pulizija u ħadd ma ntbagħat minflokhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 2598, iċ-ċaqliq u l-ispostament tal-membri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija jsir skont il-ħtġijiet u n-neċessitajiet tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jispjega għala mill-Għassa tal-Mosta mill-aħħar ta’ Marzu li għadda sal-lum ittieħdu jew ġew trasferiti minn hemm numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija u ħadd ma ntbagħat minflokhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 2612, iċ-ċaqliq u l-ispostament tal-membri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija jsir skont il-ħtiġijiet u n-neċessitajiet tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm interventi mill-pulizija mill-għases tat-12-il distrett elettorali, minħabba ġlied li kien irrappurtat, fil-lokalitajiet rispettivi? Jista’ jagħti tagħrif dwar f’liema lokalitajiet saru dawn l-interventi skont il-lokalità li fiha saru u kemm kien hemm każijiet għal kull lokalità?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi r-rapporti li b’xi mod jistgħu jinvolvu ġlied, li saru lill-pulizija bejn Jannar u Novembru ta’ din is-sena fil-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar kienu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.