Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mina ta' Għajn Dwieli -

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11721 u jara li ssir xi ħaġa sabiex tissewwa t-timbata li hemm ħdejn il-lights qabel il-mina ta' Għajn Dwieli?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed jiġu evalwati tenders għal xogħlijiet ta' manutenzjoni tat-toroq arterjali u distributorji. It-tumbata msemmija hija parti mix-xogħlijiet li meħtieġa jsiru.

Baċir Nru. 1 — Public consultation meetings

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11420, jista' il-Ministru jagħti d-dati ta' meta saru dawn il-public consultation meetings kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-kunsilli lokali? Jista' jgħid fuq liema mezzi tax-xandir ingħata t-tagħrif ta' meta se ssir il-laqgħa għall-pubbliku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Kien hemm diversi laqgħat ta' konsultazzjoni fl-iżvilupp u il-launch tal-Brief. Il-Ministeru organizza laqgħat mal-Kunsilli Lokali fid-dati li ġejjien: 10 ta' Awissu 2004 19 ta' Awissu 2004 25 ta' Awissu 2004 Saret laqgħa kongunta tal-Kunsilli Lokali tal-Kottonera fit-28 ta' Settembru, 2004. Il-MEPA flimkien mal-Ministeru ta' l-Iżvilupp Urban u Toroq niehda Consultazzjoni Pubblika mis-6 ta' Diċembru li għalqet fil-10 ta' Diċembru 2004. Ġie organizzat Public Consultation Meeting fil-15 ta' Diċembru, 2004 fejn ġew mistiedna il-partijiet kollha interessati u il-pubbliku in ġenerali. Il-Ministeru organizza laqgħa oħra għall-Kunsilli Lokali tal-Kottonera speċifikament fil-5 ta' Jannar, 2005.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Kiri ta' karozzi

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10581, jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom? Jista' jagħti n-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ma nxtrat l-ebda karozza ġdida. In-numru ta' karozzi li huma propjeta tal-ministeru u/jew l-enititajiet konċernati huma :- - Ministeru 5 - L-Awtorita' dwar it-Trasport 12

Kalkara — Birgu

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11720 u jara li jingħata wiċċ xieraq lit-triq li mill-Kalkara tagħti għat-Toqba tal-Birgu, ħdejn il-club tar-regatta tal-Birgu? X'inhi l-possibbilta' li jsir slipsabiex minnu jitniżżlu d-dgħajjes tat-tiġrija tal-Birgu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11423.

Nefqa kapitali fuq toroq

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont sena b'sena tan-nefqa kapitali fit-toroq mill-1988 sal-lum? Kemm minn din in-nefqa saret fuq proġetti ta' toroq partikolari u liema huma dawn il-proġetti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #12061 Sitting 259 2005-04-26 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Żejtun — Triq tal-Barrani - Traffic lights

Question

Peress li għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 9437 li ngħatat fis-seduta 198 nhar it-3 ta' Diċembru 2004, il-Ministru kien stqarr li: "Ix-xogħlijiet ikkonċernati fil-proġett imsemmi qed isiru kollha mill-gvern u li dawn ix-xogħlijiet huma previsti li jitlestew fi żmien ħames ġimgħat oħra u se jiġu jiswew madwar Lm45,000"; jista' jitlob spjega lil min tah l-informazzjoni mogħtija għad-domanda 11807 li "t- tender għal dan ix-xogħol ġie pubblikat f'Jannar 2004. Wara li għalqu t- tenders dawn ġew evalwati fejn l-orħos offerta kienet dik ta' Lm63,307.23. Wara diskussjonijiet ma' l-orħos tenderer ingħata roħs ta' Lm3,639.47 biex it- tender ingħata għall-valur ta' Lm60,667.76"? Kif f'Diċembru 2004 ix-xogħlijiet ikkonċernati kienu qed isiru kollha mill-gvern u f'Jannar 2004 kienu ħarġu t-tenders? Ix-xogħlijiet ikkonċernati fil-proġett imsemmi kienu qed isiru kollha mill-gvern jew jitħallsu mill-gvern? X'inhi r-raġuni li min jagħmel l-istimi mar żmerċ b'eluf ta' liri? Liema hi l-informazzjoni korretta, dik li ngħatat għall-ewwel domanda jew għal dik ta' l-aħħar? Jista' il-Ministru ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

ADT — Diretturi/Managers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11872, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx diretturi jew managers fl-awtorita' li għandhom kwota fuq l-infiq tagħhom fuq telefonati? Jekk iva, jista' il-Ministru jgħid jekk l-ammonti li jidhru kenux kollha imħallsin mill-fondi ta' l-awtorita' jew jekk kienx hemm ammonti li tħallsu indirettament mid-diretturi jew managers konċernati permezz tar-refund lill-awtorita' minħabba li qabżu l-kwota tagħhom? Kemm kienu jammontaw dawn ir-refunds?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Żejtun — Triq Xandru Pulis

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk Triq Xandru Pulis, Żejtun hijiex qiegħda fil-lista biex tiġi irranġata jew meta se jibda x-xogħol ta' tarmak, peress li din l-imsemmija triq tinsab f'kundizzjoni ħażina ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

ADT — Testijiet tat-teorija għal-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema hi l-kumpannija li ngħatat il-kuntratt mill-awtorita' dwar it-trasport biex tagħmel it-testijiet tat-teorija biex persuna takkwista liċenzja tas-sewqan? Meta ngħata dan il-kuntratt? Kienu ħarġu sejħiet għal offerti, u f'każ li ħarġu, min kienu dawk li offrew u x'kienu l-offerti li rċeviet l-awtorita' dwar it-trasport? X'ġiegħel lill-awtorita' dwar it-trasport tagħti t-testijiet tat-teorija f'idejn terzi? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt? Jista' jgħid x'inhu l-ammont li qed tieħu l-kumpannija konċernata minn kull test u x'inhu l-ammont li qed tieħu l-awtorita' dwar it-trasport? Kemm saru testijiet tat-teorija minn din il-kumpannija sal-lum? Jikkonferma l-Ministru li l-awtorita' dwar it-trasport tipprovdi uffiċjali tas-sigurta' lil din il-kumpannija waqt li jkunu qed isiru dawn it-testijiet? Kemm ilha l-awtorita' dwar it-trasport tipprovdi din is-sigurta' u x'kienet l-ispiża sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-kumpannija li ngħatat il-kuntratt biex tagħmel it-testijiet tat-teorija biex persuna takkwista l-liċenzja tas-sewqan hija Mall Systems Limited. Dan il-kuntratt ingħata fl-20 ta’ Novembru 2003. Kienu ħarġu sejħiet għal offerti b’ tender . Id-dettalji tal-offerti mitfugħa jidhru hawn taħt. Company Charge per test Charge per re- test Maintenance Cost Cost for Data Update estimated Software Upgrade Limited Data Input Mall Systems Malta Lm8 Lm5 Free Lm360 Free Lm4100 Thomson Prometric UK Lm9.50 Lm9.50 Free Lm500 N/A Lm5700 It-testijiet tat-teorija kienu għadhom kemm ġew introdotti f’Malta. Peress li f’pajjiżi oħra dawn it-testijiet normalment isiru minn impriżi privati u mhux minn agenzija regolatorja bħal ma hi l-Awtorità dwar it-Trasport, kien deċiż li din il-funzjoni operattiva ssir minn impriża privata permezz ta’ tender. Minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità kummerċjali li jirrigwardaw entità privata, ma nħossx li kopja ta’ dan il-kuntratt għandha titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Il-kumpannija konċernata tirċievi Lm13 (VAT inkluża) għall-ewwel test u Lm9.50 (VAT inkluża) għal kull re-sit. Din il-kumpannija tħallas il-VAT applikabbli lid-Dipartiment tal-VAT. L-ADT tieħu id-differenza bejn din is-somma (wara li jitnaqqas il-VAT) u s-somma l-ammont kif jidher fit- tender u spjegat fit-tabella hawn fuq. Bejn l-ewwel ta’ Jannar 2004 sa l-aħħar ta’ Marzu 2005 saru 8,220 test. L-ADT għandha impjegati magħha numru ta’ Information Security Officers li jaqdu r-rwol ta’ liaison mal-klijenti tagħha. Peress li n-nies li jattendu għal dawn it-testijiet huma klijenti tagħha, l-ADT qegħda tipprovdi dan is-servizz waqt li jkunu qed isiru it-testijiet. Dan is-servizz ilu jiġi pprovdut minn Jannar 2004. L-ispejjes involuti kienu dawk tas-salarju ta’ dan l-uffiċjal li laħqu bejn wieħed u ieħor Lm7,859 għall-perjodu bejn Jannar 2004 u l-aħħar ta’ Marzu 2005.

Santa Venera — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont tat-toroq li saru f'Santa Venera mill-1 ta' April 1994 sa l-aħħar ta' Marzu 2005? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena sena u triq triq bil-qisien ta' kull triq u kemm ġiet tiswa kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Qormi — Triq San Ġwakkin

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta d-direttorat tat-toroq beħsiebu jirranġa l-kantuniera li hemm fi Triq Attard, k/m Triq San Ġwakkin fejn tinsab l-art abbandunata li hemm fl-inħawi ta' Triq San Ġwakkin, Ħal Qormi, skond pjanta li qed tintbagħat separatament, sabiex il-vetturi jkunu jistgħu jgħaddu mingħajr periklu minn din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Junction fi Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11793 u jgħid jekk il-junction proposta ħdejn ix-showroom ta' Cortis f'Imdina Road, Żebbuġ tinvolvix twaqqigħ ta' bini eżistenti? Jista' il-Ministru ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' din il-junction?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħames protokoll Taljan

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-toroq li saru mill-ġdid mill-fondi tal-ħames protokoll ma' l-Italja kif ukoll dawk iffinanzjati mill-budget nazzjonali humiex se jiġu mdawwla b'lampi full cutoff, kif qed jiġri fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea, in vista tal-problema tal-lights pollution? Jekk le, jista' jispjega għaliex le, ladarba lampi full cutoff joffru ħafna inqas glare fit-triq u allura iżjed safety għas-sewwieqa u l-prezz ta' lampi full cutoff huwa l-istess bħal dak tas-semi cutoff li mdorrijin nużaw f'pajjiżna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħal Għaxaq — Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jispjega għaliex traffic lights li twaħħlu f'Novembru 2004 f'Dawret Ħal Għaxaq għad ma ġewx mixgħula sal-lum, waqt li oħrajn li saru f'Tal-Barrani f'Jannar 2005 bdew jiffunzjonaw? Jaf li l-awtorita' dwar it-trasport fil-ġurnali nformat lill-pubbliku, wara pressjoni mill-kunsill lokali, li dawn kellhom ikunu operattivi sat-30 ta' Marzu u sal-lum ir-riskju għar-residenti biex jaqsmu l-arterja msemmija għadu ma ġiex imneħħi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ammont ta' sussidju ħadet l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku mill-1996 'il hawn kif ġej: (a) sussidju fuq id-dħul; (b) sussidju fuq insurance claims; (c) sussidju għal xiri ta' buses ġodda? X'kien l-ammont totali ta' eżenzjoni mit-taxxi ta' reġistrazzjoni u dazju fuq xiri ta' buses ġodda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra dokument li juri l-ammont ta’ sussidju li ingħata minn 1996 fuq dħul, insurance claims u xiri ta’ buses ġodda. Jien infurmat li l-ammont ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni li ġiet eżentata hija ta’ Lm277,858.66c. Fir-rigward ta’ l-eżenzjoni tad-dazju, peress li dan id-dazju jitħallas lid-Dipartiment tad-Dwana, nitolbok tindirizza din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.

Kalkara — Manutenzjoni tat-triq

Question

Jista' il-Ministru jara li jingħata wiċċ xieraq lit-triq li mill-Kalkara tagħti għall-club tar-regatta Birgu peress li tinstab fi stat diżastruż u dan hu post frekwentat ħafna fis-sajf?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-Direttorat ħejja pjanti u issottometta applikazzjoni lill-Mepa sabiex tiġi mwessa' u irranġata din il-promenade. Hu ppjanat li sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol tiġi ppublikata aktar tard din is-sena biex ix-xogħlijiet jiġu kompluti sa l-aħħar ta’ l-2006.

ADT — Siġġiewi - Vultaġġ baxx

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11159, jista' il-Ministru jgħid meta l-ADT se toħroġ il-permessi relatati mal-problema ta' vultaġġ baxx f'Ta' l-Għolja, Triq Ġdida, fi Triq it-Tank, Siġġiewi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-permessi tat-trinek għax-xogħol msemmi (379/05 u 380/05) waslu l-Awtorita' dwar it-Trasport fl-1 ta’ Marzu 2005. Dak inhar stess, l-applikazzjonijiet intbagħtu lill-entitajiet kollha kif normalment isir. (Drainage Unit, Enemalta, Maltacom, Melita Cable, MEPA., Traffic Management Directorate, WSC, Kunsill Lokali Siġġiewi u Roads Directorate). Fl-14 ta’ Marzu, peress li l-Kunsill Lokali Siġġiewi kien għadu ma weġibx , intbagħtet reminder. Il-permessi inħarġu hekk kif waslet it-tweġiba mingħand il-Kunsill Lokali Siġġiewi.

Qormi — Triq l-Imdina - Culverts

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitnaddfu l-culverts li hemm fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi (faċċata tal-pompa tal-petrol) minħabba intejjen li ħerġin minnhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dawn il-culverts huma pjanati li jiġu mnaddfa fil-perjodu li ġej mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika, hekk kif regolarment isir fil-perjodu ta’ wara ix-xitwa.