Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ kirurgu u/jew speċjalist
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk pazjent li jkollu bżonn intervent li ma jkunx jista’ jsir f’pajjiżna, għandux dritt li jagħżel il-kirurgu u/jew speċjalista li jagħmillu l-intervent barra minn pajjiżna, anke jekk il Gvern ikun se jħallas għall-intervent?
Response (MIZZI, KONRAD)
B’konsultazzjoni mat-tabib kuranti tiegħu l-pazjent għandu dritt jagħżel il-kirurgu u/jew l-ispeċjalista li jagħmillu l-intervent barra minn pajjiżna ġaladarba il-kirurgu u/jew l-ispeċjalista jkun jopera f’isptar pubbliku, f’pajjiż fejn il-Gvern għandu ftehim, huwa ta’ reputazzjoni tajba u għandu l-kapaċità meħtieġa sabiex joffri s-servizz rikjest.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – trattament bil-kimoterapija
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10246, fejn fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qal li skont il-ftehim mal-ispeċjalisti tal-Onkoloġija, dawk il-pazjenti Għawdxin li jkollhom bżonn trattament bil-kimoterapija li jinkludi 5-FU u Adjuvant Herceptin, liema pazjenti mill-bidu ta' din is-sena ammontaw għal 26, kollha ngħataw il-possibbiltà li jirċievu s-servizz tal-kimoterapija f'Għawdex, jista' jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari oriġinali u jgħid kemm fil-fatt kienu dawk il-pazjenti minn dawn is-26 li ngħataw is-servizz tal-kimoterapija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Dawn is-sitta u għoxrin (26) pazjent li qiegħed isemmi l-Onor. Interpellant kollha ngħataw il-Kimoterapija f’Għawdex.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10154, fejn il-Ministru qal li matul is-sena 2013 kien hemm 1,627 donatur tad-demm f'Għawdex filwaqt li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2014 kien hemm 847 donatur, jista' jagħti tweġiba għall-mistoqsija oriġinali u jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' donaturi tad-demm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex (xahar b'xahar) minn Novembru 2012 sa Ġunju 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra t-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9913 u jgħid kemm ġabret flus l-ARMS Ltd fl-2012 u fl-2013? Jista’ jgħid ukoll kemm ġabret flus l-ARMS Ltd fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena u kemm ġabret flus fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9915, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi s-siti kollha li qed ikunu kkunsidrati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata fil-ħin opportun.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat (Malta) mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Kien hemm mija u sebgħa u sittin elf, seba’ mija u tmenin (167,780) persuna li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat (Malta) mill-1 ta’ Jannar 2013 sas-sbatax (17) ta’ Lulju 2014.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 352, 2347, 6900 u 7653 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma – software application
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi launched l-app (software application) li hemm intenzjonata għall-użu mill-pubbliku għall-informazzjoni dwar kontijiet tad-dawl u ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-software application ġiet imnedija f’Marzu ta’ din is-sena.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-aħħar xahrejn? F’liema gradi? X’xogħol qed jagħmlu u f’liema lokalità joqogħdu dawn il-ħaddiema ġodda?
Response (MIZZI, KONRAD)
F’dawn l-aħħar xahrejn ġew impjegati 76 ħaddiem mal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma fi gradi ta’:
·
Senior Applications Developer,
· Laboratory Technician,
· Architect Pipe Laying Projects,
· Multi Skilled Fitters Level 3 u
· Plasterers/Masons.
Dawn l-impjegati ġejjin minn 32 lokalita’ differenti.
High Level Meeting – Żvilupp tal-Qasam tal-Gass fir-Reġjun tal-Meditterran
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet, il-karigi u l-pajjiż rispettiv tal-persuni li attendew għall-high level meeting li sar ftit tal-ġranet ilu dwar l-iżvilupp tal-Qasam tal-Gass fir-reġjun tal-Meditterran?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-sessjoni politika tal-Malta Energy Conference 2014, apparti Malta u rappreżentanza mill-Unjoni Ewropea, kien hemm ukoll rappreżentanti minn 26 pajjiż differenti:
1. Alġerija
2. Awstrija
3. Belġjum
4. Bulgarija
5. Ċipru
6. Eġittu
7. Ġermanja
8. Ġordan
9. Greċja
10. Irlanda
11. Italja
12. Kroazja
13. Latvija
14. Lebanon
15. Libja
16. Litwanja
17. Marokk
18. Olanda
19. Palestina
20. Polonja
21. Portugal
22. Renju Unit
23. Slovakkja
24. Spanja
25. Tuneżija
26. Ungerija
Għall-konferenza attendew ukoll numru ta’ stakeholders fil-qasam.
Kont tad-dawl u l-ilma — każ ta' persuna minn Raħal Ġdid
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna minn Raħal Ġdid u lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha diskrepanza kbira fil-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ilment ġie mistħarreġ u rriżulta li l-kont in kwistjoni huwa kont maħruġ fuq stima. Id-data kienet ripetuta għaliex il-kont l-ieħor kien kont attwali. Il-bilanċ ġie rivedut skont il-kont attwali. Jirriżulta wkoll li fil-perjodu msemmi kien hemm problema fis-sistema tal-ilma li ġiet indirizzata minnufih.
Jista’ l-Ministru jagħti l-valur ta’ konsulenzi li ngħataw b’direct order, lil min u għalxiex, fl-entitajiet li għalihom hu responsabbli mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4064, jista’ l-Ministru jgħid l-isem tas-CEO tal-Isptar Monte Karmeli li huwa wkoll il-konsulent ewlieni u ċ-chairperson tal-psikjatrija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Minħabba l-prerekwiżiti tal-Mental Health Act qiegħed isir ristrutturar tal-managment fil-qasam tal-kura tas-saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset s'issa u kemm se titħallas il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-istudji li ġiet imqabbda tagħmel mill-Korporazzjoni Enemalta fir-rigward tal-powerstation il-ġdida u jekk ix-xogħol li tqabbdet tagħmel ingħatax b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3964 (tlett elef, disa’ mija, erbgħa u sittin). Fi Frar sar pagament ta’ €229,392.00 (mitejn disgħa u għoxrin elf, tlett mija, tnejn u disgħin Ewro).
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet spezzjoni fil-binja ndikata u rriżulta li hemm ħsara żgħira tal-ilma fil-prossimità tal-istess binja. Qed isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi lokaliżżata eżattament fejn qegħdha l-ħsara biex b’hekk isiru t-tiswijiet neċessarji.
Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anomalija mill-Korporazzjoni Enemalta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta tkellmet mal-persuna msemmija u nstab li l-problema mhijiex mal-Korporazzjoni Enemalta iżda ma’ entità oħra. Huwa ġie ggwidat jagħmel kuntatt ma’ din l-entità.