Legislature:
Category:
Reset
Active:

Maltco Limited

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid x’sehem messu l-gvern mil-lotteriji organizzati mill-Maltco Limited mit-twaqqif ta’ l-istess Maltco Limited ’il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Uffiċjali tal-gvern — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12302 u jgħid apparti mill-ministri u segretarji parlamentari u segretarji permanenti, liema huma dawk l-uffiċjali tal-gvern intitolati jsiefru club class?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12302.

ERM2

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija 12268 u jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-istudji ta' feasibility dwar is-sħubija ta' Malta fl-ERM2 kif talbet l-oppożizzjoni u kif issuġġerixxa wkoll l-ex-ministru tal-finanzi John Dalli fl-artikli tiegħu ta' "The Sunday Times" tal-Ħadd li għadda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Stati Uniti — Double taxation agreement

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija 12265 u jgħid x'passi beħsiebu jieħu l-Gvern Malti dwar id-double taxation agreement ma' l-Istati Uniti bħala follow-up għaż-żjara riċenti tal-foreign and European affairs committee tal-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12265.

Taxxa Doppja

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12304 u jgħid kemm hemm u liema huma dawk it-trattati għall-ħelsien mit-taxxa doppja, li qed jiġu negozjati bħalissa? Kemm minnhom ġew konklużi f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12304.

Taxxi interni — Refund

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux possibbli li jingħata r-refund tat-taxxa tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jmorru lura għall-1996-1997 u li jammontaw għal Lm244, minabba li l-familja għandha spejjeż relatati ma' mard?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

AFM — Każ ta' Arretrati

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li l-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tingħata l-arretrati tal-paga dovuti lilha mill-forzi armati ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-arretrati tal-paga dovuti mill-Forzi Armati ta’ Malta lill-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ġew imħallsa lill-individwu kkonċernat f’Marzu li għadda.

AFM — Membri

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew membri ta' l-armata kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin, għaliex u x'rank kellhom? kemm telqu minn jheddhom fl-istess żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

AFM — Serq mill-barracks

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm insterqu affarijiet minn ġewwa l-barracks tal-forzi armati kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? X'kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li matul is-snin 2000, 2002 u 2003 ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ serq mill-barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta. Fl-2001 kien hemm każ ta’ serq ta’ flus kontanti għal valur ta’ 24 Liri Maltin (Lm24), każ ta’ serq ta’ jack hammer (għodda li tintuża għat-tħaffir) u każ ta’ serq ta’ helmet li jintuża għal waqt l-irvellijiet. Fl-2004 kien hemm każ fejn insterqu xi ħwejjeġ (clothing) militari minn lockers ta’ xi suldati, u każ ieħor fejn insterqu (2) batteriji tat-trakkijiet.

Xiri ta' buses

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 11136, jista' il-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien l-ammont totali ta' eżenzjoni mit-taxxa ta' reġistrazzjoni u dazju fuq xiri ta' buses ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nixtieq nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat lill-Mistoqsija Parlamentari Numru 11136. Għar-rigward ta’ dazju fuq xiri ta’ buses ġodda l-ammont totali huwa ta’ Lm355,026.

Host families

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma jekk xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu huwiex qed jistaqsi lill-aġenziji ta' l-ivvjaġġar jew skejjel ta' l-Ingliż għal listi ta' liema host families ħadu studenti għandhom u kemm jiġġeneraw turnover? Jista' jispjega l-iskop ta' dan l-eżerċizzju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ebda dipartiment taħt id-dekasteru tiegħi ma qatt talab għall-informazzjoni msemmija fid-domanda ta’ l-Onorevoli Interpellant. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni biss qed jitlob informazzjoni lil skejjel ta’ l-Ingliż dwar ħlasijiet lil host families. Is-sistema ta’ self assessment li topera f’Malta tinkludi fiha sistema ta’ verifika biex jiġi żgurat li kulħadd iħallas it-taxxa dovuta minnu. Għal din ir-raġuni l-Kummissarju tat-Taxxi Interni għandu l-fakultà li jitlob informazzjoni u dan jagħmlu mhux biss dwar dan is-settur imma wkoll setturi oħrajn.

EU — European spatial development perspective

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu jew id-dipartimenti fi ħdanu kellhomx diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-European spatial development perspective? Jista' jgħid jekk ġewx sottomessi xi proposti jew proġetti marbuta ma' dan il-pjan? Jekk iva, x'kienu jinkludu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nikkonferma li s-Segretarjat għall-Unjoni Ewropea qatt ma ssottometta xi proposti jew proġetti marbuta mal-European Spatial Development Perspective.

Paga — Żieda ta' l-għoli tal-ħajja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dħul tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament la jirriflettu ż-żieda fil-promozzjoni u lanqas ta' l-għoli tal-ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata kienet Senior Operative fuq skala 17 u fid-19 ta’ Novembru, 2004 ħadet progression għal skala 16 (u mhux promozzjoni). Din il-persuna ġiet mħallsa fil-paga li tħallset fl-1 ta’ Diċembru, 2004 (li tkopri mit-3 ta’ Novembru 2004 sal-1 ta’ Diċembru, 2004) u ġiet riflessa fis-salarju bażiku tagħha fejn għandha l-paga parti maħduma fuq skala 17 u parti fuq skala 16. Fl-1 ta’ Jannar, 2005 din il-persuna ġiet mogħtija l-għoli tal-ħajja għal din is-sena. Jekk il-persuna ndikata tixtieq aktar informazzjoni nistedina tmur fl-Uffiċċju tas-Salarji tal-Ministeru.

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Kumpens

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kumpensi mogħtija mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji humiex suġġetti għat-taxxa fuq l-income?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta illi l-ebda taxxa ma hi dovuta jew pagabbli fuq ħlasijiet, magħmulin lill-individwi mill-Gvern ta’ Malta jew minn xi korporazzjoni jew korp stabbilit b’liġi jew minn xi soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ikollu kontroll, bħala kumpens għal xi telf ta’ income u li jkunu saru fuq rakkomandazzjoni tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji mwaqqaf skond l-Att VIII ta’ l-1997.

Dipartiment tal-VAT — Refunds

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11622 u jgħid fil-preżent kemm għandhom jingħataw flus f'refundsmid-dipartiment tat-VAT f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11622.

Servizz Pubbliku — Ħaddiema fuq light duties

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proċess biex impjegat tal-gvern jingħata light duties u kif jinbeda dan il-proċess? In oltre, jista' ġentilment jgħid x'tip ta' xogħol hu kkonsidrat bħala light u x'implikazzjonijiet u/jew x'effett ikun hemm fuq is-salarju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-policy tal-gvern hija li ma jaċċettax li mpjegati pubbliċi jkunu fuq light duties. Eċċezzjoni tingħata lil min ikun weġġa’ fuq ix-xogħol.

Stati Uniti — Double taxation agreement

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi beħsiebu jieħu l-Gvern Malti dwar id-double taxation agreement ma' l-Istati Uniti bħala follow-up għaż-żjara riċenti tal-foreign and European affairs committee tal-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ser ikompli bil-ħidma kollha li hu possibbli biex anke ma’ dan il-pajjiż, jinħtieġ ftehim dwar double taxation agreement.

Riċeviment — Dolċiera

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11893 u jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeri kollha għas-snin 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Uffiċjali tal-gvern — Safar

Question

Apparti mill-Ministri u Segretarji Parlamentari u Segretarji Permanenti, jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-uffiċjali tal-gvern intitolati jsiefru club class?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minbarra l-Ministri, Segretarji Parlamentari u Segretarji Permanenti jistgħu jsiefru club class uffiċjali pubbliċi fil-gradi wieħed, tnejn u tlieta, kif ukoll uffiċjal ieħor li jkun fi grad iċken, sa kemm ikun jagħmel parti mill-istess delegazzjoni. B’mod eċċezzjonali dan it-tip ta’ vjaġġar jista’ jkun meħtieġ ukoll f’dawk iċ-ċirkostanzi fejn ir-regoli ta’ l-ivvjaġġar ma jippermettux xort’oħra.

Taxxa doppja

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm u liema huma dawk it-trattati għall-ħelsien mit-taxxa doppja li qed jiġu negozjati bħalissa? Kemm minnhom ġew konklużi f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar sentejn saru negozjati u ġew inizjalati f’livell tekniku trattati għall-ħelsien mit-taxxa doppja mal-Greċja, Serbia u Montenegro, San Marino, Spanja u l-Emirati Arab Magħquda. Matul l-istess żmien ġew iffirmati t-trattati ma’ Iżlanda u ma’ San Marino u ġie ffirmat ukoll Protokol mal-Belġju li emenda t-trattat oriġinali. Hemm numru ta’ trattati oħra li kienu ġew negozjati u inizjalati qabel is-sentejn li għaddew u li għadhom ma ġewx iffirmati. Dawn huma t-trattati ma’ l-Irlanda, il-Ġordan, Singapore, it-Tajlandja u l-Ukraina.