Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11671 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tal-Gvern — Skimmed milk

Question

Wara l-miżura li permezz tagħha tneħħa l-iskimmed milk miċ-ċentri tas-saħħa tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li issa l-anzjani jkunu jistgħu jieħdu l-iskimmed milk miċ-ċentri tas-saħħa/spiżeriji jew bereġ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għal mistoqsija numru 11662.
Leg 9 PQ #11688 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni rikoverati l-isptar din is-sena, kawża ta' inċidenti tat-traffiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11692 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni b'HIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni bl-HIV f'Malta llum? Kemm hawn nies bl-AIDS illum? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni qegħdin jaħdmu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11717 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda minn Diċembru 1998 sal-lum fid-dekasteru kollu tas-saħħa? X'kienet l-għamla u t-tip ta' karozza u kemm kienet tiswa f'kull każ? Sa l-aħħar tas-sena, kemm mistennija li jinxtraw aktar karozzi ġodda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-dettalji li talab l-Onorevoli Interpellant huma skond it-tabella ta` hawn taħt: Kemm inxtraw Għamla u tip karozzi ġodda Prezz Ministeru Xejn - Servizzi Farmaċewtiċi Xejn - tal-Gvern Diviżjoni tas-Saħħa 1 Kia Klarus - LM7669 1 Mazda 323 - LM6884 Foundation for 1 Alfa Romeo 156 CBF 715 Medical Services (Exc. VAT) - LM12,915 1 Fiat Brava 1.9TD SEX FBJ807 (Exc. VAT) - LM7480 1 Fiat Brava 1.9TD SEX FBL216 (Exc. VAT) - LM7480 Sptar Zammit Clapp Xejn - Kummissjoni Nazzjonali Xejn - għas-Saħħa Mentali -------------------------------- TOTAL 5 -------------------------------- Sa l-aħħar tas-sena mistennija li tinxtara karozza oħra mill-FMS.
Leg 9 PQ #11718 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Settur forensiku - Speċjalisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar 14-il xahar ġewx speċjalisti minn barra minn Malta ħalli jagħtu pariri dwar is-settur forensiku u swali oħra fl-Isptar Monte Carmeli? Jekk fl-affermattiv, min huma dawn l-ispeċjalisti? Xi kwalifiki għandhom? Xi ħlasijiet saru s'issa lil dawn l-ispeċjalisti? Jekk hemm xi kuntratt ma' dawn l-ispeċjalisti, jista' l-Ministru jpoġġi l-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11719 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Trasferiment ta' pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti fl-aħħar xahar, ġurnata b'ġurnata, ġew trasferiti bil-lejl mill-Male Ward 2 għal sala oħra fl-Isptar Monte Carmeli għax ma kellhomx sodod fejn jorqdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11721 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Fiżjoterapisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jitħallsu ta' l-"on call duty" il-fiżjoterapisti li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa, sptar, sptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11742 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Interim From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mental Out-Patients Department

Question

Jista' l-Ministru jara jistax jibda jsir staggering tal-appuntamenti fil-Mental Out-Patients Department?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #10902 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Islamic Cemetery

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar l-Islamic Cemetery, jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi? Meta se jkomplu l-laqgħat u bejn min matul dawn il-ġimgħat? Jista' jikkunsidra li sa Diċembru li ġej jirrimedja din il-problema li ilha pendenti s-snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa rċieva korrispondenza mill-Awtorita' tal-Ippjanar biex jagħti l-fehmiet tiegħu fir-rigward ta' applikazzjoni mill-`Malta Islamic Welfare Fund' biex jibnu ċimiterju fil-viċinanza tal-Moskeja f'Raħal Ġdid. Bħala riżultat ta' dan, l-applikanti ġew mitluba biex jagħmlu talba mal-Bord tas-Servizzi Ġenerali kif preskritt fil-Liġi. Il-Bord tas-Servizzi Ġenerali sejjer jiddiskuti dan is-suġġett fl-ewwel laqgħa tiegħu fil-25 ta' Novembru 1999.
Leg 9 PQ #10912 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

MRLs — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn id-Dipartiment tal-Biedja u dawk tas-Saħħa dwar l-MRLs? Meta saru u xi żviluppi kien hemm? X'mistenni jsir fix-xhur li ġejjin dwar l-MRLs ta' l-Unjoni Ewropea fuq ħxejjex u frott frisk?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diversi laqgħat saru bejn il-Kunsil tas-Saħħa u d-Dipartiment tas-servizzi veterinarji, dwar l-MRL`s. Regolamenti li jikkonċernaw l-MRL`s fil-laħam ġew ippublikati fis-sena 1998. Għal aktar informazzjoni fuq dan is-suġġett l-Onor. Interpellant jista jirreferi lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Biedja u Sajd.
Leg 9 PQ #10769 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Testijiet tal-bone density

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta qed jingħataw l-appuntamenti għat-test tal-Bone Density?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-appuntamenti għal-Bone Density qed jingħataw għal Mejju 2000. Ir-raġuni għal dan huwa minħabba dewmien biex issewwew ħsarat tekniċi fil-makna. Qed jinbdew proċeduri biex tkun tista` tinxtara t-tieni makna tal-Bone Density biex b'hekk nagħtu servizz aħjar lill-pazjenti.
Leg 9 PQ #10855 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet tal-by-pass

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta'persuni ta' taħt il-45 sena li kellhom bżonn l-operazzjoni tal-by-pass minn mindu dawn bdew isiru fl-isptar lokali/San Luqa? Kemm kellha żmien l-iżgħar persuna li f'pajjiżna kellha bżonn din l-operazzjoni u xi programmi jsiru fuq il-postijiet tax-xogħol sabiex tingħata aktar edukazzjoni għall-protezzjoni tal-ħaddiema dwar din il-kawża? Fejn saru dawn il-programmi matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn April 1995, 50 persuna taħt l-eta` ta` 45 sena saritilhom l-operazzjoni ta` bypass tal-arterji tal-qalb. Tnejn biss kienu nisa. L-izgħar pazjent kien raġel ta` 31 sena li saritlu bypass ta` tlett arterji. L-operazzjonijiet fuq persuni taħt il-45 sena kienu maqsuma kif ġej:- April 1995 - Marzu 1996 14 April 1996 - Marzu 1997 10 April 1997 - Marzu 1998 9 April 1998 - Marzu 1999 9 April 1999 sallum 8 Id-dist ribuzzjoni bl-eta` kienet hekk: ETA Numru ta` Persuni 31 1 32 1 33 - 34 - 35 2 36 1 37 - 38 1 39 6 40 5 41 7 42 8 43 12 44 6 Ma kien hemm ebda programmi diretti ta` edukazzjoni u prevenzjoni ta` mard tal-qalb fuq il-postijiet tax-xogħol f`dawn l-aħħar 12 il-xahar. Dawn il-kampanji huma ndirizzati lill-pubbliku in ġenerali.
Leg 9 PQ #11158 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Konsulenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10728, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti ngaġġati u x'konsulenza qed jagħtu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-konsulenti mediċi mpjegati mal-Ministeru tas-Saħħa huma skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Minbarra l-konsulenti msemmija hemm ukoll, Dr. Anthony Vassallo li huwa ngaġġat mal-Ministeru tas-Saħħa fuq bażi ta` kuntratt bħala adviser jgħin fl-'iscreening' tar-regolamenti tal-EU u fit-tfassil ta` liġijiet dwar is-Saħħa.
Leg 9 PQ #11471 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Inventarju

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-inventarju ta' l-uffiċini tas-segretarjat tal-Ministeru tas-Saħħa f'Casa Leone u f'Palazzo Castellania skond kif kienu fis-6 ta' Settembru, 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11473 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Hospitality

Question

Jista' l-Minstru jgħid kif intnefaq il-vot tal-hospitality fl-Isptar Zammit Clapp xahar b'xahar fl-aħħar sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra
Leg 9 PQ #11333 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li tiġi mmodernizzata u attrezzata l-berġa li hemm fil-Kalkara li xejn m'hi adegwata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħalissa ma hemmx ħsieb li tiġi immodernizzata jew attrezzata il-berġa li hemm fil-Kalkara għajr għal xi manutenzjoni li tkun meħtieġa skond il-bżonn. Dan għaliex il-post li jintuża preżentament ma jippermettix immodernizzar jew attrezzar. Dan jista` jsir biss jekk jiġi provdut post ġdid.
Leg 9 PQ #11382 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hawn Malta isirux sex changes operations? Jekk le, din il-forma ta' operazzjoni tkun trid issir lil kull min jitlobha fl-isptarijiet tal-gvern u/jew f'tal-privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sex change operations ma jsirux fl-isptarijiet tal-Gvern. M'għandix informazzjoni li qed isiru fl-isptarijiet privati.
Leg 9 PQ #11462 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMSS — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħlas tal-hospitality li saret mill-FMSS għas-sena 1996? Meta saret kull attivita'? Kemm kien l-infiq f'kull każ? Fejn saret kull attivita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ammont ta` ħlas għal hospitality fis-sena 1996 kien kif ġej:- 15-01-96 The Arches 159.15 24-01-96 Elia Borg Bonaci Ltd. 197.67 30-01-96 Il-Parapett 62.15 26-06-96 Villa Arrigo Snacks 31.00 17-08-96 Lo Squero 237.85 30-09-96 Ponte Vecchio Restaurant 75.65 30-09-96 Madliena Cottage 112.15 30-09-96 Ta` Maria Restaurant 29.15 ---------- 904.77 ----------
Leg 9 PQ #11463 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMSS — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħlas għal hospitality li sar mill-FMSS jew mill-MFS għas-sena 1997? Meta saret kull attivita'? Kemm kien l-infiq f'kull każ? Fejn saret kull attivita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ammont ta` ħlas għal hospitality fis-sena 1997 kien kif ġej:- 12-02-97 The Carriage Restaurant 30.10 10-03-97 Baruffo Restaurant 67.95 26-03-97 Ponte Vecchio Restaurant 23.95 01-07-97 Palio's Restaurant 33.75 10-07-97 Wedding Gift - Secretary 259.75 08-10-97 Madliena Cottage 120.25 26-11-97 M4 Shopping Centre 26.50 19-12-97 R & J Confectionery 242.00 19-12-97 R & J Confectionery 241.00 22-12-97 Corinthia San Gorg 45.70 ---------- 1090.95 ----------
Leg 9 PQ #11464 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħlas għal hospitality li sar mill-FMS għas-sena 1998? Meta saret kull attivita'? Kemm kien l-infiq f'kull każ? Fejn saret kull attivita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ammont ta` ħlas għal hospitality fis-sena 1998 kien kif ġej:- 20-02-98 Tulip Restaurant 50.85 16-03-98 Porto Del Sol 22.35 15-04-98 Il Formaio 2.60 09-06-98 Porto Del Sol 24.60 18-06-98 Corinthia Palace Ricksaw Restaurant 102.35 18-06-98 Corinthia Palace Caprice Bar 9.45 29-07-98 Palio's Restaurant 57.35 29-08-98 San Gorg Corinthia 57.00 06-11-98 Porto Palo 33.00 10-11-98 Porto Palo 43.00 20-11-98 Porto Del Sol 26.10 23-12-98 Gillieru Restaurant 103.40 25-12-98 St.Lucija 250.00 25-12-98 St.Lucija 200.00 ---------- 982.05 ----------