Legislature:
Category:
Reset
Active:

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Tista' il-Ministru tagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Anzjani — Kartuna r-roża

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm anzjani li nqatgħalhom il-benefiċċju tal-kartuna r-roża għax qabżu s-somma stipulata għas-sena 2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta' anzjani li matul din is-sena ma baqgħux intitolati għall-karta r-roża għax ma kienux jissodisfaw aktar it-test tal-mezzi stipulat fl-Att dwar is-Sigurta Soċjali, kien ta' 106.

Servizzi Soċjali — Single Parents

Question

Tista' il-Ministru tgħid separatament x'inhi l-għajnuna soċjali li huma ntitolati għaliha single parents, sew dawk li jaħdmu u sew dawk li ma jaħdmux? Tista' tgħid ukoll jekk teżistix differenza bejn l-għajnuna soċjali li tingħata lil single parents femminili u dawk maskili?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Dritt u r-rata applikabbli għall-Għajnuna Soċjali jiddependu mill-assi kapitali u d-dħul tal-familja kif ukoll minn numru ta' membri fil-familja. Dan japplika wkoll f'każ ta' single parents. F'każ ta' single parents li jaħdmu, ir-rata applikabbli titħallas mingħajr tnaqqis sakemm id-dħul mix-xogħol ma jeċċedix Lm18.91 fil-gimgħa. Jekk id-dħul mix-xogħol jeċċedi dan l-ammont, ir-rata ta' Għajnuna Soċjali applikabbli titnaqqas bid-differenza bejn id-dħul mix-xogħol u Lm18.91. Single parents li jabitaw mal-ġenituri tagħhom jitħallsu 75% tar-rata ta' Għajnuna Soċjali applikabbli għalihom. It-tweġiba għall-aħħar parti tal-Mistoqsija hi fin-negattiv.

Persuni Boarded Out

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm-il persuna ġiet boarded out f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatament? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn ġew boarded out għal raġunijiet fiżiċi u psikoloġiċi? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? X'inhuma l-etajiet rispettivi tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sigurta' Soċjali — Servizz ta' Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna anzjana mill-Isla - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tibbenefika mis-servizz ta' care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minkejja li ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita' tad-Djar ser tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Taxxi

Question

Tista' il-Ministru jekk jogħġobha tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha minn April 2003 sal-lum? Tista' wkoll tindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma kien hemm ebda taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti mid-dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet jew aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, mid-data ndikata.

Kiri ta' Postijiet tal-Privat

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk huwiex legali jew le li jingħataw "rigali" f'każ ta' postijiet li jinkrew mill-privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-liġi ma tipprojbixxix l-għoti ta' "rigal" fil-każ ta' kiri ta' postijiet mill-privat.

Djar — Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li żagħżugħa u bintha ta' erba' snin li għandhom 197 punt quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, tiġi provduta b'post alternattiv? Dettalji qed jintbagħtu separatament.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Djar — Akkomodazzjoni Alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li żagħżugh - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jiġi provdut b'post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Djar — Valutazzjoni ta' Post

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-fond li huwa okkupat minn żewġ anzjani - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - ġie valutat Lm46,500 biex jinxtara?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Waħda mill-kundizzjonijiet biex jingħata sussidju taħt l-iskema Sir Sid Darek hi li l-applikanti ma jridx ikollhom propjeta' oħra wara t-30 ta' Settembru 1998. Ninsab infurmata li mir-riċerki li saru mill-Awtorita' tad-Djar irriżulta li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellanti kellha propjeta' oħra wara din id-data. Għalhekk din il-persuna ma kkwalifikatx għal sussidju fuq il-prezz.

Awtorita' tad-Djar — Chairperson

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm titħallas iċ-chairperson ta' l-awtorita' tad-djar, x'allowances u benefiċċji għandha? Tista' tgħid jekk il-linja tat-telefon fir-residenza tagħha - kera u sejħiet - hijiex imħallsa mill-awtorita' tad-djar? Għandha servizz ta' karozza bid-driver matul is-sena kollha? Tista' tgħid jekk għandhiex ukoll fuel allowance u jekk fl-affermattiv kemm? Tista' tgħid jekk għandhiex telefon ċellulari imħallas mill-awtorita' tad-djar u jekk il-kontijiet jitħallsux mill-istess awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17828 f'Seduta 344 fil-Leġislatura preċedenti.

Djar — Xiri ta' Proprjeta'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-iskema ta' xiri ta' proprjeta' tal-gvern minn inkwilini mill-1998 'il hawn? Kemm fil-fatt kien hemm inkwilini li bbenefikaw minnha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar — Sussidji

Question

Tista' il-Ministru tgħid minn mindu l-awtorita' tad-djar ġiet amalgamata mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali x'kienet in-nefqa kapitali, nefqa soċjali f'sussidji u nefqa rikorrenti, individwalment u sena b'sena sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Interpellant ibbaża l-Mistoqsija tiegħu fuq premessa żbaljata għax l-amalgamazzjoni bejn l-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għad trid isseħħ.ċ

Sigurta' soċjali — Persuni ntitolati għall-karta r-roża

Question

Tista' il-Ministru tgħid min jista' jibbenefika mill-karta r-roża? Tista' tikkonferma li min jibbenefika mill-karta r-roża jkollu sussidju fuq il-kont ta' l-ilma u tad-dawl? Kemm hu s-sussidju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8638 f'Seduta Numru 183. Ninsab infurmata li t-Tweġiba għat-Tieni Parti tal-Mistoqsija hi fin-negattiv.

Awtorita' tad-djar — Applikazzjoni għal skema 'Z'

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex l-applikazzjoni tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li applikat għal Skema Z ta' l-awtorita' tad-djar ġiet imwaqqfa milli tiġi pproċessata qabel ma l-perit ta' l-awtorita' għamel l-ispezzjoni tal-fond fuq imsemmi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant ma tistax tiġi proċessata peress li l-valur tal-propjeta', kif stmat mill-perit ta' l-Awtorita', jeċċedi dak stabbilit skond l-Iskema.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Applikazzonijiet minn priġunieri

Question

Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm residenti fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li għandhom applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? X'kordinament hemm bejn il-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u d-dipartiment? Fejn se jiġi akkomodat wieħed mir-residenti - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li se jiġi rilaxxat mill-faċilita' f'Jannar li ġej?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 7 applikazzjonijiet minn residenti fil-Facilita' Korrettiva ta' Kordin. Ninsab infurmata wkoll li Social Workers li jaħdmu ma dawn ir-residenti jinfurmaw lid-Dipartiment imsemmi viċin id-data li tkun mistennija tiġi skontata s-sentenza. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6333 f'Seduta numru 148, dwar l-istess persuna.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Enerġija Solari

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tagħha li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar — Skemi

Question

Tista' il-Ministru telenka liema huma l-iskemi kollha li toffri l-awtorita' tad-djar u d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u tiddeskrivi fiex jikkonsistu? Tista' tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet validi għal kull skema matul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew esegwiti/moqdija, skema skema u sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar l-iskemi eżistenti ta' l-Awtorita' tad-Djar hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma joffrix skemi.

Djar ta' l-Anzjani — Kontribuzzjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani residenti taħt il-public private partnership (a) f'Villa Messina u Casa Arkati, u (b) Casa Serena minn Jannar sa Ottubru 2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-djar — Fondi mill-UE

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk l-awtorita' tad-djar applikatx għal xi forma ta' fondi u/jew għajnuna mill-Unjoni Ewropea? Jekk fil-pożittiv, liema huma u jekk fin-negattiv, għandhiex ħsieb li fil-futur tapplika għal xi fondi jew għajnuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar applikat u bbenefikat mill-Programm Leonardo li permezz tiegħu, din is-sena, ħaddiema ta' l-Awtorita' ħadu taħriġ u esperjenza dwar is-servizz tal-Care and Repair fl-Ingilterra. Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita' ser tapplika għal fondi, biex tikkordina proġett ma' entitajiet oħra, taħt il-Programm EQUAL.