Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15046 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Logħbijiet - Ġlied

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-pulizija minħabba ġlied kbir, kliema ħażin eċċ, f'dawn l-aħħar ġimgħat f'dawn il-logħbijiet fejn ħadu sehem żgħażagħ kollha taħt it-tmintax (18) il-sena? Il-logħbijiet huma: U/16 Sliema - Floriana li saret fil-ground ta' Marsaxlokk il-Ħadd 11 ta' Marzu. U/18 Fgura - Vittoriosa li ntlagħbet fil-ground tas-Siġġiewi, is-Sibt, 18 ta' Marzu. Kemm kien hemm pulziija għassa f'kull każ? Japprezza l-Ministru li rridu jittieħdu passi mill-pulizija biex dawn l-affarijiet li mhumiex denji mill-isportivi jispiċċaw? L-MFA u/jew il-YFA jinformaw lill-pulizija meta logħba tal-leagues iż-żgħar tkun ta' ċerta importanza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li normalment l-organizzaturi tal-logħob tal-kategoriji li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant jinfurmaw lill-Pulizija meta partita tkun ta` ċerta importanza. Fil-fatt il-logħba bejn Sliema u Floriana kienet waħda minnhom. Għal din il-logħba kien hemm erba` pulizija ddettaljati. Skond ma jien infurmat kien għall-aħħar tal-logħba meta nqalgħu xi inċidenti fejn players ta` wieħed mit-teams bdew jipprotestaw ma` l-uffiċjali tal-logħba. Il-Pulizija preżenti taw il-protezzjoni lil dawn l-uffiċjali u s-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata mingħajr aktar inċidenti. Pero` wieħed mill-uffiċjali tal-logħba allega li spettatur li ma jafx min hu, kien insulentah diversi drabi matul il-partita. Ninsab infurmat ukoll li għall-partita bejn Fgura u Vittioriosa ma kienx hemm pulizija preżenti. Fl-aħħar tal-partita, inqagħlu inċidenti bejn il-players, li matulhom kien hemm persuna li ġarrbet feriti u anke saret ħsara fuq vettura pparkjata barra l-ground. Il-Pulizija qed tinvestiga.
Leg 9 PQ #15074 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Brethalyser tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru brethalyser tests minn meta dan ir-regolament daħal fis-seħħ? Jista' jgħid kemm minn dawn it-testijiet irriżultaw fil-pożittiv? Jista' jgħid f'dan il-każ x'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn meta l-emendi għall-Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat-Traffiku (Kap 65) dwar it-testijiet tan-nifs ġew fis-seħħ fil-25 ta` Mejju, 1998, sal-21 ta` Marzu, 2000, kien hemm 289 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv. Minn dan in-numru ta` testijiet, 245 irriżultaw pożittivi. F`kull każ fejn ir-riżultat tat-tieni test, ikun pożittiv, jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti skond il-liġi.
Leg 9 PQ #15075 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Brethalyser tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex il-proċedura tal-pulizija li meta jsiru kollużjonijiet u aċċidenti tat-traffiku b'vetturi li fihom ikun hemm persuni li jsofru ġrieħi jew jikkawżaw ġrieħi fuq ħaddieħor isir il-brethalyser test biex ikun stabilit jekk dawk involuti kenux taħt effett ta' l-alkoħol? Jista' jgħid kemm-il test sar f'dan is-sens? Kemm minn dawn it-testijiet irriżultaw fil-pożittiv? Jista' jgħid f'dan il-każ x'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proċeduri imsemmija mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija jkunu segwiti meta, uffiċjal tal-pulizija jkollu suspett raġonevoli li persuna kienet issuq jew kienet fil-kontroll ta` vettura bil-mutur fit-triq jew f`post pubbliku ieħor meta dik il-vettura kienet involuta f`accident. Dwar l-aħħar tlett partijiet tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li matul din is-sena, sat-23 ta` Marzu, saru 17 il-test tan-nifs fuq sewwieqa li kienu involuti f`inċidenti tat-traffiku u kollha kienu fil-pożittiv u qed jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti skond il-liġi.
Leg 9 PQ #15080 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għall-gwardjani fil-ħabs? Kemm saru s'issa interviews? Kemm beħsiebu jdaħħal? Meta se jidħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sad-data ta` l-għeluq ta` l-applikazzjonijiet, in-numru ta` dawk li applikaw għall-postijiet ta` gwardjani fil-Ħabs kien ta` 199. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat li għadu għaddej il-proċess ta` l-għażla u għalhekk ma tistax tingħata risposta f`dan l-istadju.
Leg 9 PQ #15082 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi jiksru l-liġi tal-kaċċa? Jista' jgħid x'tip ta'ksur kien dan?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #15091 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-kummissarju tal-pulizija kkonċeda l-permess Nru TL/G/16/95 għall-manifattura u bejgħ ta' ice cream mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` għidt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3159, il-kwestjoni li dwarha qed issir il-Mistoqsija hija s-suġġett ta` proċeduri fil-Qorti Ċivili li għadhom m`humiex deċiżi.
Leg 9 PQ #15097 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għal vakanzi ta' gwardjani fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom għaddew mill-medical test? Kemm minnhom qed joqogħdu għall-interview? Kemm minnhom se jidħlu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15080 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #15107 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz tal-permess 4690/93 kkonċediet permess għal manifattura u bejgħ ta' ice cream fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #15108 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz ta' permess 4690/93 konċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' cheese cakes fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #15109 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz ta' permess 4690/93 konċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' sigaretti fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #15110 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija konċeda l-permess Nru. TL/G/16/95 għall-manifattura u bejgħ ta' sigaretti fi żona residenzjali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #15111 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz ta' permess 4690/93 konċedietx permess għal manifattura u bejgħ ta' fruit juices and squashes fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #13345 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi karozzi mikrija lill-Ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew mixtrija mill-ministeru jew min xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew proprjeta' tal-ministeru jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li qed jintużaw minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-afermattiv, jista' l-Ministru jgħid: (1) minn min qed jintużaw; (2) minn meta bdew jintużaw; (3) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (4) kemm swew fi flus Maltin; (5) xi kriterji ntużaw biex qed jintużaw minn min qed jintużaw?

Response (BORG, TONIO)

Fil-każ ta` membri tas-Segretarjati ta` Ministri u Segretarji Parlamentari il-kriterji dwar użu ta` karozzi uffiċjali huma mniżżla fid-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-każ ta` uffiċjali oħra fid-dekasteru tiegħi li għandhom ftehim jew kuntratt, l-użu huwa regolat minn tali ftehim jew kuntratt. Il-karozzi uffiċjali kollha l-oħra għandhom jintużaw minn min għandu l-permess jagħmel dan. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każ f`moħħu li huwa jidhirlu li jien għandi nkun naf bih, nitolbu jagħtini l-informazzjoni relevanti.
Leg 9 PQ #14842 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għassa tal-Belt - Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'hemmx post fejn jiġu pparkjati l-vetturi tal-pulizija ta' l-għassa l-ġdida tal-Belt Valletta? Peress li s'issa postijiet biex jipparkjaw vetturi ta' banek u ta' riċevitur tal-lottu, iżda l-vettura tal-pulizija aktar iva milli le, qed tkun ipparkjata b'mod illegali, jista' jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li dan l-aħħar ġiet irranġata d-'drive in' mal-ġenb ta` l-Għassa tal-Belt u għaldaqstant issa l-vetturi tal-Pulizija qed jiġu pparkjati fl-imsemmija 'drive in'. Ninsab infurmat ukoll li karozza waħda, li tkun qed tintuża kontinwament, titħalla barra ipparkjata b`mod regolari quddiem l-Għassa u dan biex jiġi evitat li din tinsaq ta` spiss minn fuq il-bankina biex tidħol u toħroġ minn l-imsemmija 'drive in'.
Leg 9 PQ #14843 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Stadium Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jsirx kontroll fuq kif jiġu pparkjati l-vetturi li s-sidien tagħhom jkunu fl-Istadium Nazzjonali jew fis-Centenary Stadium? Ma jaqbilx li kieku isir kontroll ma jkunx hemm bżonn li għal diversi drabi jkollhom jissejħu fuq il-PA system numri ta' vetturi li jkunu qed jimblukkaw lil ħaddieħor kif ġara nhar is-Sibt li għadda? Għaliex ma jkunx hemm pulizija li jkunu apposta biex jaraw li jsir parking sew fl-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ix-xogħol tal-Pulizija li jiġu detailed għal grounds waqt il-logħbiet tal-football jikkonċerna primarjament iż-żamma tal-Bon Ordni fil-grounds infushom. Naħseb li l-Onor. Interpellant jaqbel li l-kontroll ta` kif jiġu pparkjati l-karozzi barra l-ground hu x-xogħol ta` car park attendant u mhux tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #14844 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ta' Qali — Centenary Stadium

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-fehma tal-pulizija biex dik it-triq li hemm quddiem is-Centenary Stadium f'Ta' Qali, titneħħilha n-No Parking Sign? Ma jaħsibx li din hija triq wiesgħa biżżejjed u hija ukoll one way biex ma jkunx hemm tfixkil jekk dan iseħħ? X'inhi r-raġuni li twaħħlu No Parking Signs f'dan il-post? X'utilita' hemm? Għaliex fl-istess post qed jingħataw ċitazzjonijiet fuq il-parking meta jkun hemm logħob tal-leagues iż-żgħar bejn it-Tnejn u s-Sibt u mhux fil-weekend?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10106.
Leg 9 PQ #14840 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħwejjeġ b'ditti foloz

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel xahrejn kemm inqabdu ħwejjeġ, żraben, eċċ ta' marka msemmija li fil-fatt kienu ta' marka falza? X'kienu l-oġġetti li nqabdu? F'liema kwantitajiet? Ta' liema marka kienu ikkuppjati? Fejn inqabdu? X'passi ttieħdu kontra dawk li nqabdu? X'sar mill-oġġetti li nqabdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għal Jannar u Frar tas-sena 2000, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-oġġetti kollha li jidhru fit-Tabella qegħdin fil-pussess tal-Pulizija ħlief għas-sigaretti li ġew sekwestrati mill-Maġistrat Inkwirenti.
Leg 9 PQ #14903 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qormi - patrols

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jiżdiedu l-patrols tal-pulizija f'Ħal Qormi, partikolarment fl-areas diżabitati bħan-naħat ta' Triq iċ-Ċawsli, eċċ.?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, jagħmlu ronda kemm fl-akwati tat-triq imsemmija kif ukoll fit-toroq l-oħra.
Leg 9 PQ #14971 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Negozji

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li f'ċerti tipi ta' negozji (ez. bar) nisa ma jistgħux jiġu maħtura bħala substitute anke jekk tkun il-mara tas-sid tas-suq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-Regolamenti biex jinżammu l-Ordni Pubbliku u d-Deċenza fil-Ħwienet għall-Bejgħ ta` Nbid, Birra jew Likuri Spiritużi, ma kienux jippermettu li nisa jkunu mpjegati bħala substitutes jew rappreżentanti fi ħwienet tax-xorb. Pero` fl-1993 din il-preklużjoni kienet tneħħiet.
Leg 9 PQ #13331 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Karozzi mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn kienx hemm xi karozzi li ġew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li ġew mogħtija b'donazzjoni lill-individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: (a) lil minn ingħataw; (b) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (ċ) kemm swew fi flus Maltin; u (d) xi kriterji ntużaw biex dawn l-individwi ngħataw din il-karozza?

Response (BORG, TONIO)

Mhiex il-prassi ta` dan il-Gvern li jagħti karozzi bħala donazzjonijiet, la lill-uffiċjali tiegħu u lanqas lil dawk li m`humiex.