Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28373 Sitting 611 2001-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għamara

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28197?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għall-Misotqsija Parlamentari Numru 28187 stante xogħol ieħor li hu aktar urġenti fil-Kulleġġ.
Leg 9 PQ #28411 Sitting 611 2001-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28227?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandix x'inżid mat-tweġiba diġa' mogħtija stante xogħol ieħor tal-Kulleġġ li hu aktar urġenti.
Leg 9 PQ #28344 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SEC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28085?

Response (GALEA, LOUIS)

Għadni fil-pożizzjoni kif imfisser fit-tweġiba diġa' mogħtija għall-Misotqsija Parlamentari Numru 28085.
Leg 9 PQ #28346 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istituzzjonijiet Post Sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huma mistennija li jibdew jattendu l-kors tagħhom dawk l-istudenti ta' l-istituzzjonijiet post-sekondarji li jinsabu fit-tieni, tielet u r-raba sena tal-kors ta' l-istudenti tekniċi, tal-Liceo superjuri Paolina Vassallo ta' Tarġa Gap?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istudenti f'Istituzzjonijiet Post-Sekondarji, Vokazzjonali u Terzjarji formalment jibdew is-sena ta' ħidma fl-ewwel ta' Ottubru. L-ewwel ġimgħa tkun dedikata għall-proċess ta' orjentament għall-istudenti l-ġodda u għall-bidu ta' korsijiet b'mod 'staggered' għall-istudenti kollha u mistenni li dan il-proċess jieħu ġimgħa b'mod li mit-Tnejn 8 ta' Ottubru, l-istudenti kollha jkunu ġew azzettati fil-programm ta' studju u taħriġ li jkunu fih.
Leg 9 PQ #28351 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tibda tattendi jumejn fl-iskola sekondarja Fra Diego Bonanno u tliet ijiem fl-iskola tal-Wardija l-istudentessa bi bżonnijiet speċjali li isimha qed jintbagħat separatament? Jista' l-każ ta' din it-tifla jitqies b'urġenza peress li ma' kull jum li jgħaddi u ma tmurx l-iskola tkun qed tiċċaħħad mid-dritt bażiku tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif diġa' ngħatat l-informazzjoni fil-Mistoqsija Numru 20356, għal dawn l-aħħar sentejn l-istudenta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kienet qed tattendi regolarment tlett darbiet fil-ġimgħa l-iskola Helen Keller il-Qrendi kif ukoll darbtejn fil-ġimgħa l-iskola Fra Diego Bonanno l-Marsa. Waqt li tkun qed titgħallem l-iskola tal-Marsa kienet qed tkun assenjata facilitator mill-iskola Helen Kellser stess. Din l-istess facilitator tieħu ħsiebha wkoll waqt it-trasport lejn l-iskola u lura d-dar. Informat li m'hemm ebda ħsieb li din l-istudenta tibda tattendi l-iskola tal-Wardija għaliex id-diżabilita` speċifika tagħha tirrikjedi li tattendi l-iskola Helen Keller, Qrendi u mhux l-iskola Dun Manwel Attard, Wardija. Din l-informazzjoni diġa` ġiet imfissra lill-omm waqt il-case conferences li saru. Mill-bidu ta' din is-sena skolastika l-omm qed tirrifjuta li tibgħat it-tifla tagħha fiż-żewġ skejjel imsemmija (i.e. l-iskola tal-Qendi u l-iskola tal-Marsa), u qegħdin jiġu konsidrati l-passi neċessarji sabiex dan ma jibqax isir.
Leg 9 PQ #28366 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Zejtun

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' liema mod jitqasmu t-tfal fil-ħames klassi ta' l-iskola Primarja 'B' taż-Żejtun? Kemm hemm tfal fil-ħames klassi ta' din l-iskola? Kemm huma f' kull klassi? X' marki ġabu biex jitqiegħdu fi klassijiet differenti? Fuq liema kriterji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-mod li jitqassmu t-tfal fil-ħames klassi ta' l-iskola primarja 'B' taż-Żejtun hija skond il-proċedura li tintuża fl-iskejjel kollha. Il-kriterji użati huma dawn: il-marki li jkunu ġabu t-tfal fl-eżami ta' l-aħħar tas-sena tar-raba' klassi jitqegħdu wara xulxin u t-tfal jinqassmu fi gruppi skond il-marki li jkunu ġabu. Gruppi ta' tfal li jistgħu jlaħħqu sa 30 (jew 26 f'każ li jkun hemm xi ħadd bi bżonnijiet speċjali) jiffurmaw il-klassijiet il-ġodda f'yr 5. Iżda dawn il-gruppi jistgħu ma jilħqux il-massimu ta' 30 (jew 26 jekk ikun il-każ) jekk il-kap ta' l-iskola jidhirlu li għandu jaqsam mod ieħor għax ikun hemm differenza konsiderevoli bejn l-iktar marka baxxa ta' grupp u l-ogħla marka ta' grupp ieħor. Normalment l-aħħar żewġ klassijiet li ssoltu jakkomodaw it-tfal batuti jitħallew b'numru baxx ta' tfal biex l-għalliem/a jkun jista' jagħti attenzjoni akbar lil dawn it-tfal. F'każ li żewġt itfal iġibu marki indaqs, jiġi kkonsidrat ukoll ir-riżultat ta' nofs is-sena tar-raba' klassi, bħalma fil-fatt sar f'każ minnhom fiż-Żejtun. Fil-ħames klassi taż-Żejtun hemm 116 tfal. Dawn tqassmu f'ħames gruppi: fl-A hemm 30, fil-B u fiċ-C hemm 25, fid-D hemm 22 u fl-E 14. Il-marki huma minn 475 sa 381 fi grupp 5A, minn 381 sa 336.5 fi grupp 5B, minn 334.5 sa 281.5 fi grupp 5C, minn 280 sa 184.5 fi grupp 5D, u minn 179 l-isfel fi grupp 5E. Ta' min isemmi li hija l-prattika f'din l-iskola li, b'eċċezzjoni tal-grupp 5A, il-klassijiet ikunu ta' 25 jew inqas.
Leg 9 PQ #28307 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħsieb li sal-aħħar ta' Diċembru 2001 jiġu impjegati persuni mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? F'liema oqsma? B'liema kundizzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa tmiem Diċembru 2001 hu maħsub li l-Fondazzjoni tkun impjegat dan il-persunal: Kategorija Numru Oqsma Chief Executive 1 Ippjanar; non-formal education/ (Scale 4) Awissu community development; service development and management National Programme 1 Programm Nazzjonali ta' appoġġ Coordinator edukattiv għal studenti li qed jaqgħu (Scale 5) Awissu lura fit-tagħlim Deputy National 1 Programm nazzjonali ta' appoġġ Programme Coordinator edukattiv għall-ġenituri. (Scale 8) Ottubru (Programm Id f'Id) Segretarja 1 Ħidma klerikali (Scale 11) Settembru Local Programme 9 part time Tmexxija tal-programmi ta' appoġġ Animators (LPAS) 1 full time edukattiv fl-iskejjel Ottubru Administrator 1 Ħidma Amministrattiva (Scale 10) Novembru
Leg 9 PQ #28308 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jissewwew it-twieqi bil-ħġieġ imkisser fl-Iskola Sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ, Malta? Meta se jitqiegħdu f'posthom il-konki li hemm maqluba n-naħa ta' wara tal-iskola u jinżam sbieħ bil-ward ġo fihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li 10 ħġiġiet żgħar ġew imkissra min-nies barra t-triq. It-Taqsija tal-Manutenzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tieħu l-passi meħtieġa. Il-konki maqluba jinsabu fuq in-naħa tat-triq taċ-ċimiterju. Dawn il-konki huma kbar u tqal u ġew maqluba b'vandaliżmu min-nies barranin għall-iskola. Barra minn hekk in-nies qed jitfgħu fihom u madwarhom iż-żibel. Fid-dawl ta' dan, ġejt mogħti l-parir, l-ewwel jiġi konsidrat għandhomx dawn il-konki jibqgħu hemm jew jitneħħew.
Leg 9 PQ #28309 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istatementing Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-applikazzjoni ta' l-istudent li l-isem tiegħu qed jintbagħat separatament li saret lill-Istatementing Board fil-5 ta' Lulju 2000 biex dan l-istudent li jattendi l-iskola primarja tal-Mellieħa jingħata l-għajnuna meħtieġa għax qed jaqa lura fl-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt lill-iStatementing Moderating Panel biex jinformani sew dwar il-każ.
Leg 9 PQ #28322 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni tal-Servizzi Edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma t-tliet impjegati li għandha magħha l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi? Kif ġew irreklutati? X' ħatriet għandhom? Kemm qed jitħallsu bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tliet impjegati ngaġġati mill-Fondazzjoni huma: N. Macelli - public call for application - CEO - Scale 4 S. Spiteri - public call for application - National Programme Coordinator - scale 5 J. Debattista - public call for application - Secretary - Scale 11
Leg 9 PQ #28327 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tarġa Gap

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn l-istudent li ismu qed jintbagħat separatament li sas-sena skolastika li għaddiet kien jattendi l-iskola ta' Targa Gap, ġie mwiegħed li jkun jista' jkompli din is-sena u issa qalulu li ma jistax ikompli? X'inhuma r-raġunijiet li mhux tinżamm il-wegħda li saret li studenti li bdew korsijiet fl-istutuzzjonijiet li kienu jeżistu s'issa jitħallew kollha jkomplu fl-istituti l-ġodda?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28283 f'Seduta 608.
Leg 9 PQ #28280 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xogħol ta' Manutenzzjoni — Fl-Iskola

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li x-xogħol ta' manutenzzjoni fl-iskola Sir Adrian Dingli jintemm kompletament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol li hemm ippjanat s'issa fl-iskola Sir Adrian Dingli huwa maħsub li jitlesta fi żmien sentejn.
Leg 9 PQ #28283 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' se jiġri minn persuna li isimha qed jintbagħat separatament li sas-sena skolastika li għaddiet kien jattendi l-iskola ta' Tarġa Gap u li issa qed isibulu diffikultajiet biex ikompli fl-istess post issa li se jiftaħ il-Kulleġġ il-ġdid? X' se jiġri mill-wegħda li studenti bħal dan imsemmi li bdew kors taħt is-sistema qadima ngħataw l-assigurazzjoni li jkompli l-kors taħt is-sistema l-ġdida?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sas-sena skolastika li għaddiet l-istudenti li jispiċċaw Form V Tarġa Gap, bħal studenti oħrajn ta' Form V tas-sekondarji, setgħu japplikaw għall-korsijiet Post Sekondarji. Il-passaġġ qatt ma kien wieħed awtomatiku. Sadattant, din is-sena, l-MCAST ħa ħsieb biex l-istudenti bi ħtiġijiet partikolari li kienu jattendu Form V Tarġa Gap, jingħataw opportunita` li jkomplu l-istudji tagħhom. Dħul fi skemi ta' apprendistat u korsijiet post-sekondarji huma regolati bil-kriterji stabbiliti li jkunu jridu jiġu sodisfatti mill-applikanti.
Leg 9 PQ #28287 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xogħol ta' Manutenzjoni — Skola tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jintemm ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq l-iskola ta' tas-Sliema? Tafx jew le l-Ministru li dan ix-xogħol ilu għaddej kważi 3 snin? Jista jgħid x' iwassal biex dan ix-xogħol ilu sejjer għall-dan it-tul ta' żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ilha minn Marzu 2000 li lestiet ix-xogħolijiet ta' riabilitazzjoni fuq ġewwa fin-naħa ta' l-iskola sekondarja f'Tas-Sliema. Ftit tax-xhur ilu ingħata bidu għar-restawr tal-faċċata ta' l-istess skola u dawn ix-xogħlijiet delikati għaddejjin kif mixtieq mingħajr ebda periklu għat-tfal u l-kbar. Sadanitant ġiet ippreparata sejħa għall-offerti għat-tkomplija tar-restawr tal-faċċata kollha tal-kumpless skolastiku kollu f'tas-Sliema liema offerta qegħdin jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa biex tiġi ppubblikata. Fil-ġimgħat li ġejjin sejra tiġi ppubblikata wkoll mid-Dipartiment tal-Kuntratti offerta għal xogħlijiet strutturali u ta' finitura biex jiġu eżegwiti fl-iskola primarja filwaqt li fix-xhur tas-sajf saru xogħlijiet fuq il-bini ta' taraġ ġdid, rinfurzar tas-soqfa tal-kuriduri kollha u tqiegħid ta' membrane fuq fejn kien meħtieġ. Xogħlijiet oħra minuri f'din l-iskola huma għaddejjin mingħajr ebda xkiel għat-tfal u għaldaqstant dan jiġġustifika għaliex ċerti xogħlijiet jieħdu ftit aktar fit-tul sabiex ma jtellfu b'ebda mod l-andament normali ta' l-iskola.
Leg 9 PQ #28289 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Lokali — Imdina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Kunsill Lokali tal-Imdina li kenna partijiet minn dak li qabel kien l-Isptar Connaught u li fejn illum hemm l-uffiċji tal-Kunsill Lokali u l-Mużew tal-Istorja Naturali biex isir tieġ privati nhar is-Sibt 15 ta' Settembru? Kemm tħallset kera? Jista' jgħid jekk il-Kunsill Lokali huwiex lest biex jikri l-istess partijiet ta' dan il-bini għat-tiġijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-użu tal-bitħa tal-bini imsemmi fil-15 ta' Settembru 2001, sar bil-kondizzjoni ta' spiża meħtieġa ta' tiswija, tibjid u żebgħa ta' bibien tal-bitħa tal-Mużew ta' l-Istorja Naturali flimkien ma' għotja ta' Digital Camera (Olympus) li tiswa madwar Lm200.
Leg 9 PQ #28290 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Resits — SEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qagħdu għar-reparatarju (resits) tal- eżami tas-SEC fil-bidu ta' dan ix-xaħar? Jista' jagħti l-figuri suġġett, suġġett? Kemm kienu minn skejjel statali, tal-knisja u indipendenti? Kemm għaddew minn kull suġġett? Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kemm il-student ġab grad 1,2,3 eċċ

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li tlabt li jinġabar ħafna mit-tagħrif mitlub, m'hinix ċert li nista' nagħti t-tagħrif kollu mitlub.
Leg 9 PQ #28295 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumpless Sportiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-mistoqsija nru 27777, f' kull każ fuq min ħarġu ċ-ċekkijiet jew fuq min sar il-pagament? Jekk tħallsu b' ċekk u, huwa possibli, jista' jpoġġi kopja fuq il-Majda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont ta' Lm110,104,46 għax-xogħol ta' l-iskavar fuq il-proġett tal-bini tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera saru lil Bonniċi Bros. Ltd. Dan il-ħlas sar f'żewġ pagamenti u minn dan l-ammont tnaqqsu Lm5,505.22 bħala retention money. Il-ħlas tal-kostruzzjoni li jammonta għal Lm210,526.50 sar lil G.V. Xuereb Ltd bħala Head tal-joint Venture (G.V. Xuereb Ltd / Polidano Bros Ltd / Steel Structures Ltd). Dan il-ħlas kien maqsum f'żewġ pagamenti - wieħed ta' Lm164,000 li sar bħala advance payment u t-tieni pagament ta' Lm46,526.50 bħala ħlas għax-xogħol li kien sar sat-22 ta' Ġunju 2001. Minn dan l-aħħar pagament tnaqqas l-ammont ta' Lm2,326.325 bħala retention money u 15% tas-somma li tħallset bħala advance payment li hija ekwivalenti għal Lm6,978.975. Rigward l-ispejjeż anċillari li jammontaw għal Lm16,473 dawn jinkludu diversi pagamenti li jkopru overtime, xiri ta' materjal, servizz, permessi u oħrajn. Kopji tal-vouchers li juru ħlasijiet konnessi ma' l-iskavar u l-kostruzzjoni qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28303 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xogħol tal-Bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid f' hiex wasal ix-xogħol tal-bini ta' staff room ġdida fil-liċeo tal-Ħamrun? Meta beda x-xogħol u meta huwa mistenni li jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħlijiet ta' ġebel u konkos huma previsiti li jitlestew sa l-aħħar ta' Ottubru 2001 filwaqt li x-xogħlijiet ta' servizzi u ta' finitura huma antiċipati li jitlestew sa l-aħħar tas-sena. Ix-xogħlijiet inbdew waqt il-vaganzi tas-Sajf 2001.
Leg 9 PQ #28305 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Komputers

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel ta' Malta u Għawdex fis-sitt klassi tal-primarja, l-istudenti sabu l-komputers fil-klassi meta fetħet is-sena skolastika l-ġdida? F'liema skejjel ma sabux il-komputers? X'inhuma r-raġunijiet li ma waslux il-kompjuters?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena ġie deċiż li l-Kompjuters jitqassmu fl-ewwel ġimgħat tas-sena skolastika minflok fil-vakanzi tas-sajf. Dan qed isir biex ikun assigurat li dan isir fil-preżenza tas-surmast ta' l-iskola li taħtu taqa' r-responsabilta` ta' dawn il-kompjuters. It-Tqassim tal-Kompjuters qed isir kif se nsemmi: North: Mellieħa, Għargħur, Mtarfa, Baħrija u Lija diġa` tqassmu u l- kumplament tat-tqassim se jiġi komplut sat-tmiem il-ġimgħa d-dieħla. South: It-Tqassim se jibda mill-Ħamis 4 ta' Ottubru u jiġi komplut fi żmien ta' inqas minn tlett ġimgħat. Central: It-Tqassim se jibda' mill-Ħamis 4 ta' Ottubru u jiġi komplut fi żmien ta' inqas minn tlett ġimgħat. Għawdex: It-Tqassim se jibda' mit-8 ta' Ottubru u jitlesta fit-12 ta' Ottubru 2001. Il-Laptops ta' l-Għalliema se jitqassmu fir-Reġjuni kollha il-Ġimgħa d-dieħla.