Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20107 Sitting 399 2000-10-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas flus fis-sena il-Maltacom lill-konsulenti tagħha fuq medda ta' sena? Kemm huwa n-numru ta' konsulenti llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minħabba n-natura kummerċjali tal-Maltacom ma naħsibx li jkun prudenti li d-dettalji mitluba jsiru pubbliċi.
Leg 9 PQ #20091 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta / WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li nqatagħlhom is-servizz ta' l-ilma u/jew dawl għax ma ħalsux il-kontijiet tagħhom din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għall-ewwel tlitt xhur tas-sena, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 15998 waqt is-Seduta numru 293. L-informazzjoni mitluba għax-xhur wara Marzu għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #20092 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom is-servizz tat-telephone maqtugħ għax għandhom kontijiet pendenti mal-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent hemm 2,362 abbonat li għandhom is-servizz tat-telefon maqtugħ peress li naqsu milli jħallsu l-kontijiet anke wara li kien hemm restrizzjoni fuq is-servizz tagħhom.
Leg 9 PQ #20089 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta / WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' households illi rċevew il-kont ta' l-ilma u d-dawl dan l-aħħar liema ammont kien ta Lm 100, Lm 200, Lm 300, Lm 400 u Lm 500 f'kul każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li din it-tip ta' breakdown għall-aħħar kontijiet tad-dawl u ilma għadha mhix għad-dispożizzjoni.
Leg 9 PQ #20090 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta / WSC — Kontijiet

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għadhom ma ħalsux il-kont ta' l-ilma u d-dawl u għandhom xi arretrati xi jħalsu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20178 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltcom — Servizz tat-Telephone

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħata s-servizz tat-telephone, jekk jista' mill-aktar fis, lill-kopja li l-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, peress li wieħed mil-kopja għandu mard serju?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Maltacom għall-konsiderazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #20185 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha ajruplani l-Air Malta? X'tip huma? Meta nxtara kull wieħed? Kemm swew? Kemm kellu flying time kull wieħed meta nxtara u kemm għandu issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20188 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministri jgħid kemm kien l-ammont totali tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma li nħarġu għal kull quarter mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum? X'inhu l-valur tal-kontijiet (minn kull total ta' kull quarter) li tħallas s'issa? Jista' jagħti l-breakdown ta' dawn it-totali għal dawk residenzjali, kummerċjali, industrijali, eċċ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20190 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Chief executive

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ċ-chief executive tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma siefer fuq xogħol mill-1 ta' Ottubru, 1998 sal-lum? X'kienu r-raġunijiet għal dan is-safar? Kemm kienet tiswa kull safra u minn min kien akkumpanjat iċ-chief executive matul kull safra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19262 Sitting 395 2000-10-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-Gozo Channel? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza kien hemm disa' ħaddiema li ġew trasferiti minn sezzjoni għal oħra fil-kumpanija Gozo Channel. Dawn it-trasferimenti saru peress li l-persuni involuti ingħataw grad ġdid. Fil-futur jista' jsir trasferiment ta' ħaddiema jekk il-ħtiġijiet tal-Kumpanija jkunu jitolbu dan.
Leg 9 PQ #19830 Sitting 395 2000-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pilloli Isoptin

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga x'kienet ir-raġuni li f'perijodu ta' dawn l-aħħar sentejn, il-pilloli Isoptin saru Lm3.90 kull mija meta tlett snin ilu kienu madwar lira biss?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-pilloli tal-marka Isoptin ta' 40 mg x 100 l-aħħar li ġew importati kien fl-1997. Il-prezz irrikmandat għall-konsumatur kien ta' Lm3.47c u minn dakinhar ma nbidilx. Il-prezz għall-konsumatur ta' dawn it-tip ta' pilloli ivarja minn Lm2.78c6 sa Lm3.47c għall-aħħar kunsinna.
Leg 9 PQ #19260 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-Malta Freeport? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu msemmi saru dsatax (19) il-trasferiment ta' ħaddiema fil-Port Ħieles. Dawn it-trasferimenti saru kollha skond l-esiġenzi tal-Kumpanija u skond il-provvedimenti tal-ftehim kollettiv. Fil-futur jistgħu isiru trasferimenti, anturalment jekk il-ħtiġijiet tal-kumpanija ikunu jitolbu li jsir dan.
Leg 9 PQ #20045 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC. — Arretrati ta' Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'arretrati ta' xogħol lill-kuntrattur matul l-1999 u 2000? Ix-xogħlijiet imħallsa huma ċertifikati mill-perit? Jista' jagħti lista tax-xogħlijiet imħallsa mill-WSC illum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20052 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Toroq — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm quddiem Dar it-Tama, Triq M. Grima, Bormla għax ilha fuq xahar ma tixgħel?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #20055 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Intrapriżi — Distribuzzjoni ta' Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti break-down ta' l-aħħar figuri tad-distribution of enterprises by size by number of employees in per centage terms skond in-normi tal-OECD?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #19793 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għajn Qajjied — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' tindif tax-shades tal-bozoz tal-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed sabiex il-bozoz idawwlu aktar? Tista' tara jekk huwiex possibbli li ssir bozza ta' vultaġġ akbar peress li l-inħawi huma mudlama allavolja hemm il-bozoz stallati? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talbiet ta' l-Onorevoli Interpellant ġew mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet oħra. Rigward data, wieħed irid jiftakar li din tkun tiddependi minn diversi fatturi, fosthom in-numru ta' talbiet pendenti u l-urġenza tal-każ partikulari.
Leg 9 PQ #19794 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Mons. G. Depiro - Dawl

Question

Peress li l-inħawi ħdejn id-dar "Redentur" fi Triq Mons. G. Depiro, Rabat, huma mudlana ħafna, jista' d-dipartiment konċernat jara li ssir bozza ġdida? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #19814 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Triq Guzman Navarra - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jiddawwal aktar Sqaq I fi Triq Guzman Navarra, Rabat, peress li l-anzjani qed jilmentaw li dan l-isqaq huwa mudlam?? Jista' l-Ministru jawtorizza dan ix-xogħol ta' bdil ta' bozza b'vultaġġ aktar qawwi immedjatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jirriżultali li fl-isqaq imsemmi għadhom kif ġew installati żewġ bozoz ġodda u għaldaqstant issa hemm dawl adekwat.
Leg 9 PQ #19823 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Manikata — Triq il-Fuħħar

Question

Peress li fi Triq il-Fuħħar, Manikata ilu ħiereġ ilma minn nhar il-Ġimgħa 29 ta' Settembru, meta residenti fil-fatt irrapportaw dawn il-ħsarat, jista' l-Ministru jgħid għaliex sal-lum, il-ġimgħa 6 ta' Ottubru, l-ilma baqa' ħiereġ u jinħela bla ma ħadd irranġa l-ħsarat? Jista' jara li jissewwew il-ħsarat bla aktar telf ta' żmien u flus?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li wara li sar ir-rapport imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, saru investigazzjonijiet min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, pero' is-sors minn fejn ħiereġ l-ilma għadu ma nstabx. Naturalment il-Korporazzjoni ser tagħmel l-almu tagħha biexdin il-ħsara tissewwa bla telf ta' żmien.
Leg 9 PQ #19935 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding Co Ltd — Chief Executive

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dak li ġie ikkwotat li qal il-Chief Executive tal-Malta Shipbuilding Co Ltd, li l-istess kumpanija beħsiebha żżid l-ammont ta' ħaddiema tagħha minn 850 ghal 1,000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Malta Shipbuilding m'għandha l-ebda ħsieb li timpjega aktar ħaddiema milli għandha llum. Madanakollu, jekk il-produttivita' tat-tarzna titjieb hemm potenzjal li x-xogħol jiżdied u miegħu l-ħaddiema. Għadna l-bogħod ħafna minn din is-sitwazzjoni u dak li qal iċ-Chief Executive għandu jinftiehem fis-sens ta' x'potenzjal jista' jkollhom it-tarznari f'Malta jekk jinbidel il-mod kif dawn joperaw.