Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25447 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Renal Unit — wifi

Question

Jista’ l-Ministru jikkjarifika jekk hemmx reception tal-Wi-Fi tajba ġewwa s-sala tal-Renal Unit fejn isir id-dialysis? Jista’ jgħid jekk hemmx xi partijiet fl-Isptar Mater Dei (inkluż Sir Anthony Mamo Oncology Centre) fejn hemm il-pazjenti u għad m’hemmx Wi-Fi b’xejn? Jista’ jgħid jekk hemmx servizz ta’ Wi-Fi b’xejn fl-Admission Ward tal-Isptar Monte Carmeli? Jista’ jgħid jekk hemmx servizz simili fil-waiting rooms taċ-ċentri tas-saħħa kollha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-wi-fi gewwa r-Renal Unit go l-isptar Mater Dei mistenni jkun installat aktar tard din is-sena. Hemm installat ukoll wi-fi gewwa s-swali kollha tas-SAMOC, filwaqt li f’Mater Dei hemm wi-fi gewwa s-swali MAU1 u MAU2, swali tat-tfal, A&E reception, main reception, zewg out-patient receptions u l-istaff canteen. Is-swali l-ohrajn f’Mater Dei mistennija jkollhom wi-fi installat aktar tard din is-sena. Tajjeb li nghidu illi anki fil- waiting rooms tac-centri tas-sahha kollha hemm l- wi-fi installat ghad-despozizzjoni tal-pubbliku.
Leg 12 PQ #25550 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li jbatu minn Multiple Scleroses — mediċina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu minn Multiple Scleroses u qegħdin fuq il-mediċina Dimethyl Fumarate (Tecfidera)? Huwa veru li din il-mediċina hija out of stock? Huwa minnu li pazjenti bil-Multiple Scleroses se jkollhom jistennew sa Lulju biex jieħdu din il-mediċina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 49 pazjenti li jbatu minn Multiple Scleroses u qeghdin jiehdu l-medicina Dimethyl Fumarate. Il-medicina Dimethyl Fumarate hija in stock u tinghata skont il-protokol stabbilit.
Leg 12 PQ #25560 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulent tad-Dijabete – pazjenti jistennew biex jarahom konsulent

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25461 u jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent tad-Dijabete?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar.
Leg 12 PQ #25561 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Arthroskopy – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25456, 25080 u 24722 u jgħid x’inhu l-istat ta’ stennija għall-operazzjonijiet tal-Arthroscopy?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-prezent hemm 1200 pazjenti jistennew biex jaghmlu l-operazzjoni tal-Arthroscopy filwaqt li nfakkar illi fis-sena 2012 taht l-amministrazzjoni tal-gvern precidenti kien hemm 1877 pazjenti jistennew ghal-din l-operazzjoni.
Leg 12 PQ #25562 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Formularju tal-mediċini — lista ta’ mediċini li tneħħew

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24007 u 19029 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ mediċini li tneħħew mill-formolarju tal-mediċini mill-2013 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jindika b’mod ċar kull mediċina għal liema kundizzjoni tintuża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 24733.
Leg 12 PQ #25563 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ mwiet riżultat ta’ suwiċidji

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21459 u 19269, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ persuni li għamlu suwiċidju matul din is-sena li kienu pazjenti psikjatriċi fl-Isptar Monte Carmeli u kemm mit-total ta’ 13,000 persuna li huma reġistrati bħala Outpatient mas-Servizz ta’ Saħħa Mentali, għamlu suwiċidju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Monte Carmeli fl-ewwel 4 xhur ta' din is-sena ma kien hemm l-ebda pazjent li wettaq suwiċidju. Informazzjoni dwar il-forensic unit u dwar persuni li mhumiex residenti, fuq din il-materja, għandha tintalab lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #25564 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Speech-Language Pathologists

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20579 u jgħid kemm hemm speech-language pathologists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Ġenerali t’Għawdex? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 21446.
Leg 12 PQ #25565 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli – mental welfare officers – social workers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20313 u jikkonferma li s-social workers li jaħdmu bħala mental welfare officers fl-Isptar Monte Carmeli jaħdmu mit-8:00am sa kmieni wara nofsinhar? Jista’ jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera li jaħdmu bħala mental welfare officer wara nofsinhar, filgħaxija u billejl? Kemm minn dawn l-infermiera huma Departmental Nursing Officer?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 6 infermiera li jahdmu bhala Mental Welfare Officers, kemm wara nofs inhar, fil-ghaxija, kif ukoll matul il-lejl.
Leg 12 PQ #24306 Sitting 391 2016-05-18 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ avvelenament akut minn pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew senjalati każijiet ta’ avvelenament akut min-nies minn pestiċidi sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2014 sa Marzu ta’ din is-sena kien hemm 3 kazijiet.
Leg 12 PQ #24307 Sitting 391 2016-05-18 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għas-Saħħa

Senjalati każijiet ta’ mard tal-bniedem li jittieħed mill-annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx senjalati każijiet ta’ mard tal-bniedem li jittieħed mill-annimali? Jekk iva, jista jgħid kemm kien hemm minn dawn il-każijiet sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard huwa risponsabbli għas-sorveljanza tal-mard infettiv, fosthom iż-żoonożi, li huma mard jew infezzjonijiet li jistgħu jittieħdu direttament jew indirettament bejn l-annimali u l-bnedmin. It-tabella ta’ hawn taht, turi il-każijiet kollha rrapurtati lid-direttorat mis-sena 2014 sat-13 ta’ Mejju 2016. Huwa importanti li wieħed jirrealizza li il-każijiet msemmija mhux kollha ittieħdu direttament mill-annimali u li huwa difficli li wieħed jagħraf is-sors ta’ dawn l-infezzjonijiet. Il-maġġur parti ta’ ċertu infezzjonijiet (eż. Salmonella) jistgħu jiġu transmessi minn bniedem għall-iehor kif ukoll minn ikel u oġetti kkontaminati. . Zoonotic Disease 2014 2015 2016 (up to 13/05/2016) Campylobacteriosis 312 258 77 Salmonellosis 173 175 63 Ecoli 15 10 0 Toxoplasmosis 9 14 0 Typhus 0 2 1 Leptospirosis 0 2 0 Listeriosis 2 4 0 Leishmaniasis 3 1 0 Cryptosporidiosis 0 1 1 Q fever (coxiella burnetii) 0 0 0 Brucellosis 0 0 0 vCJD 1 0 0
Leg 12 PQ #25396 Sitting 391 2016-05-18 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli – pazjenti discharged

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew discharged mill-Isptar Monte Carmeli u reġgħu ġew ammessi wara anqas minn xahar f’dawn l-aħħar sentejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kemm fis-sena 2014 u 2015 kien hemm inqas minn 7% mit-total ta’ pazjenti li gew discharged mill-Isptar Monte Carmeli u reġgħu ġew admitted wara anqas minn xahar.
Leg 12 PQ #25449 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Għawdex – Mental Hospital, Residenza Sant’Anna — rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li r-residenti fir-Residenza Sant'Anna, ir-residenti fis-sala tal-Anzjani Irġiel, u r-residenti fix-short stay u l-long stay fil-Mental Hospital ta’ Għawdex jiġu rilokati għall-post ieħor fi żmien li ġej? Jekk iva, meta se jiġu rilokati u fejn se jittieħdu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet proposti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jeżiġu li jkun hemm xi ċaqlieq ta' pazjenti b'mod temporanju. Il- pjanijiet għadhom qed jiġu evalwati sabiex jinħoloq lanqas inkonvenjent għall-pazjenti.
Leg 12 PQ #25462 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti bid-Dijabete tat-Tip 2 li qed jieħdu l-insulina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bid-Dijabete tat-Tip 2 li qed jieħdu l-insulina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 4,617 pazjenti li jagħmlu użu mill-insulina.
Leg 12 PQ #25463 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti bid-Dijabete tat-Tip 2 li jieħdu l-gliptins

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bid-Dijabete tat-Tip 2 li bdew jieħdu l-gliptins?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta' applikar ta' pazjenti għal gliptins fuq il-kartuna s-safra huwa ongoing.
Leg 12 PQ #25464 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti bid-Dijabete tat-Tip 2 li qed jistennnew beix jieħdu l-gliptins

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bid-Dijabete tat-Tip 2 li qed jistennew biex jibdew jieħdu l-gliptins?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25463.
Leg 12 PQ #25465 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – servizz ta’ wifi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema partijiet fl-Isptar Mater Dei qed titħaddem is-sistema tal-Wi-Fi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru diversi testijiet fis-sistema tal-wi-fi biex jiġu stabbiliti l-bżonnijiet f’żoni differenti fl-Isptar Mater Dei. Is-sistema tal-wi-fi fil-preżent qed titħaddem f’dawn iż-żoni: · Ward -Medical Admissions Unit 1 · Ward -Medical Admissions Unit 2 · Ward -Fairyland · Ward -Disneyland · Ward -Wonderland · Area -Accident and Emergency Department · Area -Main Reception · Area -Outpatient Reception · Area -Staff Canteen Nirrimarka li s-sistema tal-wi-fi ħa tkun qed tiġi installata fil-wards kollha tal-Isptar Mater Dei sal-aħħar ta’ din is-sena.
Leg 12 PQ #25466 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar tal-Onkoloġija – sistema ta’ wifi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema tal-wifi fl-Isptar tal-Onkoloġija (SAMOC) hijiex se tissaħħaħ jew hux se tibqa’ kif inhi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema tal-Wi-Fi ġewwa ċ-Ċentru tal-Onkoloġija ilha taħdem mill-ewwel ġurnata li fetaħ dan iċ-Ċentru iġifieri minn Settembru li għadda. Il-Management tal-Isptar għaddej b’ħidma kontinwa biex dawn is-servizzi jkomplu jissaħħu.
Leg 12 PQ #25467 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet imressqa mill-Kummissarju għas-Saħħa lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-każijiet imressqa mill-Kummissarju għas-Saħħa fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman li ġew ippreżentati lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa fl-24 ta’ Frar 2016, ġewx riżolti? Jekk iva, x’kien l-outcome? Jekk le, meta hemm il-ħsieb li jissolvew?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu ta’ din is-sena d-Dipartiment tas-Saħħa beda joffri l-mediċini ġodda taz-zokkor magħrufa kollettivament bħala Gliptins lill-pazjenti dijabetiċi skont protokol maqbul mal-esperti kliniċi. Wara dan il-proċess se jitnieda proċess ieħor biex jiġu offruti l-istrippi taz-zokkor lill-pazjenti dijabetiċi Tip 1 irrispettivament mill-eta’.Rigward it-trattament tal-Ħepatite C dan diġà beda jingħata skont kriterji u prijoritajiet kif ġew proposti u maqbula mill-esperti kliniċi.
Leg 12 PQ #19244 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei u Ċentri tas-Saħħa — nefqa ta’ kull intervent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkalkulax kemm jiġi jiswa fi flus kull intervent li jsir fiċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nikkonferma mal-Onorevoli Interpellant li l-isptar Mater Dei u c-Centri tas-Sahha ghandhom informazzjoni finanzjarja ghall-maggoranza tal-interventi li jsiru.
Leg 12 PQ #19245 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam Mediku – ħlas għas-servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-qasam mediku jiġix xi darba bi flus jew inkella s-servizzi kollha li qed jiġu provduti se jibqgħu bla ħlas għall-poplu Malti u Għawdxi kollu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli li s-servizzi tas-saħħa, offruti mill-Gvern ta’ Malta huma kollha bla ħlas għall-Maltin u l-Għawdxin u hekk se jibqgħu taħt Gvern Laburista.