Jista' il-Ministru jgħid jekk l-SME's li hemm joperaw fis-sit fejn hemm propost il-park and ride system fil-Furjana humiex se jiġu offruti post alternattiv fejn ikunu jistgħu joperaw u jaqilgħu l-għajxien tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ser toffri post alternattiv minn fejn qed joperaw l-SMEs fil-preżent.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu jew id-dipartiment fi ħdanu kellhomx diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-European Spatial Development Perspective?
Jista' jgħid jekk ġewx sottomessi xi proposti jew proġetti marbuta ma' dan il-pjan? Jekk iva, x'kienu jinkludu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
F'dawn l-aħħar xhur il-Ministru esplora diversi programmi tal-Unjoni Ewropeja u opportunitajiet oħra ta' ffinanzjar. Tajjeb li wieħed jenfasizza li dawn il-programmi m'humiex esklużiva għall-Ministeru tal-Iżvilupp Urban u Toroq biss imma diversi entitajiet governattivi jew privati jistgħu jipparteċipaw. Il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq bħalissa huwa nvolut fuq xi erba' programmi. Dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jiġifieri l-European Spatial Development Perspective mhux programm li fuqu l-Ministeru għamel xi sottomissjonijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha vetturi mikrija l-awtorita' dwar it-trasport illum u kemm kellha vetturi mikrija f'Jannar tas-sena 2002? Mingħand min huma mikrija dawn il-vetturi u b'liema prezz kuljum? Jista' jgħid jekk dawn il-vetturi ġewx mikrija permezz ta' kwotazzjonijiet jew sejħiet għal offerti u f'każ li kienet segwita din il-proċedura, meta nħarġu s-sejħiet għal offerti, kemm kien hemm li applikaw u x'kienu l-offerti mitfugħa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li n-numru ta' vetturi mikrija mill-Awtorita' dwar it-trasport illum u dettalji oħra jidhru fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. F'Jannar tas-sena 2002, l-ADT ma kenitx għadha kostitwita bħala entita' waħda u għaldaqstant mhux possibli li tingħata l-informazzjoni dwar il-vetturi li kienu mikrija dak iż-żmien.
Infurmat li qabel ma' d-Diprtiment tat-Toroq sar jifforma parti mill-Awtorita' dwar it-Trasport, kienet inħarġet u aġġudikata tender għall-kiri ta' tal-karozzi. Wara li d-Dipartiment sar parti mill-Awtorita', din baqgħet timxi fuq l-istess tender.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol qed isir sabiex il-queues fid-dipartiment tal-liċenzji jittaffa darba għal dejjem?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li kont tajt għad-domandi parlamentari 10786 u 11051. Jekk il-poplu jsegwi s-suġġerimenti mogħtija, dawn il- queues jiġu mnaqqsa drastikament.
L- Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat ukoll li l-Awtorita' dwar it-Trasport ħadet dawn il- miżuri:
1. L- Awtorita' qed tiżgura li jkun hemm clerk f’kull counter li hemm fis-swali A u B biex il-pubbliku jinqeda aktar malajr;
2. Dan ix-xahar, l- Awtorita' introduċiet kunċett ta’ fast lane f’sala A biex dawk in-nies li jiġu biex iġeddu liċenzja waħda jew tnejn jinqdew aktar malajr;
3. Ġiet introdotta sistema fejn l-impjegati ta’ l-Awtorita’ li m’humiex parti tad-Direttorat tal-Liċenzji ġew mgħallmin is-sistema ta' kif jinħaddmu l-liċenzji biex tiżdied il-flessibililta’ meta jkun hemm bżonn;
4. L- impjegati tad-Direttorat tal-Liċenzji ġew mgħallmin id-diversi sistemi li hemm biex ikunu jistgħu jiċċaqalqu minn sala għall-oħra skond l- eżiġenzi;
5. Il-Managementqed jiżgura li kull impjegat qed jiġi utilizzat fil-massimu tiegħu jew tagħha, dan billi regolarment jivvalutaw rapporti fuq it- transazzjonijiet li qed jipproċessaw kull impjegat kull siegha.
Barra min hekk, fil-futur immedjat l-Awtorita' sejra tieħu miżuri oħra f’dan ir-rigward. Fosthom hemm dawn msemmija hawn taħt:
· Qegħdin jitbiddlu il-proċeduri kif entitajiet bħall-Insurance Agencies, Brokers, Sub-Agents, u Public Service Garages jiddepożitaw id-dokumenti tagħhom biex jiġu moqdija separatament mill-pubbliku ġenerali;
· Bħalissa għaddejin xogħlijiet sabiex tiġi ntrodotta sistema elettronika bbażata fuq l-internet. Din ħa tkun tipprovdi faċilita’ fejn l-individwu jkun jista’ jġedded il-liċenzja tal-karozza mingħand l-Insurance Agencies jew anke mill-kumdita’ ta’ daru;
· Qed isir studju professjonali intern fejn qed jiġu evalwati s-sistemi u proċeduri kollha bil-għan li jiġu iktar effiċjenti u streamlined;
· Qed tissaħħaħ il-funzjoni ta’ Customer Care sabiex tkun tista' tiffoka aktar fuq il-problemi tal-pubbliku qabel ma dawn jibdew il- queue fis-swali, u b’hekk jingħata servizz aħjar lill-pubbliku.
· Qed jittieħdu miżuri fejn il-ħin neċessarju sabiex tipproċessa kull transazzjoni fis-sistema kompjuterizzata tiġi mnaqqsa kemm jista’ jkun.
Peress li għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 9437 li ngħatat fis-seduta 198 nhar it-3 ta' Diċembru 2004, il-Ministru kien stqarr li: "Ix-xogħlijiet ikkonċernati fil-proġett imsemmi qed isiru kollha mill-gvern u li dawn ix-xogħlijiet huma previsti li jitlestew fi żmien ħames ġimgħat oħra u se jiġu jiswew madwar Lm45,000";
jista' jitlob spjega lil min tah l-informazzjoni mogħtija għad-domanda 11807 li "t-
tender
għal dan ix-xogħol ġie pubblikat f'Jannar 2004. Wara li għalqu t-
tenders
dawn ġew evalwati fejn l-orħos offerta kienet dik ta' Lm63,307.23. Wara diskussjonijiet ma' l-orħos
tenderer
ingħata roħs ta' Lm3,639.47 biex it-
tender
ingħata għall-valur ta' Lm60,667.76"?
Kif f'Diċembru 2004 ix-xogħlijiet ikkonċernati kienu qed isiru kollha mill-gvern u f'Jannar 2004 kienu ħarġu t-tenders? Ix-xogħlijiet ikkonċernati fil-proġett imsemmi kienu qed isiru kollha mill-gvern jew jitħallsu mill-gvern? X'inhi r-raġuni li min jagħmel l-istimi mar żmerċ b'eluf ta' liri?
Liema hi l-informazzjoni korretta, dik li ngħatat għall-ewwel domanda jew għal dik ta' l-aħħar?
Jista' il-Ministru ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol li sar mill-ħaddiema tal-Gvern kien biex inxtegħlu t-traffic lights. Dan ix-xogħol sar mill-Electrical Section
tal-Manufacturing and Servicing Department. Ix-xogħol kollu l-ieħor sar mill-kuntrattur li tħallas mill-Gvern (propjament mill-ADT). It-tender kienet ippublikata fis-27 ta' Jannar 2004 u l-evalwzzjoni tagħha saret fis-16 ta' Marzu 2004. L-istima tad-Dipartiment kienet tammonta għal Lm45,000.
Waqt l-evalwazzjoni rriżulta li r-rati ta' l-orħos tenderer kienu ħafna ogħla mir-rati tat-tender meta komparati ma' rati ta' xogħlijiet oħra li kienu ġew aġġudikati dak iż-żmien. Dan it-tenderer ġie mitlub iraħħas u fil-fatt kien naqqas it-tender tiegħu kif indikat fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru 11807. Ix-xogħol mill-kuntrattur beda f'Diċembru 2004.
Kif kien spjegat diversi drabi fix-xhur li għaddew kien hemm diżgwiet bejn l-ADT u l-kuntratturi fuq ir-rati tax-xogħol tat-toroq. Min għamel l-istima mexa fuq ir-rati gwida li kienu jsegwu l-ADT dak iż-żmien li nkitbet it-tender. Kien xhur wara li ntlaħaq qbil fuq rati aċċettabli għaż-żewġ naħat. Il-valur tax-xogħol kien stabbilit fuq dawn ir-rati l-ġodda miftehma.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11872, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx diretturi jew managers fl-awtorita' li għandhom kwota fuq l-infiq tagħhom fuq telefonati? Jekk iva, jista' il-Ministru jgħid jekk l-ammonti li jidhru kenux kollha imħallsin mill-fondi ta' l-awtorita' jew jekk kienx hemm ammonti li tħallsu indirettament mid-diretturi jew managers konċernati permezz tar-refund lill-awtorita' minħabba li qabżu l-kwota tagħhom? Kemm kienu jammontaw dawn ir-refunds?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa li saret konnessjoni ma' telefonati kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11872 kienet ibbażata fuq it-total tal-kontijiet u mhux fuq kemm ħalset l-Awtorita’.
Il-managers għandhom kwota ta' Lm 25 fix-xahar fuq il-kontijiet tal-mobile phones. Kull xahar il-kontijiet kollha li jaqbsu din il-kwota jiġu verifikati u f’ċerti okkażżjonijiet skond id-diskrezzjoni tal-management tal-ADT il-persuni kkonċernati jintalbu jirrifondu d-differenza jew parti minnha, skond il-każ.
L-ammont ta’ refunds għall-perjodu Jannar 2004 sa Jannar 2005 kien jammonta għall-Lm755.95.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11228, 11398 u 11958 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq mhux asfaltati li saru f'kull lokalita' matul dawn l-aħħar tliet snin?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11548 u 11956 u jgħid x'qed iżomm lill-ADT milli jibda x-xogħol ippjanat iktar minn sena ilu fi Triq il-Wied f'Ħal Qormi, li jinkludi l-bini mill-ġdid tal-footbridgeli twaqqa' fl-għargħar ta' l-2003, it-twaqqigħ tal-bridge eżistenti u l-bini ta' pelican crossing road hump, u l-bini ta' culvert ta' madwar 1km?
Jista' jgħid għaliex għal dan ix-xogħol, li kien approvat mill-ministru ta' qablu, sal-lum ħarġet tender waħda uffiċjali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
B'referenza għax-xogħlijiet msemmija mill-Onorevoli Interpellant ninsab infurmat li d-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta' toroq ġodda kif ukoll għax-xogħol ieħor ta' dan il-qasam. Iż-żewġ tenders li għadhom ma ħarġux se jiġu ippublikati skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Rigward it-tender għat-twaqqieh tal-bridge eżistenti li ġiet ippublikata f'Marzu 2004, wara li saru diskussjonjiet mall-Kunsill Lokali ġie dċiż li dan ix-xogħol ma jibdiex qabel ma jinħarġu it-tenders l-oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsiru xi toroq fil-Fgura fis-sena 2005? Liema huma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-toroq li se jsiru fil-Fgura fis-sena 2005 huma:
-parti minn Triq il-Merħba;
-parti minn Triq is-Summien;
-parti minn Triq il-Misk.
Jista' il-Ministru jintervjeni u jara li l-gandott li nfetaħ fi Triq l-Ispnar l-Imqabba, li huwa ta' periklu għar-residenti jintradam? Jista' il-Ministru, wara li jintradam l-istess kanal jara li t-triq tingħata wiċċ?
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10648, jista' il-Ministru jgħid:
a) meta sar il-kuntratt bejn GT2 u l-ADT;
b) kemm-il konsulent ikopri dan il-kuntratt;
c) x'servizz qed jingħata minn kull konsulent;
d) x'inhu l-ammont li l-ADT qed tħallas għal dawn il-konsulenti;
e) x'qed jirċievu direttament mill-ADT dawn il-konsulenti, kull wieħed separatament, f'benefiċċji jew perks;
f) x'kien l-ammont imħallas s'issa għal użu tal-mobile phone mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minn meta laħaq f'Awissu 2004 sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li :-
a) Il-Kuntratt bejn GTZ u l-ADT sar fil-ħmistax ta’ Jannar tas-sena 1998 (15/01/98).
b) Dan il-kuntratt jipprovdi għal żewġ (2) konsulenti, li huma Profs. Heinrich Semar u Profs. Klaus Muller.
c) Is-servizzi li jingħataw miż-żewġ konsulenti huma bbażati fuq il-qasam ta’ speċjalizazzjoni rispettivi tagħhom.
Profs. Semar huwa speċjalizzat fuq aspett ta’ pjanar ta’ toroq filwaqt li Profs. Muller huwa speċjalizzat fuq aspett li għandu x’jaqsam ma’kostruzzjoni u manteniment ta’ toroq. Id-Dokument ‘Annex 1A’ li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra qed juri it-‘Terms of Reference’.
Fost dawn it-termini hemm riferenza ukoll għas-servizzi akkademiċi li ż-żewġ konsulenti jagħtu fl-Universita ta’ Malta u dan biex jiġu żviluppati riżorsi mħarrġa fil-qasam tad-disinn u l-kostruzzjoni tat-toroq f’Malta.
Id-Dokument ‘Annex 1B’ li ukoll qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra qed juri ‘
Terms of Reference
’ addizzjonali fuq liema termini Profs. Semar qed jgħati servizzi bħal Direttur ta'
Network Infrastructure Directorate
.
d) L-ADT qed tħallas l-ammont ta’ 272,594 Euro fis-sena lill-GTZ.
e) Il-benefiċċji tal-konsulenti huma karozza kull wieħed kif ukoll mobile phone għal Profs. Semar.
f) L-ammont imħallas għall-użu tal-mobile phone minn meta laħaq f’Awissu 2004 sal-lum huwa ta’ Lm294.86
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta se ssir Vjal l-Ewropa f'Ħaż-Żabbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' dwar it-Trasport qed tagħmel arranġamenti ma’ l-MCAST, FOI u anke l-kuntratturi tat-toroq biex ikun hemm taħriġ għal ħaddiema f’dan is-settur.
L-ADT għażlet din it-triq biex dawn il-haddiema jieħdu t-taħriġ meħtieġ. L-arranġamenti qegħdin fi stat avvanzat u huwa ppjanat li dan ix-xogħol jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' il-Ministru jispjega għaliex traffic lights li twaħħlu f'Novembru 2004 f'Dawret Ħal Għaxaq għad ma ġewx mixgħula sal-lum, waqt li oħrajn li saru f'Tal-Barrani f'Jannar 2005 bdew jiffunzjonaw?
Jaf li l-awtorita' dwar it-trasport fil-ġurnali nformat lill-pubbliku, wara pressjoni mill-kunsill lokali, li dawn kellhom ikunu operattivi sat-30 ta' Marzu u sal-lum ir-riskju għar-residenti biex jaqsmu l-arterja msemmija għadu ma ġiex imneħħi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-pelican lights li twaħħlu f’Novembru 2004 f’Dawret Ħal Għaxaq għad ma ġewx mixgħula għax kien hemm problemi kif ser jingħata s-supply lil din il-crossing.
Wara diversi meetings bejn rappreżentanti ta’ l-Electrical Section tal-MSD, rappreżentanti ta’ l-Enemalta Corporation u rappreżentanti ta’ l-ADT, din il-problema kienet riżolta u għalhekk dawn il-lights mistennija jinxtegħlu fil-ġranet li ġejjin.
Peress li fi Triq ta' Xħajma, f'Għawdex hemm flow kbira ta' traffiku u peress li f'dik it-triq hemm ukoll il-korsa taż-żwiemel, jista' il-Ministru jara li fl-entratura tal-korsa jitwaħħlu mirja kif ukoll isiru sinjali biex javżaw lis-sewwieqa tal-vetturi li hemm l-entrata tal-korsa taż-żwiemel biex joqogħdu attenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-recordstad-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku jirriżulta li l-Kunsill Lokali tax-Xewkija m’għamel l-ebda talba għall-traffic mirror fl-entratura tal-korsa taż-żwiemel fi Triq tax-Xħajma.
Id-Direttorat ser jikkonsulta mall-Kunsill Lokali ikkonċernat sabiex jittieħdu l-passi meħtiega.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li fix-xogħol relatat ma' Triq l-Imdina, Ħal Qormi biswit il-ġnien Ġorġ Zammit f'Tal-Ħandaq, jinbena ċint żgħir li jifred it-triq minn mas-soft area eżistenti (kif hemm fil-parti t'isfel tal-ġnien u l-parking area) bħala lqugħ mill-vetturi li jgħaddu fl-inħawi, fuq talba ta' xi residenti?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12003 u jgħid meta d-direttorat tat-toroq beħsiebu jirranġa l-kantuniera li hemm fi Triq Attard, k/m Triq San Ġwakkin fejn tinsab l-art abbandunata li hemm fl-inħawi ta' Triq San Ġwakkin, Ħal Qormi, skond pjanta li qed tintbagħat separatament, sabiex il-vetturi jkunu jistgħu jgħaddu mingħajr periklu minn din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn site inspection li saret fit-toroq msemmija mill-Onorevoli Interpellant irriżulta li dawn it-toroq jinstabu f’kundizzjoni tajba u xi wħud minnhom kienu asfaltati riċentament. Rigward l-art li hemm fi Triq Attard k/m Triq San Ġwakkin, liema art tinsab barra mil-linja ta’ l-iżvilupp, it-toroq proposti skond l-scheme alignment tal-MEPA ikunu jistgħu jsiru wara li tiġi esproprjata l-art imsemmija, liema xogħol isir skond prijoritajiet li jirriżultaw lid-Direttorat u b’rabta ma’ żvilupp ieħor fl-inħawi.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11793 u 12004 u jgħid jekk il-junction proposta ħdejn ix-showroom ta' Cortis f'Imdina Road, Żebbuġ tinvolvix twaqqigħ ta' bini eżistenti? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' din il-junction?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 11793 li tajt f'seduta numru 257.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12010 u jagħti rendikont sena b'sena tan-nefqa kapitali fit-toroq mill-1988 sal-lum? Kemm minn din in-nefqa saret fuq proġetti ta' toroq partikolari u liema huma dawn il-proġetti?