Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda full-time u part-time separatament fid-dekasteru tiegħu għal kull sena mill-2008 sal-2013 u fl-2014 sal-aħħar ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid, separatament, fejn ġew ingaġġati dawn?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati fid-dekasteru tiegħu, impjegati ġodda full-time u part-time separatament skont l-iskali stabbiliti tal-Gvern u f’każ fejn l-iskali ma japplikawx, jagħti ekwivalent ta’ skala (inkluż ekwivalent ta’ aktar minn skala 1) għall-2013, sal-aħħar ta’ Ottubru 2014?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi — Lista ta' xiri ta' servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11535, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-1 ta’ Ottubru 2014?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 5 okkażjonijiet fejn inxtraw biljetti tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament għall-valur medju ta’ 659.56 Ewro f’kull okazzjoni. Fi 3 okkażjonijiet l-ispiża kienet inqas minn dik medja. Kull darba li inxtraw dawn il-biljetti intalbu kwotazzjonijiet skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollox inxtraw 7 biljetti tal-ajru u li minbarra l-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, kien hemm 2 aġenziji ohra tal-ivvjaġġar li minn għandhom inxtraw biljetti tal-ajru.
Ma kien hemm ebda okkażjoni fejn inxtara servizz ieħor mingħand din l-aġenzija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taż-żjarat uffiċjali li għamel minn Marzu 2013 'il hawn, f'liema pajjiżi, għal-liema raġuni u kemm damet kull waħda minn dawn iż-żjarat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta’ persuni li xtraw proprjetà matul l-2014 s’issa, u kemm minnhom kienu first-time buyers? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm minn dawk li xtraw tali proprjetà ġiet rifjutata lilhom it-talba biex jibbenefikaw mill-proposta tal-Gvern li jħallsu taxxa anqas u dan għaliex kellhom proprjetà oħra, bħal garaxx jew qabar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. nterpellant li n-numru ta’ kuntratti li ġew reġistrati mill-1 ta’ Jannar, 2014 s’issa jammonta għall-11,389. In-numru ta’ kuntratti fejn mill-anqas wieħed mix-xerrejja kien first time buyer skont l-Avviż Legali Numru 393/13 jammonta għall-2,069. In-numru ta’ xerrejja li bbenefikaw minn xi eżenzjoni ta’ taxxa fuq il-boll jammonta għall-2,805.
Kien hemm 54 konvenji fejn persuni li kienu qed jidhru fuqhom ma kienux eliġibbli li jibbenifikaw minn din l-iskema peress li rriżulta li diġa kellhom proprjeta’ oħra. In-numru ta’ xerrejja relatati ma dawn il-kuntratti kienu jammontaw għall-79.
Biex wieħed jikkwalifika għal konċessjoni mit-taxxa skont l-artikolu 32(4)(a) tal-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, l-proprjeta’ li qed tiġi akkwistata għandha tkun l-ewwel proprjeta’ immobbli akkwistata
inter vivos
mill-persuna li qiegħda tapplika.
In-numru ta’ xerrejja huwa differenti minn n-numru ta’ kuntratti peress li jkun hemm kuntratti fejn ix-xerrejja jkunu aktar minn persuna waħda.
Ministeru għall-Finanzi — kuntratti ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kuntratti ta’ konsulenza li ngħataw mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u jgħid f’kull każ xi proċedura ntużat biex jinħatru dawn il-konsulenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu ta żmien li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija.
Dipartiment tad-Dwana – servizz ta’ proċessar ta’ dokumenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet r-raġuni li servizz ta' pproċessar ta' dokumenti li għandhom x'jaqsmu mad-Dipartiment tad-Dwana, liema servizz sa ftit taż- żmien ilu kien jingħata mill-MaltaPost lin-negozjanti u importaturi minn Għawdex f'Għawdex stess issa qed jingħata mill-Head Office tal-MaltaPost f'Ħal Qormi biss? Peress li din id-deċiżjoni qed toħloq inkonvenjent lill-klijenti minn Għawdex, jista' jara li dan is-servizz jerġa’ jibda jingħata minn Għawdex stess?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda kambjament fl-ipproċessar ta’ dokumenti li għandhom x’jaqsmu mad-Dwana f’Għawdex. L-aħħar kambjament sar f’Ġunju tas-sena 2013 meta pakketti b’valur ta’ inqas minn €420 jiġu pproċessati Malta, it-taxxi jitħallsu mill-posta u l-pakkett jiġi mqassam direttament id-dar li l-pakkett ikun indirizzat fih. Maltapost tiġbor it-taxxi li tkun ħallset mat-tqassim tal-pakkett lill-klijent. B’din is-sistema naqqasna residenti Għawdxin, li jmorru il-posta Għawdex biex jiġbru l-pakketti taghhom, dejjem meta id-dikjarazzoni tal-pakkett tkun tajba. Izda jista’ jkun hemm pakketti li jew ma jkollhomx dikjarazzjoni, jew ikun ċar li id-dikjarazzjoni ma hix korretta u dawn ma jkunux jistgħu jintbagħtu Għawdex imma jkollhom jinzammu Malta. Hafna drabi jkun il-kaz li jekk pakkett bħal dan imur Għawdex, jerġa’ lura hawn Malta. Dan joħloq konfuzjoni u dewmien zejjed lill-klijenti. Kemm jista’ jkun pakketti indirizzati għal Għawdex ma jinzammux Malta.
Il-Maltapost f’Għawdex ma tinputtjax l-entries fis-sistema tad-Dwana, għaldaqstant meta pakkett ikollu valur ta’ aktar minn €420 dan ix-xogħol irid isir minn burdnar awtrorizzat Għawdex jew mill-posta ta’ Malta li meta tkun lesta l-entry twassal il-pakkett lejn Għawdex hi mingħajr il-bzonn li l-klijent jiġi hawn Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 26812, 26813, 26814, 26815, 26816, 26817, 26818 u 26819 tal-Leġislatura IX..
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-staff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokumenti Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10991 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u Malta separatament, xahar b'xahar, minn Marzu tas-sena 2013 sa Awwissu ta' din is-sena u skont il-prodotti esportati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu ta żmien li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija.
Ministeru għall-Finanzi — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2274 u jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-proċedura li tkun adottata meta l-Pulizija jaqbdu ammont kbir ta’ sigaretti tal-kuntrabandu vis-à-vis id-Dwana? Kif u f’liema stadju tkun infurmata d-Dwana? Hemm xi seizure note li trid tkun kompilata mill-Pulizija? Jekk iva, sa meta trid tkun kompilata tali seizure note u lil min tingħata?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kemm id-Dwana, kif ukoll il-Pulizija, għandhom l-awtorità jżommu oġġetti suspettati b’kuntrabandu sakemm isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa. Il-Pulizija tinforma lid-Dwana bir-riżultat tal-investigazzjonijiet tagħha u, jekk ikun il-kas, id-Dwana tagħmel talba lill-Pulizija biex jinbdew proċeduri kriminali fil-qorti skont il-liġijiet tad-Dwana. Is-Seizure Note, jew Nota ta’ Qbid, tinħareġ mid-Dwana, mhux mill-Pulizija, dwar oġġetti miżmuma li jistgħu jiġu konfiskati taħt il-liġijiet tad-Dwana, bid-dettalji tal-oġġetti u r-raġunijiet dwar il-qbid tagħhom. In-Nota ta’ Qbid tinħareġ malli l-oġġetti miżmuma jgħaddu għand id-Dwana u tingħata lil sid l-oġġetti, jekk ikun magħruf, sa tletin jum miż-żamma tagħhom.
Ministeru għall-Finanzi – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed jagħmel referenza għalihom.