Qasam tal-Kura tal-anzjani u persuni b’diżabilità — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-qasam tal-kura tal-anzjani u persuni b'diżabilità kemm ġew impjegati ħaddiema u professjonisti f'kull kategorija minn April 2013 sal-aħħar ta’ Ottubru 2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Qasam tal-Kura tal-anzjani u persuni b’diżabilità — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħaddiema li ġew impjegati, inkluż professjonisti, minn April 2013 sal-aħħar ta’ Ottubru 2014 fil-qasam tal-anzjani jew persuni b'diżabilità ġewx impjegati wara sejħa pubblika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
San Vinċenz de Paule – anzjana bid-dimenzja misjuba l-Fgura
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma storja li dehret fil-media li pazjenta/anzjana bid-dimenzja spiċċat minn San Vinċenz de Paule ġo vann iddur mitlufa l-Fgura? Jekk iva, meta ġara l-każ? Saret inkjesta fuq dan il-każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm struttura perikoluża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li s’issa kien hemm irreġistrat ilment dwar ħsarat fl-appartament fejn toqgħod il-persuna msemmija. Madanakollu dan l-inkwilin għandu jiġi kkuntattjat biex issir spezzjoni ta’ verifika dwar it-tiswijiet meħtieġa fi żmien ġimagħtejn oħra.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar xogħlijiet neċessarji mal-ħajt tal-madwar il-blokka?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni li saret minn uffiċċjal tal-Awtorita’ tad-Djar, instab li l-ħajt imsemmi li ċeda mhuwiex proprjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar waqt li l-ħsarat imsemmija huma ġo ħwienet li wkoll ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ tal-Awtorita’ tad-Djar.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10644, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti msemmija jiġifieri “A Voice for Your Voice” dwar il-ħatra tal-kummissarju għat-tfal ippubblikat f’Diċembru 2013 u “The Voice of the Child in Care” ippubblikat f’April 2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta tingħata f'seduta oħra
Jista’ l-Ministru jżid mat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 10645 u jagħti timeline sħiħ ta’ x’ġara s’issa minn meta tfasslet l-ewwel Politika Nazzjonali għat-Tfal fil-leġiżlatura li għaddiet sal-lum kif ukoll indikazzjoni ċara tal-passi li jmiss fit-tfassil tal-Politika Nazzjonali Ġdida tat-Tfal u deadline sa meta se tiġi ppubblikata din il-politika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsijet parlamentari 10644 u 10646, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Politika Nazzjonali Ġdida għat-Tfal m’hija se tibdel xejn fis-sustanza minn dik li tlestiet fil-leġiżlatura l-oħra? Jekk dan mhux il-każ, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-bidliet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li kien hemm 9 okkażżjonijiet fejn inxtraw 12-il biljett tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament għall-valur medju ta’ € 736 f’kull okkażżjoni. F’7 okkażżjonijiet l-ispiża kienet inqas minn dik medja. Kull darba li nxtraw dawn il-biljetti ntalbu kwotazzjonijiet skont ir-regolamenti finanzjarji tal-Gvern. Ma nxtara l-ebda servizz ieħor mingħand din l-aġenzija.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — reklamar fuq media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul — Każijiet ta’ abbuż fuq anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11326 u jgħid kemm ġew rapportati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul tul is-snin 2013 u 2014 sal-lum? X’tip ta’ abbuż kien (psikoloġiku, sesswali, finanzjarju, fiżiku, eċċ.)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-snin 2013 u 2014 sallum ġew rrapportati 47 każ t’abbuż fuq anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paule, kif indikat fit-tabella hawn taħt:
Każi ta’ Suspett ta’ Abbuż:
Tip20132014
Finanzjarju1212
Emożżjonali / Psikoloġiku65
Fiżiku62
Neglect – Nuqqas ta’ Kura11
Sesswali20
Total2720
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — żjarat uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taż-żjarat uffiċjali li għamel minn Marzu 2013 'il hawn, f'liema pajjiżi, għal-liema raġuni u kemm damet kull waħda minn dawn iż-żjarat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — kuntratti ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kuntratti ta’ konsulenza li ngħataw mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u jgħid f’kull każ xi proċedura ntużat biex jinħatru dawn il-konsulenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dan il-Ministeru kienu ingaġġati 19-il konsulent fuq suġġetti differenti. L-ingaġġ tagħhom sar skont il-proċedura ta’ ingaġġ mal-Gvern.
Residenza San Vinċenz de Paul – ingaġġ ta’ persuni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11328 u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul din l-aħħar sena? Jista’ jagħti lista ta’ f’liema gradi ġew ingaġġati u x’inhi l-paga tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11331 u jgħid kemm persuni ngħataw servizz ġdid ta’ homehelp minn April 2013 sal-lum u f’liema lokalitajiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn April sa Diċembru 2013 ġie approvat 293 servizz ġdid ta’ HomeHelp filwaqt li minn Jannar 2014 sal-21 t’Ottubru 2014 ġie approvat 270 servizz ġdid
Il-lokalitajiet huma kif indikat fuq it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11332 u jgħid kemm ġew ingaġġati nies biex jaħdmu bħala home helpers din l-aħħar sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġew impjegati l-ebda nies mal-Gvern bħala home helpers matul din l-aħħar sena.
Ninsab informat li ż-żewġ operaturi li jagħtu dan is-servizz żiedu n-numru ta’ siegħat b’ 986 siegħa matul l-aħħar sena.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – konsulenzi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11333, jista' l-Ministru jgħid min huma dawn il-konsulenti u f'kull każ jgħid x'inhuma dawn l-allowances?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11333.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11337 u jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern fuq day centres? Hemm xi pjanijiet li jinfetħu oħrajn ġodda? Jekk iva, fejn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern bħalissa għaddej b’taħdidiet ma’ diversi entitajiet. Il-Ġimgħa l-oħra stess ġie konkluż arranġament maċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb fir-Rabat Għawdex dwar programm t’attivitajiet għall-Anzjani.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex tintlaqa t-talba biex biċċa art żgħira mitluqa bil-ħamrija quddiem il-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tingħata l-madum kif sar diġa quddiem il-flat tal-istess blokk ta’ appartamenti tal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li hemm reġistrata talba biex l-Awtorita’ tad-Djar tagħmel ix-xogħol ta’ madum imsemmi. Għaldaqstant qed jiġi rakkomandat biex il-persuna involuta tavviċina l-Customer Care tal-Awtorita’ tad-Djar biex tagħti d-dettalji metħieġa sabiex, wara li jiġi vverifikat il-każ, l-inkwilin ikun jista’ jingħata r-risposta applikabbli.