Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – impjegati ġodda
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10337, jista' l-Ministru jgħid mil-liema lokalità huma dawn is-76 ħaddiem ġdid fil-korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-32 lokalita’ huma:
Rabat (Malta) M’Skala
Qrendi Ħaż-Żebbuġ
Qormi Raħal Ġdid
Għaxaq Tarxien
Ħamrun Fgura
Marsa B’Buġia
Sta Luċija Żurrieq
Gudja Mqabba
Għargħur San Ġiljan
Luqa M’Xlokk
Msida Mosta
Dingli Victoria Għawdex
Sta Venera Żabbar
Żejtun Birgu
Sannat San Pawl il-Baħar
Sliema Għarb
Kont tad-Dawl u l-ilma — każ ta' persuna miż-Żejtun
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li tgħix iż-Żejtun u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha diskrepanza fuq il-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u rriżulta li f’dawn l-aħħar ħames snin qatt ma nħareġ kont peress li l-post kien iddikjarat li ma jintużax. Jirriżulta illi fil-verita’ dan il-post kien intuża xi ftit u għalhekk riċentament inħareġ il-kont ta’ dan il-konsum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew deċiżjoni mit-Treatment Abroad Committee biex isirilhom interventi barra minn pajjiżna u għal kull każ jgħid kemm hi stmata l-ispiża involuta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Hemm tmien (8) każijiet li qed jistennew deċiżjoni mit-Treatment Abroad Committee. Il-każijiet huma riċenti u se jiġu diskussa fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat.
Pazjenti – Interventi barra minn Malta – talbiet rifjutati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kellhom it-talba tagħhom li jsirilhom intervent barra minn pajjiżna rifjutata u jgħid x’kienu r-raġunijiet għala ġew rifjutati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika d-dati li għalihom irid it-tagħrif mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni saret fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex matul is-sena 2013 u kemm-il operazzjoni saret mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-aħħar ta’ Ġunju 2014? X’tip ta’ operazzjonijiet kienu u kemm kien in-numru ta’ kull tip?
Response (MIZZI, KONRAD)
Matul is-sena 2013 saru elfejn sitt mija u tmienja u sebgħin (2678)-il operazzjoni filwaqt li mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-aħħar ta’ Ġunju 2014 saru elf ħames mija u disgħa u tletin (1539)-il operazzjoni fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9694, jista' l-Ministru jgħid kif l-428 persuna huma maqsuma fis-67 lokalità? Kemm kien hemm persuni minn kull lokalità u x'jisimhom dawn il-lokalitajiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 9911 (disat elef, disa’ mija u ħdax) li għamel huwa stess f’Ġunju li għadda, fejn tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Peress li fir-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 9916, irreferieni għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7156, u dik ir-risposta ma tweġibx il-mistoqsijiet li għamilt jien, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna / kumpanija urew interess li jgħamlu pannelli fotovoltaiċi wara sejħa ta' espressjoni ta' interess ħalli tkun reġistrata art u bjut privati għall-pannelli? Kemm kien it-total tal-area indikat minn dawk li resqu 'l quddiem?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Awtorità kompetenti.
Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’: Mediċini (f’kull forma u/jew doża), prodotti farmaċewtiċi (f’kull forma u/jew doża), apparat mediku u disposables jew consumables li huma out of stock f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżeriji tal-POYC? X’inhi r-raġuni li huma out of stock, kemm ilhom out of stock u meta ser jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?
Ministeru għas-Saħħa – kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u ingaġġi
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti,
direct orders
, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta’ ngħata;
b. l-i
scope of supply
u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri;
c. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntużat; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts ta’ l-Isptar Mater Dei għax-xhur ta’ April u Mejju 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Billi l-informazzjoni li qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant fiha element ta’ natura kummerċjali ma nħossx illi għandha titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta’ Lulju 2014 ’l hawn kienx hemm tfal taħt it-18-il sena f’xi ward fl-Isptar Monte Karmeli (jiġifieri mhux fil-YPU)? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kellhom età u f’liema ward kienu qegħdin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Huwa indikat li fi żmien imsemmi kien hemm żewġ (2) persuni ta’ erbatax (14)-il sena li nżammu f’ward fl-Isptar Monte Karmeli barra l-YPU. Dan seħħ fuq parir tal-konsulent kuranti.
Sptar Monte Karmeli – pazjent li ħarab minn seclusion ward
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li matul ix-xahar ta’ Lulju 2014 kien hemm pazjent li ħarab mis-seclusion ward tal-Isptar Monte Karmeli jew inċident simili?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-inċident li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant seħħ fil-5 ta’ Lulju. Twaqqaf Bord ta’ investigazzjoni dwar dan il-każ.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Embryo Protection Authority hekk kif saret riferenza għalih fl-Istqarrija tad-DOI Nru 141520?
Response (MIZZI, KONRAD)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ Sptar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk pazjent li jkollu bżonn intervent li ma jkunx jista’ jsir f’pajjiżna, għandux dritt jagħżel l-isptar fejn isirlu l-intervent barra minn pajjiżna, anke jekk il-Gvern ikun se jħallas għall-intervent?
Response (MIZZI, KONRAD)
B’konsultazzjoni mat-tabib kuranti tiegħu l-pazjent għandu dritt jagħżel l-isptar fejn isirlu l-intervent barra minn pajjiżna ġaladarba dan l-isptar ikun wieħed pubbliku, f’pajjiż fejn il-Gvern għandu ftehim, huwa ta’ reputazzjoni tajba u għandu l-kapaċità meħtieġa sabiex joffri s-servizz rikjest.