Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex kumpaniji li qegħdin jiffaċċjaw problemi finanzjarji jiġu megħjuna sabiex jiġu salvati l-impjiegi u jsir taħriġ sabiex l-istess impjegati jiġu mħarrġa fl-iskills necessarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ħoloq Task Force biex twieġeb għal dawn l-eventwalitajiet. Il-Ministeru qed iħejji employment policy li tinkludi l-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħaddiema f'pajjiżna biex jiġġeddu skont il-bżonn. Se nkunu qed naħdmu mas-CEDOFOP, l-aġenzija tal-Unjoni Ewropea fl-edukazzjoni vokazzjonali biex nindirizzaw 'skills gaps' f'pajjiżna u biex niżviluppaw il-ħiliet tar-riżorsi umani f'pajjiżna.
B’referenza għal dak li tħabbar dan l-aħħar dwar l-MoU li ġie ffirmat ma’ Barts Medical School għall-ftuħ ta’ skola medika f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid x’numru ta’ studenti se jidħlu jistudjaw kull sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
F'dan l-istadju ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għan tal-MoU huwa li jkun hemm kollaborazzjoni bejn Queen Mary Barts Medical School u l-Gvern Malti bil-ħsieb li flimkien titwaqqaf istituzzjoni edukattiva li tiffoka fuq Health Sciences ġewwa Malta.
B’referenza għal dak li tħabbar dan l-aħħar dwar l-MoU li ġie ffirmat ma’ Barts Medical School għall-ftuħ ta’ skola medika f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ korsijiet se jiġu offruti, per eżempju se jkunu ta’ livell undergraduate, graduate entry jew postgraduate?
B’referenza għal dak li tħabbar dan l-aħħar dwar l-MoU li ġie ffirmat ma’ Barts Medical School għall-ftuħ ta’ skola medika f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-proposta tilqax biss studenti tal-mediċina?
Ftuħ ta’ skola medika – konsultazzjoni mal-Università ta’ Malta
Question
B’referenza għal dak li tħabbar dan l-aħħar dwar l-MoU li ġie ffirmat ma’ Barts Medical School għall-ftuħ ta’ skola medika f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx xi tip ta’ konsultazzjoni mal-Università ta’ Malta?
Ftuħ ta’ skola medika – każijiet fl-Isptar f’Għawdex
Question
B’referenza għal dak li tħabbar dan l-aħħar dwar l-MoU li ġie ffirmat ma’ Barts Medical School għall-ftuħ ta’ skola medika f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid kif se jiġi żgurat li l-istudenti jkollhom il-firxa u volum meħtieġ ta’ każijiet fl-Isptar ġewwa Għawdex biex tassew isiru tobba kompetenti?
B’referenza għal dak li tħabbar dan l-aħħar dwar l-MoU li ġie ffirmat ma’ Barts Medical School għall-ftuħ ta’ skola medika f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid minn fejn se jkunu reklutati l-għalliema? Min se jkollu l-opportunità jintgħażel biex jifforma parti mill-fakultà? Jekk se jkunu barranin kif se jkollhom aċċess għall-pazjenti li huma taħt il-kura tal-konsulenti li jaħdmu fis-sistema tas-saħħa pubblika?
Skola Sekondarja Subien Ħandaq – assenteiżmu ta’ għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-assenteiżmu ta’għalliema fil-Kulleġġ San Injazju Skola Sekondarja Subien, tal-Ħandaq? Kemm kienu, f’liema suġġetti kienu u x’rimedji ttieħdu sabiex dak li ntilef jiġi rkuprat qabel l-eżami ta’ nofs is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li meta l-klassi jkollha l-għalliema tagħha bis-sick leave, l-istess għalliema tieħu l-klassi meta jkollha replacement mal-istess klassi sabiex tikkompensa għall-lezzjonijiet li jkunu tilfu.
Il-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm flus ivvutati għall-attività Ġieħ l-Isport Malti li se tiġi mtellgħa mis-Segretarjat responsabbli miż-Żgħażagħ u Sport fil-ġimgħat li ġejjin? Min huma l-membri li jiffurmaw il-Kumitat organizzattiv? Jista’ jgħid jekk hemmx ħlasijiet għall-ħidma tal-membri li jiffurmaw il-kumitat organizzattiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li flus ivvutati għal Ġieħ l-Isport Malti hemm €25,000 għall-2014 kontra infieq ta' iktar minn €100,000 fl-2012, 2013.
Il-Kumitat Organizzattiv hu magħmul minn Paul Stoner bħala Chairman, u Paul Debattista u Mark Cutajar bħala membri. Ħlasijiet ma hemmx.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-iskola l-ġdida tal-Isport? Meta mistenni jitlesta x-xogħol fuq l-istess proġett?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għamlet applikazzjoni l-MEPA għal dan il-proġett. Għalhekk f'dan l-istadju ma tistax tingħata l-informazzjoni mitluba.
Wara li l-Gvern ma kkonfermax l-iskema li kienet immirata b’risq dawk id-dilettanti taċ-ċikliżmu u li kienet imnedija mill-amministrazzjoni preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra li jniedi xi skemi simili sabiex tkompli tinħoloq aktar kultura tal-użu tar-roti f’pajjiżna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Jien informat li din l-iskema ma kienitx ġiet ikkonfermata mill-Gvern preċedenti fis-sena 2011.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħolijiet ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li ngħataw il-kumpaniji ndikati fil-perjodu mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:
Tabella 'A' - Universita` ta' Malta
Tabella 'B' - Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ
Tabella 'C' - Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla
Tabella 'D' - Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada
Dawn ix-xogħlijiet kollha ngħataw lill-ewwel kumpanija ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar l-Employment Aid Programme? Huwa mistenni li jerġa’ jimplimentah ġewwa Malta? Jekk iva, meta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-Gvern bi ħsiebu jniedi skema simili bħall-Employment Aid Programme wara li jiġu konklużi l-arranġamenti bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropeja biex Malta tibda tagħmel użu mill-Fond Soċjali Ewropew għall-perjodu 2014-2020.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu dwar alternattiva għat-Training Aid Framework, liema programm kien salva aktar minn 2,000 impjieg taħt Gvern preċedenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-Gvern bi ħsiebu jniedi skema simili bħat-Training Aid Framework wara li jiġu konklużi l-arranġamenti bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropeja biex Malta tibda tagħmel użu mill-Fond Soċjali Ewropew għall-perijodu 2014-2020.
Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura – persuni jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol residenti f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura fl-aħħar ta’ Jannar 2014? Jista’ jindika dan post post u kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom ilhom sena jirreġistraw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li kien hemm jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, residenti f’Marsascala, iż-Żejtun u l-Fgura, fl-aħħar ta‘ Diċembru 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel hu kif se nsemmi:
Lokalita’
Rġiel
Nisa
Total
IL-FGURA
147
38
185
IŻ-ŻEJTUN
188
43
231
MARSASKALA
129
60
189
Total
464
141
605
Minn dawn is-605 persuni, 269 ilhom iktar minn sena jirreġistraw.
Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa – persuni jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol residenti f’ Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa fl-aħħar ta’ Jannar 2014? Jista’ jindika dan post post u kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom ilhom sena jirreġistraw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li kien hemm jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, residenti f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel hu kif se nsemmi:
Lokalita'
Rġiel
Nisa
Total
ĦAL GĦAXAQ
65
11
76
ĦAL TARXIEN
113
33
146
IL-GUDJA
19
6
25
IL-MARSA
129
17
146
RAĦAL ĠDID
137
47
184
SANTA LUĊIJA
57
12
69
Total
520
126
646
Minn dawn is-646 persuni, 338 ilhom iktar minn sena jirreġistraw.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — bordijiet - membri nisa
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn in-numru ta' membri fuq bordijiet maħtura fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huwa ta' 302 li minnhom 86 huma nisa.