Legislature:
Category:
Reset
Active:

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari 3269 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 3480, Seduta nru. 88.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari 3267 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 3480, Seduta nru. 88.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari 3265 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 3480, Seduta nru. 88.

Servizzi ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm contributions għas-servizzi ta' toroq imħallsa filwaqt li s-servizzi għadhom ma ġewx mgħoddija bi dritt lir-residenti, mhux żviluppaturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Siġġiewi — Landfills

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li skond ma kkonferma kunsillier Nazzjonalista, il-gvern naqas li jikkonsulta lill-kunsill lokali tas-Siġġiewi dwar l-applikazzjonijiet tal-gvern biex jiftaħ landfills fil-qasam Tal-Magħluq u fil-qasam il-Kbir? Kif jispjega l-fatt illi l-kunsill sar jaf b'dawn l-iżviluppi biss permezz tal-media?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jiena nfurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ikkonsultat lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi f’ żewġ okkażjonijiet dwar l-applikazzjonijiet sabiex jinfetħu landfills fil-qasam Tal-Magħluq u fil-qasam il-Kbir. L-ewwel fil-15 ta’ Lulju 2003 il-Kunsill ġie kkonsultat dwar it-termini ta’ referenza (terms of reference) għall-Environment Impact Assessment (EIA) u fis-6 ta’ Jannar 2004 intbgħat lilu kopja ta’ l-Impact Statement u ntalab jikkumenta.

Golf courses

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tittieħed deċiżjoni finali dwar id-diversi golf course proposals għall-gżejjer Maltin u Għawdxin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha quddiema tlett applikazzjonijiet għal 'Golf Courses' li huma Verdala, Ħabel Bellu, u Ta' Ċenċ. L-applikazzjonijiet Ta' Ċenċ u Ta' Ħabel Bellu qed jiġu pproċessati u bħalissa qiegħed jiġi ppreparat 'Environment Impact Statement'. L-istudji fuq l-applikazzjoni tal-Verdala ġew finalizzati u qegħdin jiġu pproċessati biex finalment jiġi preparat ir-rapport finali b' rakomandazzjoni għal quddiem il-Bord tal-MEPA.

Prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3271 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480, Seduta nru. 88.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3261 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480, Seduta nru. 88.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari 3259 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480, Seduta nru. 88.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3263 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi fir-risposta tiegħu rriferini biex nagħmilha lilek dwar kwoti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480, Seduta nru. 88.

Marda nfettiva fuq in-nagħaġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-merħliet lokali tan-nagħaġ ma jiġu infettati bil-marda "scrapie" li qed tolqot lin-nagħaġ ta' pajjiżi oħra, fosthom membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li hemm kontroll fuq l-importazzjoni ta’ nagħaġ għar-rigward tal-marda ta' l-iScrapie. Ninforma wkoll lill-Kamra li qegħdin isiru testijiet regulari fuq in-nagħaġ u sa llum il-ġurnata ma nstabitx il-marda f' Malta.

Laħam taċ-ċanga — Tariffi/kwoti

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm huma l-high quality beef tariff /quotes allokati għas-sena d-dieħla għall-pajjiżi mhux membri ta' l-UE, pajjiż pajjiż, separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480, Seduta nru. 88.

Prodotti ta' l-ikel — Kwoti

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3241 u cioe' dik il-parti tal-mistoqsija li l-Ministru tal-Finanzi rriferini biex nagħmilha lilek?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480, Seduta nru. 88.

MEPA — Fond

Question

B'referenza għall mistoqsija parlamentari numru 38620 tal-leġislatura l-oħra tista' il-MEPA tieħu passi dwar dan il-każ li għadu pendenti? Ninsab infurmat mill-persuna li resqitli l-ilment li l-uffiċjali tal-MEPA ma setgħux joħorġu enforcement notice fuq il-fond indikat għaliex allegatament il-persuna li toqgħod fil-fond ma fetħililhomx il-bieb kul meta marru fuq il-post?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li minkejja li saru diversi tentattivi sabiex issir spezzjoni fil-post indikat, dan sal-lum qatt ma kien possibli. Dan minkejja diversi noti li ntbagħtu lill-okkupant u anke diskussjoni mal-Pulizija u mal-Kunsill Lokali għal iżjed informazzjoni dwar l-individwu. L-uffiċjal tal-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kellu jkun ukoll infurmat mill-persuna li qed tirraporta, appena din tinnota fuq il-post lil min huwa responsabbli. Dan il-kuntatt s' issa ma sarx. Tajjeb li jingħad li din l-istruttura ġiet osservata minn fuq bejt ta' terzi fejn jirriżulta li din tinvolvi kamra ta’ l-injam xi 10' x 8' li nbniet snin ilu u li minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni iddeterjorat bir-riżultat li jista’ qed jinħoloq xi perikolu minn xi njam li allegatament qed jaqa’. Fil waqt li l-Awtorita’ ma tinvolvix ruħha dwar perikolu, l-istess tip ta kamra tista’ tkun rregolarizzata bl-Ordni dwar Notifikazzjoni ta’ l-Iżvillupp (DNO) sakemm issir notifika lill-Awtorita’ u diment li din tikkwalifika taħt ċerti kundizzjonijiet speċifikati taħt Klassi 1 (vii) ta’ l-istess Ordni. Jekk il-każ huwa hekk, ma tittieħidx azzjoni t' infurzar skond l-Att 1 ta 1992.

Santa Luċija — Inorganic waste separation unit

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx applikazzjoni quddiem il-MEPA li tirrigwardja l-iżvilupp ta' inorganic waste separation unit fil-limiti ta' Santa Luċija? Jekk fl-affermattiv f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irċeviet applikazzjoni numru PA 6268/03, li tirrigwarda żvilupp ta’ Inorganic Waste Separation Unit (To construct inorganic waste separation unit and to sanction soil removal and boundary wall height), imma fil-limiti tal-Gudja, mhux fil-limiti ta Santa Lucia kif hemm fil-mistoqsija. Il-Kunsill Lokali ta' Sta Lucia ġie kkonsultat ukoll. L-applikazzjoni għaddejja minn fażi ta' konsultazzjoni esterna.

Irziezet tal-ħut u tat-tonn

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi studji saru s'issa dwar l-effetti ta' l-irziezet tal-ħut u tat-tonn fuq il-ħut li jgħix fl-inħawi fejn hemm dawn l-irziezet? X'kienu l-konklużjonijiet ta' dawn l-istudji? Jista' jpoġġi kopja ta' l-istudji fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-istudji li kienu meħtieġa bħala parti mill- 'Environment Impact Assessment' ta' l-irziezet tal-ħut u tat-tonn kienu ħarsu lejn il-kwalita’ tal-ħut li jinsabu fil-post fejn tqiegħdu l-irziezet. L-'Environment Impact Assessment' ma kienx ra il-bżonn ta’ studji speċifiċi fuq il-ħut, imma il-monitoring illi sar s' issa juri illi il-qiegħ tal-baħar li kien affetwat kien dak ta’ taħt il-gaġeġ biss. Għalhekk, il-‘monitoring’ juri li taħt il-gaġeġ, żdiedu dawk l-ispeċi ta’ ħut li huma magħrufin bħala 'scavengers'. Dawn huma ħut li jnaddfu l-qiegħ. Ma jidhirx li hemm tibdil fil-kwalita’ tal-ħut iżjed il-bogħod mill-‘farm’. Dawn il-konklużjonijiet huma bbażati fuq osservazzjonijiet li kienu inklużi fir-rapporti msemmijin fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Id-dati msemmija huma ta’ meta ttieħdu s-‘surveys’ bħala parti mill-programm tal-‘monitoring’.

Irziezet tal-ħut u tat-tonn — Ħaddiema

Question

Matul is-sena 2003, jista' il-Ministru jgħid kemm impjegaw nies magħhom l-irziezet tal-ħut u tat-tonn li għandna f'pajjiżna? Kemm esportaw ħut u x'kien il-valur ta' din l-esportazzjoni? Kemm hu meqjus li jibqa' minn dawn il-flus f'pajjiżna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-attivita’ tat-Tuna Farming timpjiega 113 il-ruħ direttament u ħafna iktar indirettament. Mahiniex f' pożizzjoni li nitkellem fuq l-esportazzjoni tas-sena 2003 għaliex għad baqa' t-tonn fil-gaġeġ. Fis-sena 2002 ġie esportat 1,855 tunnellata tonn li kien ikkalkulat li kellu valur ta' Lm9,000,000. Fuq it-tielet parti tal-mistoqsija inti mitlub tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Affarijiet Ekonomiċi.

MEPA — Garanziji bankarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhi l-proċedura u jekk il-MEPA taġixxix fir-rigward ta' garanziji bankarji li ma jkunux tħallsu? F'dan ir-rigward, jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' proġetti jew siti li għalihom għadha ma tħallsitx il-garanzija bankarja? Jista' jgħid x'inhu l-istadju ta' kull proġett jew sit u jekk ma ġietx applikata l-istess miżura għal kulħadd?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li meta tiġi mposta garanzija bankarja fuq xogħol applikat għalih, il-permess ma jinħariġx jekk din il-garanzija ma tkunx tħallset. Jekk il-garanzjia tibqa' ma titħallasx, l-applikazzjoni terġa' tidher quddiem l-istess Kummissjoni li jkun iddecidiha sabiex jiġi rrifjutat fuq ir-raġuni li l-garanzija bankarja ma ġietx sottomessa.

MEPA — Permess għal żvilupp f'siti storiċi

Question

Jekk il-MEPA tkun ħarġet permess għal żvilupp f'siti storiċi li fuqhom ikun seħħ qualsiasi forma ta' proġett u durante l-istess żvilupp ikunu seħħu xi danni fl-istruttura tas-sit storiku, jista' il-Ministru jgħid kif taġixxi l-MEPA u x'pieni jiġu esegwiti fil-konfront ta' l-iżviluppatur? F'dan il-kontest, jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' notifiki li ġew indirizzati lill-iżviluppaturi flimkien mal-pieni tassattivi li seħħew minn Jannar 2002 sa Jannar 2004?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li meta l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ikollha applikazzjoni għal żvilupp qrib xi sit ta' importanza storika jew arkejoloġika, hija il-prassi li l-applikant jintalab jagħmel garanzija bankarja li fil-permess tkun marbuta ma' kundizzjoni li tissalvagwardja il-protezzjoni tal-wirt storiku in kwestjoni, dan sabiex ma jsirux ħsarat lil dan il-wirt. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' garanziji bankarji li ġew miżmuma mill-MEPA bejn Jannar 2002 u Jannar 2004, minħabba ksur ta' kundizzjonijiet bħal dawn.

Prodotti ta' l-ikel — Dazju fuq l-importazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3253 li titratta dwar it-taxxi ndiretti ta' dan il-Budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti godda fuq l-importazzjoni ta' " others butter, fat content 85% immediate pack "meta jigi mportat mill-pajjizi li mhumiex membri ta' l-UE ? It-tunnellaġġ inkwestjoni skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products " ikopri l-importazzjoni minn non EU states abbażi ta' l-importazzjoni storika wkoll ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 3480, Seduta nru. 88.