Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar, San Pawl il-Baħar, il-Mosta, Birkirkara, l-Imsida , Gżira , San Ġiljan, iż-Żurrieq, il-Kalkara, Ħal Luqa, Qormi u iż-Żejtun b'mod separat bejn l-1 ta' Novembru 2015 u l-20 ta' Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Maħfra Presidenzjali ngħatat minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif inbidlet is-sentenza jew kundanna in kwistjoni f’kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – nefqa fuq bini jew tiswijiet ta’ bankini u culverts
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' April 1999 u u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – kuntratti ta’ servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellu l-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Fondi allokati għall-Kunsilli Lokali għal xogħlijiet relatati ma’ road maintenance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi allokati b’mod totali għall-Kunsilli Lokali, għal xogħlijiet relatati ma’ road maintenance mis-sena 2010 ‘l hawn, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm matul l-istess perjodu, fil-fatt kienet in-nefqa b’mod totali fuq road maintenance mill-Kunsilli Lokali, sena b’sena b’mod separat?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja ta’ separazzjonijiet reġistrata kuljum f’pajjiżna f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-medja ta’ separazzjonijiet reġistrati kuljum f’pajjiżna f’dawn l-aħħar ħames snin huwa ta’ żewġ separazzonijiet kuljum. Qed jigi hawn taħt riprodotta l-istatistika ta’ separazzjonijiet awtorizzati mill-Qorti Ċivili -Malta (Sezzjoni tal-Familja):
Sena
2011
2012
2013
2014
2015
Numru ta’ separazzjonijiet li ingħalqu bonarjament
617
663
727
777
860
Numru ta’ kawżi ta’ separazzjoni deċiżi
87
50
63
56
51
Total
704
713
790
833
911
Medja ta’ separazzjonijiet reġistrati kuljum
2
2
2
2
2
Qorti ta’ Għawdex
Sena
2010
2011
2012
2013
2014
2015
2016 (sat-30 ta’ Ġunju)
Numru ta’ separazzjonijiet li ingħalqu bonarjament
90
55
55
56
59
63
27
Numru ta’ kawżi ta’ separazzjoni deċiżi
7
10
2
0
1
1
2
Total
97
65
57
56
60
64
29
Medja ta’ separazzjonijiet reġistrati KULL XAHAR*
8
5
5
5
5
5
5
*il-medja qed tiġi ikkalkulata fuq perjodu ta’ xahar u b’figura arrotondata. Altrimenti biex tinħadem skont kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari kien se jiġi frazzjoni li allura ma tagħmilx sens.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26161 jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xandir tal-Isports Forum fuq TVM 2 kienx kopert bħal Public Service Obligation? Peress li l-Ministru wieġeb li dan l-avveniment kien kopert minn ftehim kummerċjali, jista’ l-Ministru jispjega aħjar x’kien hemm kummerċjali fix-xandir ta’ trasmissjoni ta’ diskussjoni pubblika bħal din?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż tekniċi marbuta mal-filming ta’ dan l-avveniment li sar fuq jumejn, ġew koperti minn Sport Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26353 u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ ċittadinanza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. Għaldaqstant l-applikanta tista’ tagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi ċċempel fuq 25904168/69 u tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali responsabbli.
Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla – bankini u culverts
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26391 u 26213 u jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26389 u 26211 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tal-Qala, Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 2012 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif ipprovduta mill-Kunsill Lokali tal-Qala.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imposti multi mill-Qorti tal-Appell Kriminali minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza u kemm minnhom tħallsu?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-Qorti tal-Appell Kriminali, Malta minn Marzu 2013 sallum ġew imposti is-segwenti multi:
1/3/2013 – 31/12/2013 kien hemm 191 multi imposti li minnhom tħallsu 168
Matul is-sena 2014 kien hemm 199 multi imposti li minnhom tħallsu 152
Matul is-sena 2015 kien hemm 133 multi impost li minnhom tħallsu 65
1/1/2016 – 30/6/2016 kien hemm 102 multi imposti li minnhom tħallsu 27
Fil-Qorti tal-Appell Kriminali (Inferjuri) Għawdex minn Marzu 2013 sallum ġew imposti is-segwenti multi:
1/3/2013 – 31/12/2013 kien hemm 7 multi imposti li minnhom tħallsu 6
Matul is-sena 2014 kien hemm 21 multi imposti li minnhom tħallsu 16
Matul is-sena 2015 kien hemm 14 multi impost li minnhom tħallsu 10
1/1/2016 – 30/6/2016 kien hemm 3 multi imposti li minnhom tħallset 1
Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – nefqa fuq bini jew tiswijiet ta’ ħitan tas-sejjieħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – nefqa fuq xiri ta’ concrete
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-Pumping Station tan-No. 1 Dock u anke xi Overhead Cranes antiki li hemm f'xi mħażen, issa li l-post ingħata lill-privat? X'passi qegħdin jittieħdu minn Heritage Malta sabiex dan il-wirt storiku industrijali ma jintilefx?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern għandux il-ħsieb ikompli fuq ix-xogħol li nbeda mill-amministrazzjoni preċedenti sabiex Heritage Malta twaqqaf Mużew Industrijali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta tieħu kull opportunità li jkollha sabiex tiġbor apparat u makkinarju industrijali ieħor, sakemm jifilħu l-kapaċitajiet tagħha, sabiex jiġu salvati u preżervati.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ingħatatx ordni sabiex il-makkinarju antik li jinsab fil-post li ntgħażel bħala Mużew Industrijali, u ċjoè l-Boiler Shop fit-Tarzna, jinġabar? Jekk iva, fejn ser jitpoġġa' dan il-makkinarju?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Mużew għall-Makkinarju Industrijali Antik — kumitat
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'sar minnu l-kumitat li kien inħatar mill-amministrazzjoni preċedenti sabiex jitwaqqaf Mużew għall-Makkinarju Industrijali Antik?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mir-rekords ma jirriżulta ebda l-kumitat uffiċjali skont kif saqsa l-Onor Interpellant. Ghandi nifhem li l-Onor Interpellant qed jirreferi għal kumitat informali.
Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Qrendi – Kuntratti ta’ Servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26225 u jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellhom il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Qrendi bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta’ Sannat – Kuntratti ta’ servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26224 u jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellhom il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta' Sannat Għawdex bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26223 u jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellu l-Kunsill Lokali Qala Għawdex bejn l-1 ta' Jannar 2012 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif ipprovduta mill-Kunsill Lokali tal-Qala.