Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn — Kunsill lokali - talbiet għal devoluzzjoni ta' proprjeta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet mill-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn biex ikun hemm devoluzzjoni ta' proprjeta' governattiva fil-lokal lill-istess kunsill? Għal liema proprjeta' saru dawk it-talbiet, jekk kien hemm? Jekk kien hemm devoluzzjoni, ta' liema proprjeta', meta saret u għal liema skop saret tali devoluzzjoni? Jekk saru talbiet u ma ġewx aċċettati, x'kienet ir-raġuni għal tali ċaħdiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala għamel żewġ talbiet formali għal devoluzzjoni ta’ proprjeta’ tal-gvern. Dawn kienu: 1) Ir-Ridott ta' Marsaskala Fil-21 ta' Awissu, 2000, il-Kunsill applika formalment biex fis-sit imsemmi jagħmel Ċentru ghall-Għaqdiet. Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab lill-Kunsill jipprovdi aktar dettalji, kif is-soltu jsir ma’ dawn l-applikazzjonijiet, bħal ngħidu aħna kont dettaljat tal-ħrug u l-infieq u l-ammont tal-investiment kapitali. L-informazzjoni mitluba baqgħet qatt ma waslet għand id-Dipartiment. 2) Torri San Tumas Fil-21 ta' Awissu, 2000 il-Kunisll applika wkoll għal dan is-sit. Il-proġett propost tal-Kunsill kien li fit-Torri jaghmel l-Uffiċċji Amministrattiv tiegħu u Ċentru tal-Wirjiet. Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali għarraf lill-Kunsill li ma setax jilqa' it-talba peress li l-Kunsill ma kienx f'qagħda finanzjarja tajba biex iwettaq il-proġett. Fit-18 ta' Lulju, 2001, il-Kunsill reġa għamel talba oħra għal dan is-sit, biex fost ħwejjeġ oħra, jagħmel l-Uffiċċji Amministrattivi tiegħu. Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali, prima facie, ma sab l-ebda oġġezzjoni għall-proġett propost u għadda l-applikazzjoni lit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern. Bejn Settembru 2001 u Jannar 2004, it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma setgħetx tikkummenta fuq it-talba tal-Kunsill minħabba li kien qed isir xogħol ta' restawr fit-Torri mill-Ministeru tal-Ambjent. Fis-17 ta' Settembru, 2004, it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern qalet li l-Gvern kien qed jikkonsidra diversi pjani ghall-użu futur tat-Torri, fosthom it-talba għal devoluzzjoni. Minhabba li ma kienx hemm deċizjoni finali dwar l-aħjar użu ta' dan il-bini, it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma setgħetx tibqa' tikkonsidra t-talba tal-Kunsill.

Dipartiment ta' l-artijiet — Każ dwar fond

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - huwiex tal-joint office jew le?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fond (li jinsab fi Sqaq Numru 1) li rrefera għalih l-Onor. Interpellant huwa proprjeta' tal-Gvern u hu amministrat mill-Uffiċċju Konġunt.

Ġustizzja u Intern — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej:- Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u ta’ l-Artijiet Public Registry 3 studenti mill-MCAST l-għażla saret mill-MCAST Land Registry student 1 mill-Universita` l-għażla saret mill- Students’ Maintenance Grants Board Taqsima Proprjeta` tal-Gvern Uffiċċju Konġunt 3 studenti mill-MCAST skond il-programm ta’ l- Unpaid Work Placement l-għażla saret mill-MCAST Dipartiment għall-Gvern Lokali Gvern Lokali Student 1 mill-MCAST l-għażla saret mill-MCAST

Pulizija — Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li matul din is-sena korrew u/jew weġġgħu gravi waqt li kienu qed jaqdu dmirhom fis-servizz? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li weġgħu gravi waqt il-qadi ta' dmirijiethom tul dawn l-aħħar ħames snin, huwa kif jidher hawn taħt: 2001 17 2002 15 2003 25 2004 9 2005* 4 *sal-31 ta' Mejju.

Kunsilli lokali — Sindki, viċi sindki u kunsilliera

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8875 li kienet titlob biex jgħid fid-diversi kunsilli lokali kemm hemm sindki, viċi sindki u kunsilliera li jokkupaw xi kariga jew huma membri ta' xi organizzazzjoni non-governattiva, bħalma huma għaqdiet reliġjużi, soċjali, filantropiċi, eċċ.? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull kunsill u jgħid min huma l-persuni, f'liema għaqda qegħdin u x'kariga jokkupaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kunsilli lokali — Ċentri ta' matul il-jum għall-anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8874 u jagħti informazzjoni dwar liema huma dawk il-kunsilli lokali li b'xi mod jew ieħor ikkontribwew għall-ftuħ u/jew għadhom jikkontribwixxu għaż-żamma taċ-ċentri ta' matul il-jum għall-anzjani fil-lokalitajiet tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8874, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta' Kunsilli Lokali li b'xi mod ikkontribwew u/jew għadhom jikkontribwixxu għaż-żamma taċ-ċentri ta' matul il-jum għall-anzjani fil-lokalitjiet tagħhom.

Għawdex — Asfaltar ta' toroq mill-kunsilli lokali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jelenka x-xogħlijiet fit-toroq li saru f'Għawdex minn kull kunsill lokali f'dawn l-aħħar ħames snin u jindika meta saru, kemm swew u min għamel ix-xogħol? In oltre, jista' jindika liema toroq f'Għawdex huwa ppjanat li jsir xogħol fihom minn kull kunsill lokali għal kull lokalita' separatament u jgħid meta huwa maħsub li jinbeda x-xogħol għal kull triq separatament?

Response (BORG, TONIO)

Billi, bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta, nissuġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Immigrazzjoni illegali — Għajnuna finanzjarja mill-UE lil Malta

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Malta ngħatatx xi għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-immigrazzjoni llegali u jekk iva, kemm?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12777, nixtieq inżid li Malta ibbenefikat ukoll minn proġett ieħor taħt pre-accession funds mill-Unjoni Ewropeja li kienu jammontaw għal 1.3 miljun euros. Permezz ta' dan il-programm inxtara apparat sofistikat użat mill-Pulizija għall-identifikazzjoni ta' dokumenti foloz kif ukoll apparat użat in konnessjoni ma' l-immigrazzjoni irregolari. Sar ukoll taħriġ intensiv, fosthom minn esperti Ingliżi u Spanjoli, lil numru ta' uffiċjali li huma involuti f'dan is-settur.

Pulizija — Skejjel ta' l-Ingliż

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12203 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni. Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fl-2004 u fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kemm–il darba ntalbet għajnuna mill-pulizija lill-kapijiet ta’ l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Ta’ liema nazzjonalita` u kemm kellhom eta` l-istudenti li sar stħarriġ fuqhom? X’riżultati kien hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.

Pulizija — Serq minn spiżeriji

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru serqiet minn spiżeriji f'din l-aħħar sena, jiġifieri mill-aħħar ta' Mejju 2004? Jista' jgħid kemm ġew rapportati li nsterqu drogi perikolużi u liema kienu? Minn fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Ġunju 2004 u l-31 ta’ Mejju 2005, ġew irrapurtati lill-Pulizija 26 każ ta’ serq minn spiżeriji. F’wieħed minn dawn il-każijiet biss ġew irrapurtati nieqsa mediċini deskritti bħala perikolużi mill-ispiżjar. Il-mediċini hekk rapurtati huma: Ta’ XbiexAkaman 1.5mg x 100Akamar 3mg x 60Ativan 2mg x 180 Dalmane 30mg x 48DMC 60mg x 464Letomil 3mg x 5 Mogadon 2mg x 49Noctanil x 8Tamol x 20 Tranol 100mg x 30Valium 2mg x 49Xanax 1mg x 120

Ħruġ ta' visas

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12760 u cioe: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12374, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sal-lum, ħmistax wara, itteħdux id-deċiżjonijiet riferuti fit-tweġiba u jekk dawn ġewx ikkomunikati lill-persuni interessati?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12374, inżid ngħid li saret laqgħa bejn il-Ministeri konċernati, mal-Pulizija li ser ilestu kriterji għall-ħruġ ta' visas fil-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant. Hu maħsub li fix-xahar kurrenti dawn jiġu approvati, u komunikati lill-persuni interessati.

Pulizija — Passi kontra vandaliżmu

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2004 kemm-il darba l-pulizija ħadet passi kontra vandaliżmu fil-ġnien tal-Gżira u fi Ġnien Indipendenza, Tas-Sliema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ma kienx hemm każi fejn persuni tressqu l-Qorti fuq akkużi ta' vandaliżmu fil-ġnien tal-Gżira u fi Ġnien Indipendenza, Tas-Sliema.

Pulizija — Passi kontra vandaliżmu

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2004 kemm-il darba l-pulizija ħadet passi kontra vandaliżmu f'faċilitajiet pubbliċi f'San Ġiljan u f'Pembroke?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm żewġ persuni li tressqu l-Qorti talli kkaġunaw ħsara f'faċilitajiet pubbliċi f'San Ġiljan (Paċeville).

Pulizija — Passi kontra vandaliżmu

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2004 kemm-il darba l-pulizija ħadet passi kontra vandaliżmu f'faċilitajiet pubbliċi f'San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ma kienx hemm każi fejn persuni tressqu l-Qorti fuq akkużi ta' vandaliżmu f'faċilitajiet pubbliċi f'San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa.

Kamra fid-Dwejra

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-kamra 21, Dwejra li kienet okkupata mingħajr titlu u li ġiet żgumbrata ftit ilu, tinħareġ bl-offerti? It-talba qed issir f'isem familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa qegħdin jiġu konklużi l-pjanti sabiex il-kamra 21, fid-Dwejra, tkun tista' tiġi mikrija permezz ta' sejħa għall-offerti.

Visas għal ċittadini Ċiniżi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu visas lil ċittadini Ċiniżi kull sena bejn l-2000 u l-2004? Kemm minn dawn inħarġu bl-iskop li jiġu jistudjaw f'Malta? Kemm hu l-perijodu li tkopri l-visa ta' kemm persuna tista' tibqa' f"Malta? Kemm kien in-numru ta' Ċiniżi li fil-fatt daħlu Malta kull sena fl-istess perijodu? Kemm kien in-numru ta' Ċiniżi li ħarġu minn Malta kull sena fl-istess perijodu? Kemm minn dawk li daħlu b'visa baqgħu ma ħarġux minn Malta, minkejja li skaditilhom il-visa? Ma jarahiex stramba l-Viċi Prim Ministru li kważi kuljum fil-gazzetti jidhru reklami minn ċittadini Ċiniżi javżaw li tilfu l-passaport?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' applikazzjonijiet għal visa minn ċittadini Ċiniżi li ġew approvati mill-Pulizija, bejn is-snin 2000 u 2004 kienu, 537, 962, 1,435, 2,279 u 2,646 rispettivament, pero' ir-raġuni mogħtija fit-talba ma tinżammx taħt forma kompjuterizzata. Normalment visa tingħata għall-perijodu ta' xahar, li tista' tiġi estiża wara li ssir talba u tkun ikkunsidrata r-raġuni mogħtija għall-ħtieġa ta' l-estensjoni. Infurmat ukoll illi kull meta l-Pulizija ssir taf li jkun hawn xi barrani, Ċiniż jew ta' kull nazzjonalita' oħra li jkun Malta illegalment, il-Pulizija tieħu l-passi meħtieġa sabiex jitneħħa minn Malta. Fil-fatt matul din is-sena kien hemm 20 persuna ta' nazzjonalita' Ċiniża li tneħħew minn Malta wara li nstab li kienu Malta rregolarment.

Differiment ta' kawżi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-differiment tal-kawżi, kemm dawk ċivili kif ukoll dawk kriminali - appelli inklużi - m'għadhomx jidhru fil-ġurnata qabel is-seduti li jkunu tħassru imma bdiet drawwa ħażina ferm li jintbagħtu sms(s) u e-mails lill-avukati u l-pubbliku jibqa' fil-għama? Ma jaħsibx li din is-sitwazzjoni għandha tiġi rimedjata mill-aktar fis?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-avviżi ta' kull differiment ta' kawżi li jkun hemm kemm fil-kamp Ċivili kif ukoll f'dak Kriminali jintbagħtu mid-Deputat Reġistratur ta' l-awla rispettiva, permezz ta' e-mail lid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni. Dan minn naħa tiegħu, jibgħat tali avviż lill-ġurnali lokali sabiex dawn jippubblikawh fl-ewwel opportunita' li jkollhom. Għaldaqstant il-Qrati ma jistgħux jaċċertaw li dawn l-avviżi jiġu ppubblikati fil-ġurnata ta' qabel is-seduta li tkun ġiet hekk differita peress li din hija fid-diskrezzjoni tal-ġurnal. Pero' l-Onorevoli Interpellant jista' jibqa` żgur li qed isir kull sforz possibli sabiex il-pubbliku ma jibqax fl-għama fuq dan. Ovvjament, jekk id-differiment isir f'dik il-ġurnata stess minħabba indispożizzjoni tal-Ġudikant, jew għal kwalsiasi raġuni oħra, il-proċedura hawn fuq imsemmija ma tkunx tista' tiġi segwita. L-sms(s) li jintbagħtu jirċevuhom biss dawk l-avukati li huma abbonati li jirċievu dan is-servizz u tali servizz huwa kumplimentari għall-avviżi li jiġu pubblikati fil-ġurnali. Għal dak li jirrigwardja l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), ninsab infurmat illi malli jiġi magħruf li seduta sħiħa ġiet differita, id-deputat relattiv immedjatament joħroġ press release u jwaħħal l-avviż qrib il-bieb ta' l-awla li fiha kellha ssir is-seduta. Din l-informazzjoni tiddaħħal ukoll fis-sistema tal-LECAM tagħna biex b'hekk ikunu jistgħu jintbagħtu l-sms(s) relattivi, u l-avukati li jkunu pprovdewlna l-e-mail tagħhom, kif ukoll il-Kamra ta' l-Avukati, jintbagħtulhom e-mail rigward dan. Dawn ta' l-aħħar jieħdu ħsieb li jibgħatu e-mail lill-avukati kollha.

Imwiet traġiċi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn imwiet traġiċi din is-sena? X'kien il-kaġun u kemm kellhom żmien il-vittmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, l-imwiet traġiċi rrapurati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt: Kawża tal-mewtNumru ta’ persuniEta’ Omiċidju120 Inċidenti tat-traffiku52; 66; 29; 21; 77 Suwiċidju1060; 53; 95; 61; 69; 44; 47; 43; 40; 51 Inċidenti fatali oħra1053; 41; 50; 46; 40; 79; 32; 49; 22; 63

Pulizija — Rapporti ta' rapes

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati li saru rapes u attakki sesswali din is-sena u fejn? Kemm mill-vittmi kienu Maltin u kemm kienu barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ma ġie rapportat ebda każ ta' stupru dis-sena. Il-Pulizija iżda kellha 15-il rapport dwar każi ta’ attakki sesswali, f’dawn il-lokalitajiet: Dingli Marsascala San Ġiljan Gżira Mosta Sliema Ħamrun Naxxar Żabbar B’kollox dawn ir-rapporti kienu jinvolvu 16-il persuna (vittma), li minnhom 9 kienu Maltin u 7 kienu barranin.