Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11705 Sitting 193 1999-11-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tqassim ta'siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn minn kull poliklinika xahar b'xahar din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-siringi li tqassmu b'xejn xahar b'xahar minn Jannar sa Ottubru 1999, jinqassmu f'żewġ kategoriji: a) lid-dijabetiċi mill-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa skond kif jidher minn tabella 'A' li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. b) lil dawk li jsofru mill-vizzju tad-droga, li jitqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa skond kif jidher minn tabella 'B' li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma hux possibbli li jingħataw figuri globali, għaliex fil-każ tas-siringi li jitqassmu lid-diabetiċi l-informazzjoni li tinżamm hija in-numru ta` siringi li jitqassmu mill-Medical Stores għal kull spiżerija fis-sena u mhux xahar b'xahar u għalhekk jista` jiġi ikkalkulat biss konsum average fix-xahar. It-tqassim tas-siringi lill-pazjenti li jsofru mid-dijabete huwa ikkontrollat bir-riċetta tat-tabib.
Leg 9 PQ #11706 Sitting 193 1999-11-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — HIV Tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru HIV tests għall-AIDS din is-sena, xahar b'xahar? X'kienu r-riżultati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` testijiet għall-HIV għal din is-sena saru kif indikat fit-tabella ta` hawn taħt: Xahar Testijiet Numru Posittiv ----------------------------------------------- Jannar 417 1 Frar 245 1 Marzu 346 3 April 402 0 Mejju 325 1 Ġunju 416 1 Lulju 320 1 Awissu 323 0 Settembru 343 0 Ottubru 374 0 In-numri msemmija ma jeskludux testijiet li setgħu saru aktar minn darba fuq l-istess persuna.
Leg 9 PQ #11707 Sitting 193 1999-11-30 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti bl-AIDS

Question

Billi pazjenti li għandhom l-AIDS qed jingħataw il-Karta r-Roża u huma ntitolati għal mediċini b'xejn, jista' l-Ministru jgħid kemm tiswa din il-kura fuq medda ta' sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għadha qed tinġabar tingħata aktar tard.
Leg 9 PQ #11728 Sitting 193 1999-11-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħlasijiet lill-insurances

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm se jkunu il-ħlasijiet li se jitlob id-Dipartiment tas-Saħħa lill-insurances għal kura mogħtija lil persuni mdaħħla l-isptar wara traffic accidents?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-rati applikabbli huma dawk skond avviżi Legali Numri 147/89 u 18/97.
Leg 9 PQ #11031 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Rimi ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li d-Dipartiment tas-Saħħa ħa azzjoni kontra tagħhom dwar rimi ta' skart u ħmieġ matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa ħa proċeduri legali, kontra mija, tnejn u għoxrin persuna, f'Malta u Għawdex, dwar rimi ta' skart u ħmieġ ieħor, matul dawn l-aħħar ħames snin. L-informazzjoni mitluba hija murija sena b'sena fit-tabella annessa. Numri ta'ċitazzjonijiet sena b'sena dwar rimi ta' skart u ħmieġ ieħor: Malta ___________________________________________ _________________ Sena 1995 1996 1997 1998 1999 Total sa Novembru ________________________________________________ ____________ 28 9 14 20 24 95 ______________________________________________ ______________ Għawdex __________________________________________________ ____ 10 8 7 2 0 27 __________________________________________________ _____ Total 122 __________________________________________________ _____ _______________________________________________
Leg 9 PQ #11363 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fis-settur kollu tas-saħħa li fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena bejn Jannar 1999 u l-aħħar ta' Ottubru, 1999 qalgħu bejn paga, allowances, bonus u overtime bejn: Lm 8,000 - Lm 9,000 Lm 9,000 - Lm10,000 Lm10,000 - Lm11,000 aktar minn Lm11,000? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ x'kien il-grad ta' dawn il-ħaddiema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #11372 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Apparati industrijali tat-tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kwotazzjonijiet għal xiri ta' apparat industrijali tat-tindif fl-isptarijiet? F'kull każ, minn min saru l-kwotazzjonijiet? Kemm kien il-valur ta' kull kwotazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Membru li wara li nkiseb permess mingħand il-Ministeru tal-Finanzi kien hemm tlett kumpaniji li bagħtu l-offerta tagħhom, waqt li oħra ma rrispondietx. L-offerti mibgħuta kienu skond kif ġej: Forestals Ltd Lm06,498 Interpower Ltd Lm17,400 Bonnici Stores Ltd Lm18,129 C & H Bartoli Ltd ma kkwotawx. Minn dawn il-kumpaniji msemmija, Forestals Ltd. u Bonnici Stores Ltd. ma kkwotawx għall-makkinarju kollu.
Leg 9 PQ #11473 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Hospitality

Question

Jista' l-Minstru jgħid kif intnefaq il-vot tal-hospitality fl-Isptar Zammit Clapp xahar b'xahar fl-aħħar sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-Isptar Zammit Clapp intefqu Lm 1001.00 għal `party' tal-Milied f'Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #11693 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ommijiet drug addicts — Twelid ta' tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal lill-ommijiet li kienu drug addicts u kellhom bżonn kura intensiva mat-twelid fl-SCBU?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-ewwel ta` Jannar 1999 sal-25 ta` Novembru 1999 kien hemm 7 trabi li twieldu lill-ommijiet li kienu Drug Addicts u kellhom bżonn kura intensiva fl-SCBU.
Leg 9 PQ #11715 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Tindif

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11145, billi m'iniex espert fil-finanzi, jista' l-Ministru jgħid kif b'nefqa totali ta' Lm600,000 fuq it-tindif ta' l-isptarijiet, kif jirriżultalu li nefqa ta' Lm105,000 fuq apparat se jkollu net capital return ta' anqas minn ħames xhur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li l-apparat tat-tindif inxtara għal diversi raġunijiet, li kollha għandhom rwol sinifikanti u partikolari fl-andament tar-riforma. L-apparat inxtara biex jogħla l-livell ta` ndafa fl-isptar u simultanjament jitħaffef ix-xogħol tal-ħaddiema. Barra minn hekk, permezz ta` dan l-apparat ikun possibbli li jiġi ntordott l-element tal-flessibilita` fuq il-post tax-xogħol, mingħajr ma tiżdied il-pressjoni u tbatija fuq il-ħaddiema. Għaldaqstant permezz ta` il-bżonn li jikber in-numru ta` ħaddiema f'dan is-settur; filwaqt li wkoll nkunu f'pożizzjoni li nutilizzaw u nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi li għandna mingħajr ma nżidu l-piż fuq ħadd. Nixtieq ngħamilha ċara lill-Onor. Interpellant li s-somma ta` LM600,000 kienet tirrapreżenta biss l-ispiża għat-tindif ipprovdut mill-privat. Ma tinkludix fiha l-ispiża tal-ħaddiema tal-Gvern ukoll. Huwa għalhekk li jingħad li n-net capital return fuq l-apparat ser jiġi bbilanċjat fi żmien ħames xhur. Jiġifieri meta wieħed jikkalkula l-ispiża ta` l-apparat u jikkomparaha ma` l-ispiża globali f'pagi ta` b'kemm kieku kien ikun hemm bżonn jiżdied in-numru tal-ħaddiema f'dan is-settur, isib li dawn iċ-ċifri jkunu jistgħu jibbilanċjaw lil xulxin fi żmien ħames xhur.
Leg 9 PQ #11722 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm hemm sodod f'kull sala ta' l-irġiel u tan-nisa, inkluża is-secure unit u s-sala numru 10 irġiel, fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #11723 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Funtana

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-funtana li hemm fil-bitħa tal-Male Ward 2 ta' l-Isptar Monte Carmeli ilha abbandunata minn meta ġie inawgurat is-secure unit ta' l-istess sptar? Għaliex din il-funtana tinsab bla ilma u qed tiġi kkaġunata ħsara, minkejja l-ispiża li kienet saret biex issewwiet? Kemm kienet in-nefqa biex il-funtana reġgħet bdiet taħdem iktar kmieni din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninfurmak li l-informazzjoni għada qegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata aktar tard.
Leg 9 PQ #11724 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti ta' l-Isptar Monte Carmeli jixorbux mill-ilma tat-tankijiet ta' fuq il-bjut?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninfurmak li l-informazzjoni għada qegħed tinġabar u t-tweġiba tingħata aktar tard.
Leg 9 PQ #11725 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Arja kondizzjonata

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-Isptar Monte Carmeli kemm hemm swali li għandhom l-arja kondizzjonata? Fl-istess sptar kemm hemm uffiċini li għandhom l-arja kondizzjonata? Meta hemm il-ħsieb li swali fl-isptar Monte Carmeli jkollhom l-arja kondizzjonata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #11405 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Appuntament għal lipid clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex appuntament għal lipid clinic fl-isptar qed idum madwar sitt xhur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11406 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pilloli LESCOL

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli LESCOL ta' l-20mg ilhom out of stock minn Settembru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma kienx hemm rapporti ta` nuqqas tal-mediċini Fluvastatin (Lescol) 20mg capsules mill-ispiżerija ta` l-Isptar San Luqa minn Settembru 'l hawn.
Leg 9 PQ #11538 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista, bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħi kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel. Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #11605 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm marru nies barra minn Malta biex jaraw apparat mediku u eventwalment jixtru, għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Minn huma n-nies li marru u kif intgħażlu? Min se jħallas għal din il-mawra u kemm se tiġi tiswa lill-gvern? X'inhu l-grad ta' kull persuna li marret? X'inhu l-apparat mediku li marru jaraw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni ghadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11631 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Interim From: KARMENU VELLA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tindif fl-isptarijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10909, jista'l-Ministru jgħid: (i) jekk inħarġitx tender għal xiri ta'equipment ta' tindif; (ii) kemm sewa l-istudju li sar; (iii) min għamel l-istudju imsemmi; (iv) jistax il-Ministru jpoġġi dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra; (v) min u fejn se jipprovdi t-training meħtieġ; (vi) din is-sistema hija orħos minn tender lil kuntrattur; u (vii) jekk le, kemm iffranka l-Ministeru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11662 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Skimmed Milk

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għaliha twaqqaf it-tqassim ta'l-iskimmed milk mill-ispiżeriji ta' l-isptarijiet lil dawk li kienu intitolati għalih? Jidhirlu l-Ministru li huwa xieraq li tibqa' tingħata din l-għajnuna, speċjalment lil dawk li jbatu bil-kolesterol?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ewwelnett nixtieq ngħid lill-Onor. Interpellant li l-'powdered skimmed milk' beda jingħata meta dan ma kontx issib tixtrih fis-suq lokali. Illum dan m'għadux jgħodd għax l-impriża tal-Ħalib qiegħda tipproduċih FRISK fil-pakketti. Issa, wara riċerka li saret mid-'Drugs & Therapeutics Committee' tad-Diviżjoni tas-Saħħa ġie stabbilit li l-ħalib xkumat m'għandu l-ebda effett terapewtiku fil-kura ta` l-'Cholesterol' għoli fid-demm. Il-ħalib xkumat, bħal affarijiet oħra fosthom 'yogurt', 'low fat cheese' u rikotta, jifforma biss parti minn dieta li hija normalment rakkomandata f'kundizzjoni bħal din. L-Att dwar is-Sigurta` Soċjali jipprovdi biex nies eliġibli taħt l-Iskeda Ħamsa (kartuna safra) jew l-Artiklu 23 (karta roża) ikunu ntitolati għal mediċini b'xejn u mhux għal dieta b'xejn. Kien għalhekk deċiż li l-ħalib xkumat ma jibqax jiġi mogħti bħala mediċina mill-ispiżeriji tal-Gvern. Infakkar ukoll li l-'iskimmed milk' ma baqax jingħata lill-persuni li kellhom il-kartuna s-safra taħt l-amministrazzjoni preċedendi. Madanakollu rrid ngħid li kundizzjonijiet oħra bħal p.eż 'coeliac disease' li għalihom jingħataw affarijiet tad-dieta, liema dieta tifforma parti ntegrali fil-kura ta` il-kundizzjonijiet, m'humiex se jiġu effettwati b'din id-deċiżjoni.