Tista' il-Ministru tgħid kemm bena units id-dipartiment tal-manutenzjoni u l-bini tal-gvern fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 li mbagħad ingħataw lill-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid min huma l-avukati, in-nutara, il-periti, is-psychologists, is-social workers, ir-research analysts u l-professjonisti kollha fi ħdan l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm units għand id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li s-sid huwa l-uffiċċju konġunt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu ħmistax il-post ta' l-Uffiċċju Konġunt iżda ebda wieħed minnhom ma hu tajjeb biex jiġi allokat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tagħha? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-użu ta' mobile phones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinet dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator huma ntitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari.
L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm700.99.
Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.
Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-iskemi li għandha l-awtorita' tad-djar? F'liema sena twaqqfet kull skema? Liema skemi ma baqgħux jiffunzjonaw din is-sena u għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienu vvotati flus għal kull skema din is-sena u kemm intnefqu? Kemm applikaw għal kull skema u liema skema? Kemm ibbenefikaw għal kull skema u liema skema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skond l-Estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena finanzjarja 2003/2004 l-Awtorita' allokat is-somma ta' Lm800,000 għal sussidju u għotjiet għal diversi skemi u inizjattivi. Ninsab infurmata li l-ammonti minfuqa fuq kull skema u inizjattiva huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8868 f'Seduta 187.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm impjegati l-awtorita' tad-djar? Kemm hemm impjegati li ddaħħlu din is-sena? Saret sejħa ta' applikazzjonijiet u kif intgħażlu l-impjegati l-ġodda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li preżentement l-Awtorita' tad-Djar għandha 82 impjegat li 5 minnhom huma part-timers.
Ninsab infurmata wkoll li din is-sena l-Awtorita' mpjegat żewġ ħaddiema ġodda wara talba lill-MIMCOL u lill-ETC.
Tista' il-Ministru tgħid kemm għamlu użu mis-servizz tal-customer care ta' l-awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Kemm hemm impjegati fil-unit tal-customer care?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fit-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' tad-Djar hemm seba' mpjegati. Ninsab infurmata wkoll li t-tagħrif mitlub fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm għamlu użu mis-servizz tal-customer care ta' l-aġenzija ACCESS fil-Birgu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-AĊĊESS mhux aġenzija iżda kumpless fil-Kottonera li joffri diversi servizzi provduti minn diversi Dipartimenti u entitajiet, inkluż uħud li ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi.
Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' persuni li jagħmlu użu minn dan il-kumpless.
Tista' il-Ministru tgħid fejn huma l-branches tas-servizz ta' customer care? Meta nfetħu? Kemm hemm impjegati f'kull branch? Kemm għamlu użu mis-servizz f'dawn il-branches?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan it-tagħrif ma jinkludix dawk id-dipartimenti jew entitajiet li m'għandhomx taqsima jew desks speċifiċi għall-customer care.
Tista' il-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex ħsarat li hemm fil-komun u djar fi Block D fi Triq Bertha, K.llg, Ta' Giorni permezz ta' inċident u li ġew kaġunati minn nar, jiġu rranaġati b'intervent tat-taqsima tiswija u kostruzzjoni tad-dipartiment tad-djar?
Tista' tgħid meta se jsir dan ix-xogħol u kemm hu stmat li jdum biex jintemm?
Tista' tgħid fid-dettal fiex se jkun jikkonsisti l-imsemmi xogħol ta' tiswijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fis-17 ta' Novembru 2004, d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar beda x-xogħol meħtieġ biex jirranġa l-ħsarat kawżati mill-ħruq fil-blokk indikat. Hu ppjanat li l-aktar xogħol urġenti jkun lest sal-Hadd 21 ta' Novembru 2004. Dan ix-xogħol jinkludi:
tibjid tal-ħitan tat-tromba tat-taraġ u l-intrajjet tal-blokk;
tibjid tal-ħitan tal-flat li l-aktar intela bil-ġmied għax kellu l-bieb miftuħ fil-ħin ta' l-inċident;
tibdil tas-sistema tad-dawl tat-taraġ li nħarqet kompletament.
Ser isiru wkoll xogħolijiet oħra bħal ma huma:
tibdil tal-bibien ta' barra ta' numru ta' appartamenti u jinżebgħu l-bibien ta' barra l-oħra;
tibdil ta' l-irħam tat-taraġ fejn dan inqasam kawża tal-ħruq;
tikħil tal-bitħa interna.
Dan ix-xogħol mistenni jkun lest sal-Ħadd 28 ta' Novembru 2004.
Tista' il-Ministru tgħid meta se tissewwa t-triq ta' madwar site E fi Triq Normandy, Pembroke li kienet tkissret mill-kuntrattur li ħadem fuq il-bini tal-maisonettes tal-gvern u għadu ma rranġahiex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Probabilment l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal Site F u mhux E għax din ta' l-aħħar għad trid tinbena.
Ninsab infurmata li t-triq kellha tinqala bħala parti mix-xogħolijiet u mhux b'xi traskuraġni mill-kuntrattur. Infurmata wkoll li għalkemm l-irranġar tat-triq kellu jsir mill-Awtorita' tat-Trasport bħalissa għaddejja korrispondenza bejn id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar u l-Kunsill Lokali ta' Pembroke, biex ix-xogħol tat-triq isir mill-aktar fis possibli.
Dipartiment għall-manutenzjoni u kostruzzjoni — Ħaddiema
Question
Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema fi ħdan id-dipartiment għall-manutenzjoni u kostruzzjoni u cioe' dawk involuti fil-kostruzzjoni, manutenzjoni eċċ., għad li jaħdmu l-overtime m'humiex jitħallsu tiegħu bħalma ġara fil-każ tal-klandestini ġewwa Ħal Far?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-overtime li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ser jitħallas lill-impjegati flimkien mal-paga li jmiss.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fond - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - huwiex tad-dipartiment tad-djar? Tista' tgħid jekk l-istess fond huwiex wieħed rekwiżizzjonat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi fond indikat għadu rekwiżizzjonat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm units għall-bejgħ mill-awtorita' tad-djar li qed jidhru fl-aħħar avviż Nru 70 kienu dehru fl-avviż ta' ftit tax-xhur ilu Nru 69? Fejn huma dawn il-units? Kemm kienu l-prezzijiet fl-avviż ta' qabel l-aħħar wieħed u kemm huma l-prezzijiet fl-avviż tal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm għaddew units lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali mill-awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid fejn jinsabu l-units, lokal b'lokal skond il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex, li tqassmu mill-awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-lokalitajiet tal-units li tqassmu jew ser jitqassmu mill-Awtorita' tad-Djar fis-snin indikati mill-Onor. Interpellant huma kif jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.