Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14859 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni rrapporti nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rrapportati nieqsa lill-pulizija f'Jannar u Frar ta' din is-sena? X'inhija s-sitwazzjoni llum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni rrapurtati nieqsa f`Jannar u fi Frar, 2000, kien ta` 15 u ta` 20 rispettivament. Dawn kollha ġew rintraċċati.
Leg 9 PQ #14861 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li għandha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-Iżvilupp (proġetti) fl-agrikoltura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiemha 218 applikazzjoni pendenti li jipproponu żvilupp fi proġetti relatati ma` agrikoltura. Ninsab infurmat ukoll li minbarra l-applikazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Awtorita` għandha 57 applikazzjoni għal rikonsiderazzjoni mill-ewwel deċiżjoni li kienet ta` rifjut mill-Bord tal-Kontroll ta` l-Iżvilupp, filwaqt li 89 applikazzjoni qegħdin għad-deċiżjoni mill-Bord ta` l-Appelli.
Leg 9 PQ #14862 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippajnar għall-Iżvilupp — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li għandha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-Iżviluppi ta' proġetti fl-akwakultura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiemha 5 applikazzjonijiet pendenti li jipproponu żvilupp fis-settur ta` l-akwakultura. Waħda minn dawn l-applikazzjonijiet qegħda għal rikonsiderazzjoni tad-deċiżjoni wara li ġiet rifjutata mill-Bord tal-Kontroll ta` l-Iżvilupp.
Leg 9 PQ #15112 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija konċeda l-permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' fruit juices and squashes fi żona residenzjali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15113 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċeda l-permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' smoking requistes fi żona residenzjali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15114 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz ta' permess 4690/93, konċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta'smoking requistes fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15115 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija konċeda permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' natural waters by bottle fi żona residenzjali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15116 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz tal-permess 4690/93 kkonċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' natural waters by bottle fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15117 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz ta' permess 4690/93 kkonċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' ravjul fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15134 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Weapons Advisory Board — Membri

Question

Jista' l-Ministru jinformani dwar minn huma l-membri tal-Weapons Advisory Board?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #15135 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni li qorti mill-1995 sal-lum dwar korruzzjoni jew attentat ta' korruzzjoni fl-isport? F'liema attivita' sportiva kien kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat il-Pulizija ma ressqet lil ħadd quddiem il-Qorti dwar dak li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #15144 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 14761 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li ġiet riferuta lilek u cioe': jistax jgħid kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku fl-aħħar sena (sal-31 ta' Ottubru, 1999) fil-post fejn Triq id-Dejma tingħaqad ma' Triq S. Anard, Ħal Tarxien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat il-Pulizija kellha rapport wieħed ta` inċident tat-traffiku fil-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #15197 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu noti fl-insinwa fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta, sena b'sena mill-1995 sa l-2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #14855 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Barrieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barrieri li talbu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal estensjoni matul l-1998 u l-1999? Liema huma l-lokalitajiet fejn intalbu dawn l-estensjonijiet? Kemm minn dawn il-barrieri li talbu l-estensjoni jużaw l-isplussivi bħala parti mis-sistema tat-tkisser tal-blat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1998 u l-1999 l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet 19-il talba biex tikkonsidra estensjonijiet f`barrieri. Minn dawn l-applikazzjonijiet, 5 ġew approvati, applikazzjoni waħda qiegħda fuq talba għal rikonsiderazzjoni, applikazzjoni oħra qegħda quddiem il-Bord ta` l-Appelli, 11 huma pendenti għall-ipproċċesar filwaqt li applikazzjoni waħda ġiet 'withdrawn'. Ninsab infurmat ukoll li minn dawn id-19-il applikazzjoni hemm 2 li fihom saret talba għal tiġdid tal-permess diġa` maħruġ. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar dawn il-barrieri.
Leg 9 PQ #14858 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kolliżjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kolliżjonijiet tat-traffikku li ġew irrapportati lill-pulizija matul Jannar u Frar, 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul Jannar u Frar tas-sena 2000, ġew irrapurtati lill-Pulizija 2,003 kolliżjoni.
Leg 9 PQ #14867 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Estensjoni

Question

Issa li parti mill-Isptar Monte Carmeli ġiet ddikjarata bħala estensjoni tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, jista' l-Ministru jgħid kif jiġi deċiż liema priġunieri jintbagħtu hemm? Kemm hemm priġunieri f'dan il-post bħalissa? Dawn huma kollha l-ħabs b'sentenza tal-qorti jew għad irid jiġi deċiż il-każ tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li f`dik il-parti ta` l-Isptar Monte Carmeli li, skond Avviż Legali 29 ta` l-2000 ġiet dikjarata bħala parti mill-ħabs, il-priġunieri jintbagħtu fuq parir mediku kif kien isir qabel ma ġie ppublikat l-imsemmi Avviż. Ninsab infurmat ukoll li fl-14 ta` Marzu, 2000, kien hemm 5 priġunieri f`din it-taqsima li kollha għadhom jistennew li l-każ tagħhom jiġi deċiz mill-Qorti.
Leg 9 PQ #14979 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita' Korrettiva — Staff mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-istaff mediku kollu li jaħdmu fil-klinika tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid kif jaħdmu (roster) u r-rata li jitħallsu? Jista' jgħid meta se jibdew jaħdmu l-gwardjani mal-priġunieri fis-sala numru 10 ta' l-iSptar Monte Carmeli skond il-ftehim li kien hemm dan l-aħħar, mat-tliet unions tan-nurses?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li uffiċjali korrettivi ser jiġu assenjati xogħol fil-post indikat mill-Onor. Interpellant hekk kif jissaħħaħ il-complement ta` l-istaff bl-ingaġġ ta` uffiċjali ġodda, liema proċess jinsab għaddej.
Leg 9 PQ #15040 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Kottonera — Bieb is-Sultan

Question

Jista' l-Ministru jiddeskrivi u jinforma lill-Kamra x'inhuwa n-natura tal-ftehim li permezz tiegħu Bieb s-Sultan ġewwa l-Kottonera ġie f'idejn l-fondazzjoni Wirt Artna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li 'Bieb is-Sultan' ġie mogħti lill-Fondazzjoni Wirt Artna taħt titlu ta` 'encroachment'. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim relatat.
Leg 9 PQ #15044 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għassa mal-football grounds

Question

Minbarra l-istadju prinċipali, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija flimkien ma' l-awtoritajiet tal-football, qattx studjaw il-pożizzjoni mil-lat ta' sigurta' f'ċerti grounds bħal ta' Marsaxlokk, Mosta, Dingli u s-Siġġiewi fejn f'uħud minnhom dan l-aħħar kien hemm għadd kbir ta' players u anke supporters anke f'logħob ta' under 18 u under 16? F'dawn il-grounds dejjem ikun hemm pulizija għassa f'logħob kompetittiv?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-organizzaturi tal-logħbiet tal-kategoriji li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant jinfurmaw lill-Pulizija fejn u meta jkun ser isir il-logħob. Normalment jintbagħat pulizija wieħed, iżda meta l-Pulizija tiġi nfurmata li ċertu partiti jkollhom importanza aktar minn oħrajn, jintbagħtu aktar pulizija.
Leg 9 PQ #15045 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Furjana/Pieta' - Logħba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra numru ta' spettaturi li ġġieldu bil-kbir fil-logħba tal-football tal-U/21 bejn il-Furjana u l-Pieta', it-Tnejn, 13 ta' Marzu, u fis-Centenary Stadium f'Ta' Qali fejn anke weġġgħu xi nies? Kemm se jitressqu nies il-qorti? Fuq liema akkużi? Jikkonferma l-Ministru li fost dawk involuti fil-ġlied kien hemm pulizija pajzan li kien hemm bħala spettatur? Kemm kien hemm pulizija għassa għal din il-logħba?

Response (BORG, TONIO)

Dwar il-każ li rrefera għalih mill-Onor. Interpellant, ninsab infurmat li l-Pulizija ser tressaq 11-il persuna l-Qorti fuq ksur tal-paċi pubblika u mġieba abbużiva. Ħamsa (5) minn dawn il-persuni ser jiġu akkużati ukoll li kkaġunaw feriti ta` natura ħafifa fuq terzi persuni. Dwar Pulizija pajżan li kien spettatur waqt din il-logħba, ninsab infurmat li dan ma kienx involut fi ġlied, iżda għen lill-Pulizija li kienu xogħol waqt din il-logħba sabiex iferrqu lil dawk involuti fil-ġlied. Ninsab infurmat ukoll li kien hemm Surġent u tlett Kuntistabbli dettaljati xogħol għal waqt il-logħba msemmija.