Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20260 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Arretrati ta' Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20045?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għax-xogħlijiet kollha li saru minn diversi kuntratturi. Ninsab infurmat li l-ammonti li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħallset lid-diversi kuntratturi għax-xogħlijiet li saru matul l-1999 u l-2000, u li huma certifikati minn perit u/jew inġinier, skond il-każ, kuma kif ġej 1999 Lm1,102,580 2000 Lm 715,590 Tajjeb jingħad li fil-kotba tal-Korporazzjoni ammonti bħal dawn ikunu reġistrati meta jsir ic-certifikat u għalekk ma jkunux ikkunsidrati bħala arretrati. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jispecifika l-perjodu.
Leg 9 PQ #20266 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi destinazzjonijiet fejn l-Air Malta talbet li topera minn u lejn Malta, liema talbiet ġew milqugħa jew miċħuda? Meta saru dawn it-talbiet? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-Air Malta żżid mar-rotot li qed topera llum fiż-żmenijiet qarib?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20267 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jagħti dettalji dwar; (1) kemm kellha seat allocations l-Air Malta fuq rotot turistiċi prinċipali tagħha f'dawn l-aħħar ħames snin; (2) kemm hu maħsub li tkun is-seat allocation fuq l-istess rotot għas-sena li ġejja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20268 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — CEO

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma u jagħtu dettalji dwar il-ħsieb li l-Air Malta tingaġġja s-servizz ta' CEO barranin għall-Air Malta? Jekk fl-affermattiv, meta hu l-ħsieb li dan l-ingaġġ jibda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 20201 waqt is-Seduta numru 400, liema mistoqsija kienet titratta l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #20281 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kumpanija Ċiniza tas-Shipping — Joint Venture

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-feasibility study dwar propost joint venture bejn kumpanija tas-shipping Ċiniża u l-Malta Drydocks biex jibdew jiġu manufatturati l-gantry cranes f'Malta wara li s-sena l-oħra hu żar iċ-Ċina u Hong Kong - dan billi kien qal li jista' jkun hemm żviluppi dwar dan il-proġett fi żmien ftit xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20282 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Shipping Lines Ċiniżi

Question

Wara li fl-1999, il-Ministru kien ħabbar li kien hemm numru ta' shipping lines Ċiniżi li kienu interessati li jibdew jużaw lill-Malta Drydocks għat-tiswija tal-vapuri, jista' jgħid xi żviluppi kien hemm dwar dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li d-diskussjonijiet dwar il-possibilita' li shipping lines ċiniżi jissewwew f'Malta għadhom għaddejjin. S'issa għadu ma ġie konkluż ebda ftehim, għalkemm ta' min jgħid li minn żmien għal żmien it-Tarzna tirċievi talbiet biex tikkwota prezz għat-tiswija ta' vapuri ta' sidien ċiniżi.
Leg 9 PQ #20283 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trading Houses Ċiniżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta wara li s-sena li għaddiet kien qal li kien hemm possibbilta' kbira li trading houses Ċiniżi jistgħu jużaw lill-Malta biex jwessgħu t-trading base tagħhom lejn is-swieq ta' l-Ewropa u tal-Mediterran fuq il-linji diga' mħaddma ġewwa Dubai?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul l-ewwel ġimgħa ta' Novembru li ġej ser tinżamm f'Malta t-tieni laqgħa tal-Kummissjoni mħallta Maltija-Ċiniża. Għal din il-laqgħa mistenni jattendi l-Viċi Ministru għall-Kummerċ Internazzjonali u Koperazzjoni Ekonomika Ċiniż. Miegħu għandhom jiġu wkoll numru ta' uffiċjali tal-Gvern Ċiniż kif ukoll xi intraprendituri ċiniżi sabiex jistħarrġu fid-dettal il-potenzjal ta' Malta bħala bażi għall-kummerċ ta' prodotti ċiniżi lejn is-swieq ta' l-Ewropa u ta' l-Afrika ta' Fuq. Tajjeb ukoll li wieħed jgħid li matul din l-aħħar sena kumpanija marittima ċiniża bdiet tuża' l-faċilitajiet tal-Port Ħieles ta' pajjiżna.
Leg 9 PQ #20284 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Hong Kong

Question

Billi l-Ministru kien ħabbar is-sena li għaddiet li kien hemm possibbilta' li l-Air Malta tibda tagħmel titjiriet diretti lejn/minn Hong Kong, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu it-taħdidiet dwar dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20285 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

METCO — Hong Kong Trade Development Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħareġ wara li s-sena li għaddiet iċ-Chairman tal-Metco kien ħabbar li l-Hong Kong Trade Development Board ried jaħdem ma' Malta u kien lest li jibdel staff miż-żewg naħat bil-għan li Malta ssir ċentru kummerċjali fil-Mediterran minn fejn Hong Kong tkun tista' tbiegħ il-prodotti tagħha fl-Ewropa u fl-Afrika? Dan l-aktar billi ċ-Chairman kien qal li il-Metco kienet ser issegwi din l-inizjattiva f'mod aggressiv.

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20305 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalkara — Triq Santa Liberata - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-cables tad-dawl ma' arblu perikoluż jiċċaqalqu għal ma' arblu ġdid li tpoġġa xi xahar ilu fi Triq Santa Liberata, Kalkara?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #19297 Sitting 401 2000-10-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-MIA mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru 2000 ġew impjegati ħmistax-il ħaddiem ġdid ma' l-M.I.A. Tnax minnhom ġew magħżula minn listi provduti mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u t-tlieta l-oħra wara sejħa li saret fil-ġurnali wara li nkiseb il-permess meħtieġ mingħand l-imsemmija Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #19300 Sitting 401 2000-10-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Kompetizzjoni Ġusta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Kompetizzjoni Ġusta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru ta' din is-sena ma sar ebda trasferiment ta' ħaddiema mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta. Matul l-imsemmi prjodu kien hemm impjegat li ġie trasferit lill-dan l-Uffiċċju. Hija ħaġa normali li jekk fil-futur l-interessi ta' l-Uffiċċju jesiġu li jsir trasferiment ta' impjegati, allura dawn isiru.
Leg 9 PQ #19301 Sitting 401 2000-10-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Kummerċ — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Kummerċ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi sar trasferiment ta' skrivana fuq talba tagħha stess. Trasferimenti fil-futur isiru jekk ikun hemm ħtieġa.
Leg 9 PQ #20205 Sitting 401 2000-10-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Central Office of Statistics — Computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw computers mis-Central Office of Statistics din is-sena? X'kien il-valur totali tagħom? Meta nħarġu t-tenders relattivi? Liema ditta ġiet magħżula biex tissupplixxi dawn il-computers?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul din is-sena l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika xtara 30 kompjuter għall-valur totali ta' Lm17,428. Dawn il-kompjuters inxtraw f'ħames okkażjonijiet differenti u dejjem saret sejħa għall-offerti. Id-dettalji relattivi huma kif ġej: NUMRU TA' VALUR DATA DITTA LI KOMPJUTERS SSUPPLIXXIET IL- MIXTRIJA KOMPJUTERS 12 Lm6,837 07.03.2000 MITTS Ltd. 15 Lm7,890 16.05.2000 P.D.K. Inv. Ltd. 1 Lm 460 17.08.2000 Compuware Ltd. 1 Lm1,742 11.09.2000 Pantalesco Ltd. 1 Lm 499 18.09.2000 Compuware Ltd.
Leg 9 PQ #20229 Sitting 401 2000-10-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18027?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul Lulju li għadda l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kellha tagħmel xi interventi fit-triq li għaliha qed issir riferenza. Dawn l-interventi kellhom isiru peress li kien ħiereġ xi ilma barra fit-triq. Kien hemm suspett ta' ħsara f'erbgħa bnadi ta' din it-triq, iżda fil-fatt il-ħsarat kienu tnejn biss u dawn issewwew mill-ewwel. Fiż-żewġ bnadi l-oħra ma rriżultat ebda ħsara. Peress li kien għad fadal xi ftit ta' l-ilma li baqa' ħiereġ, kellu jsir intervent ieħor biex tissewwa ħsara oħra. Il-problema issa tidher li ġiet solvuta.
Leg 9 PQ #19296 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Gozo Channel mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza il-Gozo Channel impjegat 44 ħaddiem ġdid. Dawn il-ħaddiema ġew impjegati minn listi provduti mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u/jew wara li nkiseb il-permess meħtieġ mill-imsemmija Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #20022 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti ta' l-Ikel — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kien in-numru ta' prezzijiet ta' prodotti ta' l-ikel u x-xorb li ġie rrapportat li għola l-prezz tagħhom mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta isegwi l-prezz ta' prodotti varji li huma meqjusa bħala l-aktar popolari fis-suq lokali u li jistgħu ikunu dominanti. Fost dawn hemm 329 prodott ta' l-ikel u xorb. Minn dawn il-prodotti, bejn Settembru 1998 u Settembru 2000, kien hemm żieda fil-prezz ta' 86 prodott. Matul l-istess perjodu kien hemm tnaqqis fil-prezz ta' 20 prodott filwaqt li fil-każ ta' 223 prodott segwit mill-istess Uffiċċju ma ġie reġistrat ebda ċaqliq fil-prezz.
Leg 9 PQ #20201 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — CEO barrani

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta beħsiebha taħtar CEO barrani? Jekk iva, x'wassal għal din id-deċiżjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li biex jinħatar Chief Executive Officer, il-persuna magħżula jrid ikollha l-esperjenza u l-ħila meħtieġa sabiex tagħti l-kontibut mixtieq. Għalhekk post bħal dan jimtela' wara li ssir sejħa internazzjonali, iżda dan bl-ebda mod ma jimplika li l-persuna magħżula trid tkun ta' nazzjonalita' barranija.
Leg 9 PQ #20204 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Feasiblity studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min saru il-feasilibity studies għal Enemalta dwar il-possibbilta' ta' konnessjoni mal-grid elettriku Ewropew? Kemm ġew jiswew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-feasibility study sar mill-Kumpanija EDF li tiegħu tħallset l-ammont ta' 277500 Frac Franċiż.
Leg 9 PQ #20241 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Żejtun - Triq id-Daħla ta' San Tumas

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-Maltacom tikkunsidra li tagħmel phone box fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, Żejtun (maġenb Triq Strejnu) fil-pjazzetta magħrufa bħala "ħdejn il-ħwienet" billi f'dan il-post hemm għadd ta' residenti u rziezet u l-post hu maqtugħ, kemm miż-Żejtun kif ukoll minn Wied il-Għajn, u allura hemm bżonn kbir ta' din il-phone booth?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Maltacom għall-kunsiderazzjoni tagħha.