Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25712 Sitting 396 2016-05-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar ta’ Għawdex, Sptar Karin Grech u Sptar San Luqa — negozjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qed imexxi n-negozjati mal-investituri barranin fuq l-Isptar ta’ Għawdex, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa? Jista’ jgħid jekk hux il-Ministeru għas-Saħħa, il-Privatisation Unit jew il-Ministru Konrad Mizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-negozjati mal-investituri għall-konċessjoni msemmija tmexxew minn Projects Malta.
Leg 12 PQ #25713 Sitting 396 2016-05-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar ta’ Għawdex, Sptar Karin Grech u Sptar San Luqa – Special Purpose Vehicle

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk inħolqotx special purpose vehicle għall-Isptar ta’ Għawdex, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa? X’jisimha din l-ispecial purpose vehicle u min hu responsabbli għaliha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma ħoloqx special purpose vehicle għall-investiment imsemmi.
Leg 12 PQ #25714 Sitting 396 2016-05-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – kuntratt mogħti lill-kumpanija Nexia BT

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25581, fuq l-artiklu li deher fit-Times of Malta tal-Ħamis, 19 ta’ Mejju 2016 “Nexia BTs Mater Dei contract will not be renewed, says Chris Fearne”, jista’ l-Ministru: a. jikkonferma li dan il-kuntratt kien direct order ; b. jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika, kemm kien hemm bidders u min kienu; c. x’ expertise għandha l-kumpanija msemmija f’dan il-qasam; d. b’liema mod kien involut il- management tal-Isptar Mater Dei; e. b’mod partikolari, l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, ġewx konsultati fuq il-ħidma tal-kumpanija fl-Isptar Mater Dei jew le?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25581.
Leg 12 PQ #25715 Sitting 396 2016-05-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuna sospiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie sospiż?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija minnha għandha każ sub judice u mhux relatat max-xogħol uffiċjali tiegħu.
Leg 12 PQ #25716 Sitting 396 2016-05-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

CTS – pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex issirilhom operazzjoni tas-CTS – carpal tunnel syndrome?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-waiting time għall-Carpal Tunnel decompression hija ta’ madwar 13-il xahar.
Leg 12 PQ #25717 Sitting 396 2016-05-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tad-Dentistrija – azzjoni industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm azzjoni industrijali fid-Dipartiment tad-Dentistrija, speċifikament fejn isiru l-fillings?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-UHM ordnat azzjoni industrijali fit-taqsima tad-dentistrija fl-Isptar Mater Dei. Min-naħa tiegħu d-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ seħja għall-interess minn dentisti privati sabiex jibda' jingħata servizz ta' fillings fil-privat li se jħallas għalih il-Gvern.
Leg 12 PQ #25689 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Paramedic Aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern idaħħal persuni li għandhom il-kwalifiki bħala Paramedic Aid? Meta għandu l-ħsieb l-Ministeru, li jinfetħu l-applikazzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern bi hsiebu jimpjega Paramedic Aides skond il-htiega tas-servizz.
Leg 12 PQ #25582 Sitting 394 2016-05-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – kuntratt ta’ xogħol lill-kumpanija Nexia BT’s

Question

B’referenza għall-artiklu li deher fit-Times of Malta tal-Ħamis, 19 ta’ Mejju 2016 “Nexia BT’s Mater Dei contract will not be renewed, says Chris Fearne”, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol mitlub minn din il-kumpanija tlestiex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xoghol mitlub ghadu mhux konkluz.
Leg 12 PQ #25583 Sitting 394 2016-05-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – kuntratt mogħti lill-kumpanija Nexia BT’s

Question

B’referenza għall-artiklu li deher fit-Times of Malta tal-Ħamis, 19 ta’ Mejju 2016 “Nexia BT’s Mater Dei contract will not be renewed, says Chris Fearne”, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport konklussiv u l-findings li għamlet din il-kumpanija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25582.
Leg 12 PQ #25603 Sitting 394 2016-05-25 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – sezzjoni għall-anzjani Residenza Sant’Anna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24620, fejn il-Ministru kien ġie mitlub jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-pazjenti nisa li hemm fis-sezzjoni għall-anzjani, Residenza Sant'Anna, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, humiex se jiġu trasferiti għal xi post ieħor u fit-tweġiba kien ntqal "li peress fl-Isptar t'Għawdex se jkunu qed isiru diversi xogħlijiet marbuta mal-proġett tal-qasam tas-saħħa, se jkun hemm perjodu ta' transizzjoni”, jista’ l-Ministru: (a) isemmi l-post fejn se jiġu trasferiti dawn il-pazjenti; (b) jgħid jekk il-pazjenti, li hemm fl-Isptar Mentali u l- irġiel anzjani li hemm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, humiex se jiġu wkoll trasferiti għall-istess post; (c) jgħid peress li ħafna minn dawn l-anzjani għandhom bżonn ta' kura kontinwa, jgħid jekk il-post fejn se jiġu trasferiti hux attrezzat għall-bżonnijiet ta' dawn il-pazjenti; u (d) jgħid għalxiex se tkun qed tintuża s-sezzjoni Sant'Anna wara li jiġu trasferiti dawn il-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25449.
Leg 12 PQ #25612 Sitting 394 2016-05-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti – każijiet ta’ mard

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' mard, fejn il-pazjenti li ddaħħlu b'xi marda partikulari, forsi wassal biex il-pazjenti kellhom jiġu segregati mill-kumplament tal-pazjenti? Liema kienu l-mardiet li wasslu għal din is-segregazzjoni, u f'liema żmien seħħew dawn il-każijiet, mill-2013 sal-lum? Kemm kienu l-każijiet involuti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-isptar Mater Dei jimxi skond policies internazzjonali fejn ghandu x'jaqsam ma prevenzjoni tat-tixrid potenzjali ta' mard infettiv gewwa l-isptar. Id-Departiment tal-Prevenzjoni u l-Kontroll ta' Mard Infettiv (Infection Control) fil-fatt hareg diversi policies aggornati biex jiggwidaw lit-tobba u l-infermiera meta ghandhom jizolaw pazjenti b'infezzjonijiet jew mikrobi li jistghu jinxterdu. Wahda biss minn dawn, l-Infection Precautions and Isolation Policy (Policy no: ICU06Pol2013v01.0), tkopri mal-mitejn mikrobu jew kundizzjoni. Ma tinzammx statistika kollettiva ta' hemm ikun hemm istanzi ta' izolament.
Leg 12 PQ #25554 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex — ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex jassigura li fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ikun hemm ambulanzi adegwati u dan peress li jidher li hemm il-problemi f’numru ta’ ambulanzi u qed ikun hemm sitwazzjonijiet fejn mhux qed ikun hemm ambulanzi biżżejjed? Jista’ jikkonferma jekk l-ambulanzi li qed jintużaw huma mgħammra bl-apparat kollu rikjest ? Jista’ jikkonferma jekk kenitx se ssir sejħa biex jinxtraw żewġ ambulanzi ġodda u din twaqqfet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz ta’ l-ambulanzi gewwa Ghawdex qieghed jinghata b'mod adekwat minn minimu ta' 4 ambulanzi. F'kaz ta' htiega aktar mill-ordinarju hemm arrangament ghall-kiri ta' vetturi ohra.
Leg 12 PQ #25566 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet Pubbliċi — kuntratturi fil-Qasam tat-Tindif - numru ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23989 u jgħid meta ħarġu l-aħħar tenders biex jintgħażlu l-kuntratturi tax-xogħol ta’ tindif fil-postijiet indikati hawn taħt? Kemm hemm kuntratturi involuti fil-qasam tat-tindif f’dawn il-postijiet u kull kuntrattur kemm għandu ħaddiema miegħu fuq bażi full-time u part-time: a) Sptar Karen Grech; b) Residenza San Vinċenz de Paul; c) Sptar Boffa; d) Sptar Mater Dei; e) Sptar Monte Karmeli; f) Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa; u g) fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-tabella ta’ hawn taht fil waqt li nfakkarha illi r-residenza ta’ San Vincenz de Paul ma taqax taht il-Ministeru tas-Sahha. Entita’ Bidu tal-Kuntratt Kuntrattur Primary Health Care Jan-15 JF Services Ltd RHKG (Rehab) Jan-15 WM Environmental Ltd Mount Carmel Hospital Mar-15 WM Environmental Ltd Mater Dei Hospital Oct-08 Servizzi Malta Department of Health Jan-15 JF Services Ltd SPBH (Boffa) Jan-15 JF Services Ltd
Leg 12 PQ #25567 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — lista ta' assignments

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24003, 21471, 15966, 14901 u 13264 u jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mid-Dipartimenti u l-entitajiet kollha fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2014? F’kull każ, jista’ jgħid: (a) x’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad; (b) meta tqabbad; (ċ) kemm sewa jew se jiswa; (d) kif intgħażel il-kuntrattur; (e) min għażel il-kuntrattur; u (f) meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija 24731
Leg 12 PQ #25568 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti, direct orders u kummissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24001, 21472, 15964, 14905, 13241 u 12372 u jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta ngħata; b. l-i scope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri; c. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-lista mitluba, mid-29 ta’ April sal-lum.
Leg 12 PQ #25569 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni appuntati fuq bażi ta’ position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24002, 21476, 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid: a. l-isem tal-persuna appuntata; b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna; c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna; d. min għażel lill-persuna; e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna; f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata; g. min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum; h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar.
Leg 12 PQ #25581 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – kuntratt mogħti lill-kumpanija Nexia BT’s

Question

B’referenza għall-artiklu li deher fit-Times of Malta tal-Ħamis, 19 ta’ Mejju 2016 “Nexia BTs Mater Dei contract will not be renewed, says Chris Fearne”, jista’ l-Ministru jgħid: a. Jekk kienx hemm sejħa pubblika għal dan il-kuntratt permezz ta’ tender, expression of interest jew kenitx direct order ; b. Jekk kien hemm sejħa pubblika, kemm kien hemm bidders u min kienu; c. X’kien ix-xogħol mitlub li jsir mir-rebbieħ tat- tender ; d. X’ expertise għandha l-kumpanija msemmija f’dan il-qasam; e. B’liema mod kien involut il- management tal-Isptar Mater Dei; f. B’mod partikolari, l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, ġewx konsultati fuq il-ħidma tal-kumpanija fl-Isptar Mater Dei jew le?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interperlant illi l-kuntratt imsemmi minnha inghata skont il-Public Procurement Regulations kif imfissra fl-Avviz Legali 296 tas-sena 2010. L-iskop tal-kuntratt kien ghall-advisory services relatati ma' PPPs.
Leg 12 PQ #25605 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Studji tal-Ilma tal-Baħar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ studji tal-Ilma tal-Baħar isiru madwar Malta u Għawdex? Minn liema lokalitajiet u f'kull każ b'liema frekwenza? Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm indikazzjonijiet ta’ kontaminazzjoni mill-fish farms? Jekk iva f’liema lokalitajiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-direttorat għas-Saħħa Ambjentali ta’ kull sena jwettaq il-programm ta’ monitoraġġ fuq il-kwalita` tal-ilma baħar skont ir-Regolamenti 125 tal-2008 dwar il-Maniġġar tal-Kwalita` tal-Kwalita` tal-Ilma tajjeb għall-Għawm li jittrasponu d-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Kampjuni tal-ilma baħar jinġabru minn 87 sit uffiċjali f’Malta, Għawdex u Kemmuna u huma monitorati kull ġimgħa għall-kwalita` mikrobijoloġika kif rikjest mill-istess regolament u direttiva matul l-istaġun uffiċjali tal-għawm li għal din is-sena beda’ fis-16 ta’ Mejju u jispiċċa fit-23 t’Ottubru. Dwar l-impatti mill-Fish Farms fuq il-kwalita` tal-ilma baħar f’dawn l-akkwati, nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi tali mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 12 PQ #19367 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Karta r-Roża — persuni eleġibbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom il-Karta r-Roża? Jista’ jgħid kif persuna tkun eleġibbli biex ikollha l-Karta r-Roża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.
Leg 12 PQ #19368 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Karta r-Roża – persuni dijabetiċi

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn dawk il-persuni li huma dijabetiċi u kellhom il-Karta r-Roża, din issa tteħditilhom? Minn meta bdiet din is-sistema?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.