Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sqaq Awzara

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta t-triq fi Sqaq Awzara, biswit il-kamra tan-nar ta' San Gorg, se tiġi resurfaced mill-ADT?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li qegħdin isiru site inspections fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant biex ikunu jistgħu isiru l-istimi neċċessarji biex din it-triq tkun tista’ tiġi ikkunsidrata biex issir.

Ħaż-Żabbar — Triq ta' ħdejn il-mina ta' Hompesch

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10949 tas-16 ta' Frar, peress li sal-lum l-awtorita' għad ma ħaditx passi biex isir dak kollu meħtieġ ħalli tiġi rranġata t-triq imsemmija, jista' il-Ministru jara li x-xogħol imwiegħed fil-fatt isir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tindif tal-culvert kien sar u anke sar patching fil-ħofor li kien hemm. Bħallissa qed jitħejja rideability program għat-toroq arterji u distrubutorji f’Malta. Din it-triq tagħmel parti minn dan il-program.

Furjana — SMEs

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12174, jista' il-Ministru ġentilment jindika liema postijiet jew zoni se jiġu offruti mill-awtorita' dwar it-trasport lil dawn l-SMEs li hemm joperaw fis-sit tal-park and ride system fil-Furjana? Kif se titmexxa l-proċedura mil-lum 'il quddiem wara li ġie approvat il-permess tal-MEPA għal dan il-proġett?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li fil-preżent qed jiġu kkunsidrati alternattivi raġonevoli għall-SMEs li qed joperaw illum fis-sit fejn iridu jiġu żviluppati park and ride site fil-Floriana. Meta dawn l-alternattivi jkunu identifikati, isiru diskussjonijiet direttament ma’ l-SMEs. Fil-ġranet li ġejjin, l-Awtorità dwar it-Trasport ser tippubblika sejħiet għal offerti waħda għall-iżvilupp u l-oħra għat-tħaddim ta’ l-operat.

Rabat — Triq Bir ir-Riebu

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' kisi ta' Triq Bir ir-Riebu fir-Rabat, Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija nkluża fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru mid-Direttorat. Ix-xogħol f’din it-triq isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw fil-programm li qed jiġi mhejji.

Tas-Sliema — Mina

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se titlesta l-mina li kellhom jagħmlu l-Konsorzju MIDI ġewwa Tigne' f'Tas-Sliema? Kien hemm xi ftehim mill-gvern u l-MIDI meta għandha titlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Skond il-kuntratt bejn il-Gvern u il-MIDI ffirmat fil-15 ta’ Ġunju 2000 il-mina kellha titlesta erba' snin wara il-ħruġ tal-permess relattiv. Dan il-permess ġie maħruġ fit-23 ta’ Settembru 2004. Huwa ppjanat li din tkun lesta sa nofs 2007.

Żejtun — Triq Xandru Pulis

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk Triq Xandru Pulis, Żejtun hijiex qiegħda fil-lista biex tiġi irranġata jew meta se jibda x-xogħol ta' tarmak, peress li din l-imsemmija triq tinsab f'kundizzjoni ħażina ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq imsemmija tagħmel parti mill-lista ta’ toroq li se jsiru mid-Direttorat. Ix-xogħol f’din it-triq isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-program li qed jiġi mhejji.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu tul is-sena 2004 sal-lum? Minn fejn ġew impjegati, x'kien il-grad u kif saret is-sejħa għall-impjieg?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li mal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi ġew impjegati sebgħa u erbghin (47) persuna ġdida tul is-sena 2004 sal-lum. Sebgħa (7) minnhom huma impjegati mad-dipartiment filwaqt li l-erbgħin l-oħra ma’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport. Is-sejħa għall-impjieg ta’ persuni ġodda ma’ l-Awtorita’ saret skond il-proċess stabilit mill-Gvern stess jiġifieri mall-Mimcol u l-ETC. L-impjegati mad-Dipartiment ġew mis-Servizz Pubbliku. Il-grad ta’ dawn il-persuni u minn fejn ġew impjegati huwa kif jidher hawn taħt :- Numru ta’ Persuni Grad Preċedenti Kumpanija Preċedenti 11 Mill-ETC N/A 1 Advertising Executive Standard Publications 1 Senior Principal Servizz Pubbliku 5 N/A Minn barra s-Servizz Pubbliku - bl-eżami 3 Quantity Surveyor - Sekondati Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 1 Driving Instructor Self-Employed 3 N/A Self-Employed 1 A&CE Coastal Management Company 1 Executive Chairman Medigrain 1 Language Instructor Language Centre - Malta 1 Vehicle Evaluator Works Division 1 Draughtsman – Sekondat Works Division 3 Unemployed N/A 1 Managing Director Thompson Company Ltd 1 Quantity Surveyor Scicluna & Associates 1 Driver/Messenger Global Group of Companies 1 IT Manager Zammit Group of Companies 2 Pustier Maltapost 1 Land Surveyor - Sekondat Coastal Management Company 1 IT/ Test Technician Dedicated Micro Malta Ltd 1 Financial Controller Resort Sales Ltd 1 Chief Security Officer Corinthia Group 1 General Manager Medwear Clothing Ltd 1 Case Office MEPA 1 N/A Sponsorship 1 Għalliem ta’ l-ingliz Mill-ETC

Direttorat tal-liċenzji — Ħlas lill-kunsilli lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi s-somma totali attwali li d-direttorat tal-liċenzji għandu jagħti lill-kunsilli lokali? Minn kemm ilha dovuta din is-somma? Meta hemm il-ħsieb li dawn il-pagamenti jitħallsu lill-kunsilli lokali u kemm lokalita' b'lokalita, għandhom jieħdu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

ADT — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport aġġornatx l-informazzjoni tagħha dwar toroq li għad iridu jsiru madwar Malta kollha u jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' dan l-aġġornament fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saret konsultazzjoni mall-Kunsilli Lokali f’dan ir-rigward. Bħalissa qed isiru spezzjonijiet fuq it-toroq li ġew indikati biex tiġi vverifikata l-informazzjoni mibgħuta u jsiru stejjem preliminari tat-toroq kollha.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-proġetti ta' bini ta' toroq ġodda u anke bini mill-ġdid ta' toroq li kienu qed jitħejjew mill-periti u uffiċjali tekniċi ta' l-awtorita' dwar it-trasport taħt l-assistenza tal-konsulenti Ġermaniżi tlestewx u jekk fl-affermattiv, jistax ipoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid il-prioritajiet tat-toroq lokali, lokalita' b'lokalita, tlestewx mid-direttorat tat-toroq u jekk fl-affermattiv, jistax ipoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq nirreferi għar-risposta mogħtija għall-mistoqsiaj parlamentari numru 12217.

EU — Double deckers

Question

Possibbli l-Ministru jgħid meta l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta kitbet lid-directorate general for transport and energy tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-problema tad-double deckers f'Malta? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li għaddiet bejn l-ADT u l-Kummissjoni Ewropea fuq dan is-suġġett?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Nefqa Kapitali fuq toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 12010 u 12170 u jagħti rendikont sena b'sena tan-nefqa kapitali fit-toroq mill-1988 sal-lum? Kemm minn din in-nefqa saret fuq proġetti ta' toroq partikolari u liema huma dawn il-proġetti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Dipartiment tal-liċenzji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12059 dwar queues fid-dipartiment tal-liċenzji fl-awtorita' dwar it-trasport, jista' il-Ministru jgħid jekk il-miżuri li ħadet l-awtorita' ġewx introdotti wkoll fl-uffiċċju ta' Għawdex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Fgura — Triq il-Merħba

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta Triq il-Merħba, Fgura, triq qasira ferm iżda fi stat ħażin immens u ta' periklu, se tiġi asfaltata? Hija mniżżla fil-lista ta' prioritajiet li l-ministeru għandu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #12294 Sitting 264 2005-05-09 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Qormi — Triq l-Imdina

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hijiex responsabbilta’ ta’ l-awtorita dwar it-trasport li tieħu ħsieb it-tindif tal-culverts fi Triq l-Imdina, Qormi? Jekk iva, meta l-aħħar li tnaddfu? Meta jmiss li jerġgħu jitnaddfu? Peress li xi residenti ilmentaw li dawn jinsabu maħmuġin bħalissa, jistgħu jitnaddfu fi żmien qasir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Distretti 11 u 12 — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 10466 u 10837 u cioe'jgħid xi proġetti għandu l-ministeru fir-rigward ta' toroq u żvilupp urban għal bliet u rħula tal-11 u t-12-il distrett elettorali? Kemm huma stmati li se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Meta mistennija jibdew u jitlestew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Raħal Ġdid — Ground Pace Grasso

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett flok il-ground Pace Grasso, f'Raħal Ġdid? Jekk iva, x'inhu? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-proġett ta’ Pace Grasso jikkomprendi żvilupp mixed use b’numru ta’ faċilitajiet; 1. Sportivi 2. Residenzjali 3. Sheltered Housing 4. Uffiċini 5. Kummerċjali 6. Parkeġġ u garaxxijiet 7. Ċentru tas-Saħħa Bħalissa il-pjanti ġew sottomessi il-Malta Environment and Planning Authority skond il-permess PA 5418/02. Minħabba li l-applikazzjoni għadha fi stadju ta’ appplikazzjoni u jista' jkun hemm modifiki, jkun jagħmel aktar sens li l-pjanti jkunu sottomessi wara li jinħareg il-permess.

Karozzi reġistrati f'Malta u Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari 8660 abbażi ta' l-aħħar tliet xhur rispettivament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.