Deputati Parlamentari u Ministri Żieda fir-rimunerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-deputati Parlamentari u l-Ministri qattx ħadu żieda fir-rimunerazzjoni tagħhom mill-Gvern u/ jew mill-Parlament? Jekk iva, kemm kienet tammonta din iż-żieda? Din iż-żieda qatt ġiet irritornata lura fil-finanzi pubbliċi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 303.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk żdidux il-miżati tal-eżamijiet li jsiru bħala O levels u A levels? Jista’ jgħid jekk l-Università qabel għolliet dawn il-prezzijiet ħaditx in konsiderazzjoni kemm setgħu jintlaqtu b’mod negattiv studenti li soltu jpoġġu għalihom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ied is-sisa fuq kull pakkett tas-sigaretti b’€0.10 u jekk il-kumpaniji li jġibu s-sigaretti żidux €0.25 fuq kull pakkett u żallura ż-żieda ta’ kull pakkett sigaretti hija ta’ €0.35?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi iż- żieda tas-sisa fuq is-sigaretti hija magħmula minn element ta’ taxxa fissa li tinħadem fuq kull 1000 sigarett, li f’dan il-budget kienet tammonta għal ħames Ewro, persentaġġ stabbilit ad valorem ta’ 25% li jinħadem fuq iż-żieda tal-prezz ta’ pakkett sigaretti fis-suq, kif ukoll il-ħlas applikabbli tal-VAT. Il-Gvern ma jiffissax ir- retail price tas-sigaretti. Għalhekk, minħabba dawn il-fatturi, iż-żieda finali tvarja bejn prodott u ieħor skond il-prezz, inkluż il-mark-up, iddeterminat mill-importaturi għal-brands tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-SMEs se jkunu jistgħu japplikaw għall-inizjattiva SME Initiative? Jista’ jgħid fiex se tkun tikkonsisti din l-inizjattiva?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuni li jbiegħu proprjetà bi prezz inqas minn dak li kienu xtraw bih l-istess proprjetà hux se jkunu mġegħla huma wkoll iħallsu taxxa, u flokk jagħmlu profit ikunu se jagħmlu telf mill-proprjetà li jkunu qed jbiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant, li qabel l-1 ta’ Jannar 2015 kienet titħallas taxxa provvizorja ta 7% fuq kull trasferiment. Mill-1 ta’ Jannar 2015 ‘il quddiem, is-sistema tat-taxxa fuq il-bejgħ tal-proprjetà ser tkun waħda ta’ taxxa finali. Ir-rata prinċipali se tkun ta’ 8%, izda tkun 10% jekk il-proprjetà inxtrat qabel 1-2004. Madankollu, jekk il-bejgħ isir fi zmien ħames snin mix-xiri, it-taxxa tkun ta’ 5%. L-esenzjoni mit-taxxa għal min ibigħ il-propjeta residenzjali tiegħu se tibqa. Ta’ min jgħid ukoll li bejgħ ta’ proprjetà li ġejja minn wirt se tibqa’ tiġi ntaxxata kif kienet qabel.
B'referenza għall-proposta li proprjetà li tinbiegħ jew li tkun għall-bejgħ tista taqa taħt skema ta' bejgħ tal-ewwel residenza, kif indikat fil-baġit, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk b'din l-isekma, persuna li tkun se tbiegħ il-proprjetà tagħha tistax xorta waħda taqleb l-ID Card tagħha fuq post ieħor ukoll qabel ma tbiegħ l-istess proprjetà u dan mingħajr ma titlef xi benefiċċju li jista' jkun dritt għalih taħt l-iskema antika?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-eżenzjoni mit-taxxa għal min ibigħ il-proprjetà residenzjali tiegħu se tibqa’. Għalhekk, jekk persuna tkun ilha tgħix f’dik il-proprjeta u sid tagħha għal mill-inqas tliet snin, il-bejgħ ikun ezenti mit-taxxa kif inhu llum. Biex jiġu mnaqqsa l-abbuzi, ser isiru regoli iktar ‘il quddiem biex jiċċaraw kif wieħed ikun jista’ jiddikjara minn qabel liema hi r-residenza tiegħu. L-ID Card fuq post jew ieħor hija biss indikattiva u ma tiddeterminax definittivament ir-residenza.
Billi fid-diskors tal-baġit, hemm referenza għal xi skema li permezz tagħha għandha tiġi regolarizzata l-pożizzjoni ta' sidien ta' proprjetà f'San Pawl il-Baħar, Buġibba, u l-Qawra, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu l-iskop ta' din l-iskema u x'forma se tingħata din l-istess skema?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministri kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni uffiċjali ta’ Malta dwar l-automatic exchage of information? Jista’ jgħid jekk Malta hix se tipparteċipa fil-pilot phase fejn il-pajjiżi huma mistennija jagħmlu skambju ta’ informazzjoni miġbura mill-31 ta’ Diċembru 2015?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Malta tifforma parti minn grupp ta’ pajjiżi – l-hekk imsejħa early adopters - li taw impenn sabiex jiskambjaw informazzjoni fuq bażi awtomatika mill-2017 il-quddiem għar-rigward ta’ informazzjoni miġbura dwar firxa kbira ta’ kontijiet li jkunu jeżistu mill-31 ta’ Diċembru 2015 il-quddiem. F'dan ir-rigward, fid-29 ta’ Ottubru ta’ din is sena, Malta kienet waħda minn 51 ġurisdizzjoni li ffirmaw Multilateral Competent Authority Agreement sabiex jiġi ffaċilitat tali skambju. Din il-pożiżżjoni hija konformi mal-ftehim politiku li ntlaħaq fi ħdan l-Unjoni Ewropea din is-sena fejn il-Common Reporting Standard li kien adottat mill-OECD aktar kmieni din is-sena se jifforma parti mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-Qasam tat-Tassazzjoni (Direttiva 2011/16/UE). Skond dan il-ftehim, il-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropeja (ħlief l-Awstrija) se jiskambjaw din it-tip ta’ informazzjoni b’mod awtomatiku mis-sena 2017 il-quddiem. L-Awstrija qablet li tibda dan it-tip ta’ skambju mill-2018.
Ministeru għall-Finanzi — spejjeż ta' assigurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu, sew jekk huma dipartimenti, aenziji, kumpaniji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet għas-sena 2013 u 2014 (sad-data tal-mistoqsija) u jagħti d-dettalji tal-ammonti imħallsa/invoiced u l-aġenziji/brokers tal-assigurazzjoni li mingħandhom qed jittieħed is-servizz?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Struttura fil-Prezz tan-nollijiet tat-trasport pubbliku
Question
Peress li fid-diskors tal-baġit il-Ministru għall-Finanzi qal li qed titfassal kampanja speċifika b' investiment minn fondi Ewropej li biha jingħata skont sostanzjali ulterjuri fuq il-prezz ta' biljetti għall-ivvjaġġar bit-trasport pubbliku, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan l-investiment? Xi struttura ġdida ta' nollijiet se tiġi mfassla biex jiġi rifless dan l-investiment? Minn meta se tidħol fis-seħħ din l-istruttura ġdida?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Skont it-tabella Abstract of Revenue ta’ paġna 7 tal-Estimi Finanzjarji tal-Budget 2015, fejn jidher li d-dħul tal-Gvern mid-dwana u sisa għall-2014 se jkun ta’ €347 miljun, li jfisser €81 miljun aktar milli kien bassar il-Gvern, jista’ l-Ministru jispjega x’wassal għal din iż-żieda ta’ 30% fid-dħul aktar milli kien previst?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istima riveduta ta’ dħul għall-2014, hekk kif murija fl-Estimi Finanzjarji tal-2015, tinkludi l-arretrati ta’ sisa fuq il-fuel dovut mill-Korporazzjoni Enemalta.
Ministeru għall-Finanzi – mobile phones mħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Finanzi — xiri ta' biljetti tal-ajru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, b’mod separat, liema kienu l-aġenziji tal-ivvjaġġar li mingħadhom inxtraw il-biljetti tal-ajru tal-Ministeru, id-Dipartimenti, l-entitajiet, l-aġenziji, il-koporazzjonijiet, l-awtoritajiet, il-kummissjonijiet, il-kumpaniji, u l-fondazzjonijiet li jaqgħu taħtu u kemm kien il-ħlas f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għas-snin bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm tħallset kull aġenzija b’mod totali fis-snin indikati? Jista’ jgħid f’kull każ jekk il-ħlas sarx b’direct order jew le?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-consortium Gozo Connect li rebaħ il-kuntratt biex jagħmel it-technical and feasibility study dwar digital hub ġewwa Għawdex?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din l-impriża konġunta hija magħmula mill-kumpaniji li ġejjin, kif speċifikat fil-Formola "Data on Joint Venture/Consortium" sottomessa mill-offerent fl-istadju tas-sottomissjoni tal-offerta:
RSM Malta Consulting Ltd (Lead Partner)
E-Cubed Consultants Ltd
Camilleri Preziosi Advocates
Beat Consulting.
Ministeru għall-Finanzi – kuntratti ta’ konsulenza
Question
B’referenza għat-tweġieba tal-mistoqsija parlamentari 11565, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fost dawk il-persuni li kellhom it-talba tagħhom għal ħlas ta' rata iktar baxxa għal dak li jirrigwarda xiri tal-ewwel proprjetà rifjutata, kienx hemm persuni li ma kellhomx proprjetà residenzjali, iżda xi one car garage, jew xi qabar? Jekk iva, jista' jieħu l-passi neċessarji biex dawn is-sitwazzjonijiet jiġu indirizzati, u jingħata rimedju lil dawk li kellhom it-talba rifjutata?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant li d-Dipartiment m’għandux informazzjoni immedjata fis-sistema biex ikun jaf f’hiex kienet tikkonsisti proprjeta oħra, akkwistata inter vivos, minn dawk ix-xerrejja li ma kienux eliġibbli li jibbenifikaw mill-konċessjoni mit-taxxa skont l-artikolu 32(4)(a) tal-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11890 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega kemm kien hemm persuni liċenzjati taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment fl-2010, 2011, 2012 u 2013 u kemm hemm żjarat għall-verifika ta’ compliance għand persuni liċenzjati taħt dan l-Att f’dawn is-snin
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.