Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar struttura perikoluża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna msemmija rreġistrat rapport dwar il-ħsara fix-xaft. Madanakollu bħalissa l-Awtorita’ tad-Djar qegħda fil-proċess t’evalwazzjoni ta’ tenders għal diversi tiswijiet neċessarji fil-blokk imsemmi. Ix-xogħlijiet mistennija jinbdew f’Jannar 2015.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12273 u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward struttura perikoluża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li s’issa kien sar rapport mill-inkwilin dwar il-każ imsemmi ta’ struttura perikoluża fl-appartament. Sadanittant, minħabba li dan il-każ sirna nafu bih minn mistoqsija parlamentari 12273, saret spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar. Minn din l-ispezzjoni irriżulta li l-ilma li dieħel fl-appartament imsemmi hu kkawzat minn ħsara fis-sistema tal-ilma fil-kamra tal-banju tal-appartament li jiġi direttament fuqu. L-inkwilina kkonċernata ngħatat struzzjonijiet biex tagħmel it-tiswijiet meħtieġa mmedjatament u terġa’ tinforma lill-Awtorita’ tad-Djar sabiex jiġi vverifikat jekk il-ħsara ssewwietx.
Jista’ l-Ministru jikkonferma ġietx organizzata ħarġa nhar il-Ħamis, 31 ta’ Lulju 2014, għas-service users li jattendu ċ-ċentru ta’ matul il-jum tal-FSWS ġewwa ċ-Ċentru ACCESS fil-Kottonera? Jekk fl-affermattiv, jikkonferma li ttieħdu jaraw film, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ġo ċinema l-Fgura? Ma jaħsibx il-Ministru li tali films mhumiex addattati għal service users li okkażjonalment ikunu aggressivi mas-support carers tagħhom? Jista’ l-Ministru jassigura li meta jiġu organizzati dawnn it-tip ta’ ħarġiet jintgħażlu films addattati u ma jerġax iseħħ dak li ġara nhar il-Ħamis peress li dan irriżulta f’ħafna ħsara psikoloġika li xi service users?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha ma waslitx u għaldaqstant ser tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xiri ta' biljetti tal-ajru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, b’mod separat, liema kienu l-aġenziji tal-ivvjaġġar li mingħadhom inxtraw il-biljetti tal-ajru tal-Ministeru, id-Dipartimenti, l-entitajiet, l-aġenziji, il-koporazzjonijiet, l-awtoritajiet, il-kummissjonijiet, il-kumpaniji, u l-fondazzjonijiet li jaqgħu taħtu u kemm kien il-ħlas f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għas-snin bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm tħallset kull aġenzija b’mod totali fis-snin indikati? Jista’ jgħid f’kull każ jekk il-ħlas sarx b’direct order jew le?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassam ikel tal-European Aid Programme mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Ottubru 2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqisija għandha tinġieb għall-attenzjoni tal-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura minħabba li dan il-programm tal-ikel qabel kien qed jiġi amministrat mill-imsemmi Ministeru.
Għar-rigward tal-programm il-ġdid, nirreferik għat-tweġiba li jien diġa tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 12033.
European Aid Programme – familji li gawdew minn ikel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja gawdew minn ikel għal dawk fil-bżonn taħt il-European Aid Programme bejn l-1 ta’ April 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li jiena diġa tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12155.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta' skema mal-Housing Authority?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-persuna ġiet ikkuntattjata mill-Customer Care sabiex tiġi identifikata l-għajnuna li għandha bżonn min-naħa tal-Awtorita’ tad-Djar. Irriżulta li l-problema ta’ din is-Sinjura hija li għadha ma rċevietx il-kont tad-dawl.
Peress li din it-talba ma taqax taħt ir-responsabbilta’ tal-Awtorita’ tad-Djar, il-persuna kkonċernata ġiet mitluba tirrikorri fid-dipartiment ikkonċernat.
jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11970 u jgħid kemm kienet tiswa kull ikla ta' kull resident f'San Vinċenz de Paule;
a) qabel sar il-menu l-ġdid f'Marzu 2014
b) meta ġie ntrodott il-menu l-ġdid f'Marzu 2014 fi żmien l-ex Segretarju Parlamentari
c) wara li l-ikel ingħata l-kuntrattur privat?
Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jwuieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Akkomodazzjoni soċjali – każ ta’ persuna minn Raħal il-Ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiġi investigat każ ta’ persuna lid-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament rigward akkomodazzjoni soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn bħalha u qegħda fil-proċess li jsir social assessment sabiex naraw il-prijorita’ tal- każ tagħha.
Rigward l-applikazzjoni għas-sussidju tal-kera, din ġiet proċessata u approvata ukoll. Fil-fatt din il-persuna ser tingħata €800 sussidju fis-sena fuq il-kera li hija qegħda tħallas.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-klawsola li l-valur tal-proprjetà ma tridx teċċedi l-valur ta' €100,000 f'każ li tkun sid meta japplika għal xogħlijiet ta' rranġar, tneħħietx mill-iskema ta' sussidju fuq xogħlijiet ta' rranġar u ttijib f'residenzi okkupati minn sidien jew inkwilini? Din il-klawsola kienet parti mill-kundizzjonijiet meta ġiet mnedija din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz ta’ emenda fil-Gazzetta tal-Gvern datata 21 ta’ Frar 2014, il-Klawsola li tgħid li propjeta’ ta’ sidien ma tridx teċċedi l-valur ta' €100,000, ġiet imneħħija mill-iskema ta’ Irrangar u Titjib tal-Awtorita’ tad-Djar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk l-immigranti li huma refuġjati, granted subsidiary, temporary humanitarian protection, permanent humanitarian protection u rejected protection, jieħdu l-benefiċċju magħruf bħala social assistance? Kemm jieħdu, u hemm xi benefiċċji oħra li l-pesuni fil-kategoriji msemmija jieħdu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – mobile phones mħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Lista ta' xiri ta' servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabie minħabba li x-xogħol mitlub huwa wieħed voluminuż, tkun aktar speċifika fil-mistoqsija tagħha.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjiegi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal--mistoqsija parlamentari 11537, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-1 t'Ottubru 2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
KategorijaNumru t’impjegati
Persuni Barranin6
Mill-privat46
Qed iffitxu xoghol208
Total260
Uħud minn dawn l-impjegati m’għadhomx jagħmlu parti minn dan id-dekasteru.
Jista’ l-Ministru jgħid kif u meta qed jitqassam l-ikel mogħti lil Malta mill-EU’s Food Aid Programme?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Wara li saru d-diskussjonijiet neċessarji u estensivi mal-Unjoni Ewropea u tlestiet id-dokumentazzjoni meħtieġa, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali ffinaliżża l-preparamenti neċessarji għall-ħruġ tat-tender kif ukoll il-call for partner organisation/s relatati mat-tħaddim ta’ dan il-programm.
Hu ppjanat li dan il-programm jibda jitwettaq mill-aktar fis possiblli wara li jiġi aġġudikat it-
tender
kif ukoll jintgħażel jew jintġħażlu l-
partner organisation/s
li ser jassistu lill-Ministeru fit-tqassim tal-ikel lil dawk il-persuni li huma kkunsidrati bħala li għandhom l-aktar dħul baxx u allura l-aktar vulnerabbli u fil-bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fid-Dar Sant’Anna f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm hemm anzjani fit-taqsima tal-anzjani rġiel fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm Dar Sant’ Anna kif ukoll l-anzjanli li hemm fl-isptar Ġenerali t’Għawdex ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ ta’ dan il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu f’Dar Sant’Anna f’Għawdex u kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu fit-taqsima tal-anzjani rġiel fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jgħid x’inhuma l-kriterji li jintużaw biex jintgħażlu l-anzjani li jidħlu f’dawn it-taqsimiet u min jiddeċiedi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta moghtija ghall-mistoqsija parlamentari 12090.