Legislature:
Category:
Reset
Active:

Meter tad-dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar każ ta’ meter tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar ix-xogħol meħtieġ u l-każ ġie solvut.

Mediċina – każ ta’ persuna

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10294, jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex jiġi vverifikat jekk hemmx soluzzjoni fuq il-każ tagħha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qiegħed jiġi investigat.

Problema ta’ Sanità – każ ta’ persuna mill-Gudja

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problemi ta’ sanità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qiegħed jiġi investigat.
Leg 12 PQ #10758 Sitting 185 2014-10-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Kuntratt ta’ xiri ta’ qabar

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga għalfejn l-iffirmar tal-kuntratt tax-xiri ta’ qabar mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fiċ-ċimiterju tal-Addolorata mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika skedat għall-20 ta’ Awwissu 2013 ġie mħassar fl-aħħar minuti? Jista’ jagħti data oħra għall-iffirmar tal-konvenju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li minħabba dewmien mill-amministrazzjoni preċedenti, il-permess tal-MEPA għall-estensjoni tal-Addolorata kien waqa’.

Kont tad-dawl – każ ta’ individwu mill-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi studjat il-każ tal-individwu mill-Marsa, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li għandu problema fil-qari tal-meter?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru tal-arloġġ ġie rranġat skont l-ispezzjonijiet li saru fuq il-post ikkonċernat. Dan ġie kkomunikat lill-individwu msemmi.

Sptar Mater Dei – operazzjoni caesarean section

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm tiġi tiswa operazzjoni caesarean section meta sseħħ fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif mitlub f’din il-mistoqsija parlamentari ma jistax jingħata minħabba li hu ta’ natura kummerċjali.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – proġett ta’ mmodernizzar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid meta hemm il-ħsieb li jitkompla l-proġett estensiv ta' mmodernizzar tal-kuriduri u soqfa tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, liema xogħol kien inbeda taħt l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ewwel fażi tal-proġett estensiv bdiet taħt din l-amministrazzjoni u issa tinsab lesta. Għalkemm l-amministrazzjoni preċedenti jidher li kellha l-intenzjoni li timmodernizza l-kurituri u s-soqfa tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, il-ftit xogħol li kien twettaq lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2013 kien xogħol kosmetiku u mhux ta’ kwalità.

Emergency Ambulance Respondent

Question

Għar-rigward tas-sejħa għall-applikazzjoni għall-post ta' Emergency ambulance respondent, jista' l-Ministru jgħid: a) Meta hemm il-ħsieb li jsiru l-intervisti biex issir l-għażla għal dan il-post; b) Kemm kien in-numru ta' persuni li applikaw għal dan il-post; c) Kemm hemm postijiet vakanti f'Malta; u d) jekk hemmx postijiet vakanti f'Għawdex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li l-proċess beda u l-intervisti se jkunu qegħdin jibdew din il-ġimgħa stess. Total ta’ applikati kien ta’ tliet mija u tlieta u sebgħin (373) u dawk magħżula se jitqassmu skont il-ħtieġa.

Spejjeż għall-operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor kemm jiġi jiswa lill-Istat meta jinħadmu l-ispejjeż kollha sabiex pazjent issirlu operazzjoni tal-marrara (open cholecystectomy) kollox inkluż (mid-dijanjożi sakemm ikun liċenzjat il-pazjent)? Jista’ jgħid ukoll kemm tiġi tiswa lill-Istat operazzjoni tal-ftuq (inguinal hernia), u għal pazjenta biex tagħmel hysterectomy għall-fibromi mill-ewwel vista tal-konsulent sakemm tiġi liċenzjata?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif mitlub f’din il-mistoqsija parlamentari ma jistax jingħata minħabba li hu ta’ natura kummerċjali.

Interconnector ma’ Sqallija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-interconnector ma’ Sqallija? Meta ħa jibda jopera?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-progett ta’ l-interconnector ma’ Sqallija jinsab fi stadju avvanzat ħafna, minkejja l-problemi ta’ dewmien kbar li nstabu fuqu.

National Renewable Energy Action Plan – Solar Farms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif is-sejħa li ħarġet il-MEPA għas-solar farms fuq art privata ħa tinfluwenza n-National Renewable Energy Action Plan (NREAP) li Malta għandha mal-Kummissjoni Ewropea?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan se jiġi affetwat għaliex il-pjanijiet ta’ wind farms ta’ Gvern preċedenti kienu mibnija fuq pjan fallut li ma kienx feasible. Dan il-Gvern kellu jaqleb għas- solar energy u propju għalhekk qed jikkonsulta mal-i stake holders . Dan il-Gvern qed jilħaq it- targets u l-miri kif ġara din is-sena.
Leg 12 PQ #10421 Sitting 184 2014-07-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Għawdex — bereġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bereġ f’Għawdex u fejn jinsabu? Kemm-il tabib iservi f’dawn il-bereġ? Meta u għal kemm ħin ikunu miftuħa dawn il-bereġ kuljum għall-pubbliku?

Response (MIZZI, KONRAD)

F’Għawdex hemm tnax (12)-il berġa li jinsabu: Kerċem, Għarb, Sannat, Xagħra, Nadur, Qala, Għajnsielem, Munxar, Xewkija, San Lawrenz, Għasri u Żebbuġ. F’kull berġa jkun hemm tabib wieħed. Is-servizz jingħata kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

pubblikazzjoni ta' ftehim ta' kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadu ma ppubbliakx il-ftehim li sar mal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid meta se jippubblikah?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata fil-ħin opportun.

Sptar Karen Grech – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts ta’ l-Isptar Karen Grech għax-xhur ta’ April u Mejju 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10499 tat-tnax (12)-il leġiżlatura.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għax- xhur ta’ April u Mejju 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10499 tat-tnax (12)-il leġiżlatura.

Central Procurement and Supplies Unit – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tas-Central Procurement and Supplies Unit għax-xhur ta’ April u Mejju 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10499 tat-tnax (12)-il leġiżlatura.

POYC – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal-POYC għax- xhur ta’ April u Mejju 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10499 tat-tnax (12)-il leġiżlatura.

Suppliers / kuntratturi tal-prodotti farmaċewtiċi – flus dovuti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kuntratturi/suppliers tal-prodotti farmaċewtiċi (prodotti, mediċini, apparat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta' Mejju 2014? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għas-Saħħa – Pagamenti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru għas-Saħħa, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta' Mejju 2014? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

High Level Meeting – Żvilupp tal-Qasam tal-Gass fir-Reġjun tal-Meditterran

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10340, jista' l-Ministru jgħid x'jisimhom u l-kariga li għandhom dawn ir-rappreżentanti barranin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10340.