Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega għal liema raġuni kien hemm tnaqqis tar-rate per hour minn Lm2.15 għal Lm1.80 fis-siegħa tal-membri tal-protezzjoni ċivili?
Response (BORG, TONIO)
Il-Mistoqsija ma hijix korretta peress li ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda tnaqqis tar-rate per hour lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Jekk l-Onorevoli Interpellant qegħda tirreferi għal sezzjoni partikolari ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili li ġew ingaġġati reċentement wara li kien ser jintemm l-impieg tagħhom minn mal-Malta International Airport, għandi ngħid li dawn ingħataw impieg ġdid ma’ dan id-Dipartiment wara sejħa li saret permezz ta' Ċirkolari Nru 8 tal-2004. Bis-saħħa tal-Klawsola 6.2. ta’ din iċ-Ċirkolari, dawn l-impjegati li kienu ġew trasferiti mill-Forzi Armati ta’ Malta għall-Malta International Airport, ġarrew magħhom il-garanzija dwar kundizzjonijiet ta’ impieg relatiiv għall-kundizzjonijiet tal-impieg li huma kellhom dakinhar li telqu minn mal-Forzi Armati ta’ Malta. Din il-klawsola bl-ebda mod ma tagħti garanzija li l-impjieg mal-Prorezzjoni Civili kellu jkun taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ ħlas bħall-impjieg mal-Malta International Airport.
Minn paragun ta’ ammont ta’ salarju li qegħdin jirċievu dawn l-impjegati jiġifieri Lm4,325 fis-sena, u l-ammont ta’ salarju u allowances li kieni jirċievu bħala impjegati mal-Forzi Armati ta’ Malta, jiġifieri bejn Lm3,592 u Lm3,872, jirriżulta li dawn l-impjegati qed jaqilgħu somma ta’ bejn Lm453 u Lm733 fis-sena iżjed milli kienu jaqilgħu qabel. Dan is-salarju huwa bbażat fuq ġimgħa ta’ 46 siegħa.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-vetturi bin-nru. ta' reġistrazzjoni: HAE 489, HAA 474, IAT 425 U BAR 213 li ta' kuljum ikunu pparkjati fi Triq il-Parroċċa, Imqabba wara l-4.30 p.m. hemm minnhom li għandhom il-liċenzja li ilha ma titħallas/tiġġedded għal dawn l-aħħar tlett snin iżda xorta jintużaw kuljum fit-triq u qegħdin biż-żejt iqattar taħthom u dan minkejja li dejjem saru rapporti sew lill-pulizija kif ukoll lill-kunsill lokali imma qatt ma ttieħdu passi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tinvestiga l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru l-kuntratti definittivi tal-beach concessions fl-Armier? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti indikazzjoni ta’ meta se jsir dan?
Jikkonferma li s-sidien ta’ dawn il-konċessjonijiet kienu poġġew depożitu ta’ Lm10,000 bħala garanzija u għal dawn l-aħħar 4 snin kienu qed jistennew risposta fuq l-ammont li jridu jħallsu bħala kera?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-operaturi tal-beach concessions fl-Armier u f'bajjiet oħra li kien skadielhom iċ-ċens ġew offruti kuntratt ġdid ta' 50 sena ċens tlett darbiet, u dan wara sejħiet għall-offerti. Dawn baqgħu joġġezjonaw għall-ammont ta' canone mitlub u iddikjaraw li ma kienux lesti jersqu għall-kuntratti relattivi.
Ftit taż-żmien ilu reġgħu ssejħu l-offerti għar-raba' darba, wara li skond il-Policy saret reviżjoni tal-canone minn żewġ periti oħra. Kif jintemm l-adjudication ta' din ir-raba' sejħa, l-offerenti jerġgħu jiġu msejħa għall-kuntratt.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija jiġux regolarment iċċekkjati għall-abbuż mid-droga u jekk iva, kemm instabu pożittivi s-sena li għaddiet u din is-sena? Jekk le, ma jaħsibx li dan għandu jibda jsir?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fejn ikun hemm suspett ta' abbuż ta' droga minn xi membru tal-Korp tal-Pulizija, isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa, inkluż testijiet mediċi jekk ikun il-każ.
Billi ġewwa l-Parlament Ewropew qed tinħema liġi biex żweġijiet bejn l-istess sess li jkunu saru barra minn Malta jiġu rikonoxxuti ma' l-Ewropa kollha, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux jieħu passi biex f'din l-eventwalita' Malta żżomm il-pożizzjoni preżenti ?
Response (BORG, TONIO)
Ma hemm ebda abbozz ta' direttiva jew Regolament quddiem il-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u Intern sabiex ikun hemm tali rikonoxximent. Malta dejjem għamlitha ċara li żweġijiet bħal dawn huma kontra l-public policy ta' pajjiżna.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni allegatament jitlajjaw għall-prostituzzjoni fl-ewwel ġimgħa ta' Mejju; fit-tieni ġimgħa ta' Mejju; fit-tielet ġimgħa ta' Mejju; fir-raba' ġimgħa ta' Mejju u fl-ewwel ġimgħa ta' Ġunju? Fejn inqabdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
Mejju 05
1 ġimgħaMejju 05
2 ġimgħaMejju 05
3 ġimgħaMejju 05
4 ġimgħaĠunju 05
1 ġimgħa
Numru ta’ persuni72392
Lokalita’Marsa
Ta’ XbiexMarsa
Ta’ XbiexMarsa
Ta’ XbiexMarsa
Ta’ XbiexMarsa
Ta’ Xbiex
Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
Taqsima Proprjeta’ tal-Gvernħaddiem 1sospiż mix-xogħol
Pulizijamembru 1
2 membri
66 membru
19-il membru
8 membri
2 membri
membru 1
22 membru
27 membruimkeċċi
sospiżi
twaqqif ta’ ġurnata off duty
twaqqif ta’ jumejn off duty
twaqqif ta’ tlett ijiem off duty
twaqqif ta’ erbat ijiem off duty
twaqqif ta’ ħamest ijiem off duty
ċanfira
twissija
Diviżjoni tal-Qrati41 uffiċjalImmultati xi penali
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni miżmuma fiċ-ċentru korrettiv ta' Kordin? Kemm minnhom huma barranin? Jista' jagħti statistika sena b'sena mill-2001 sal-lum?
Jista' jgħid kemm kienu l-każi ta' natura kriminali li ġew solvuti jew maqbuda mill-pulizija sena b'sena mill-2001? Kemm kien hemm persuni mressqa fuq dawn il-każi u kemm minnhom kienu ta' nazzjonalita' barranija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent, fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, hemm mitejn u tmienja u tmenin (288) priġunier, li minnhom tnejn u tmenin (82) huma ta’ nazzjonalita’ barranija.
Matul is-snin 2001 sal-2004 il-medja tal-popolazzjoni tal-ħabs kienet kif ġej:-
2001 255 medja kuljum
2002 277 medja kuljum
2003 281 medja kuljum
2004 277 medja kuljum
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa disponibbli mis-sena 2002 u huwa kif jidher hawn taħt:
Sena200220032004
*Numru ta’ każi solvuti2,0692,1563,046
*Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti1,8101,7202,087
*Dwar reati kriminali li għandhom piena ta’ aktar minn 6 xhur priġunerija.
Infurmat ukoll illi tagħrif dwar in-nazzjonalita’ tal-persuni mressqa il-Qorti mhux disponibbli taħt forma statistika.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex żewġ muturi pparkjati ġewwa unloading only zone (kaxxa safra) l-Imsida ġo Ta' Xbiex Sea Front għadhom ma tneħħewx mill-forzi ta' l-ordni? Billi dawn ilhom ipparkjati b'mod sfaċċat u abużiv, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet il-pulizija u l-wardens fuq dan il-każ ix-xahar li għadda u sal-lum? Kemm ingħataw ċitazzjonijiet oħra f'din it-triq fl-istess żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li għamlet il-Pulizija nstab illi ż-żewġ muturi huma liċenzjati sabiex jintużaw fit-triq u kienu ipparkjati f'post fejn il-parkeġġ ta' vetturi huwa permess.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu l-entitajiet li ġew "ikkonsultati" mill-pulizija biex ħareġ il-permess tar-rave party li sar ġewwa Paradise Bay fil-5 ta' Ġunju li għadda, u fejn kien hemm każ serju ta' overdose ta' droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-entitajiet li taw l-approvazzjoni tagħhom għall-attivita' imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, qabel ma' l-Pulizija ħarġet il-permess kienu: l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta; l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar; il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u d-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2004 kemm-il darba l-pulizija ħadet passi kontra persuni li l-klieb tagħhom ikunu barra u ma ġabruhomx kif suppost jagħmlu? Jista' jgħid fejn ittieħdu dawn il-passi u kontra kemm persuni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004, il-Pulizija ressqet il-Qorti 6 persuni talli ħallew il-kelb tagħhom jiġġerra barra mingħajr ċinga, f'dawn il-lokalitajiet - Marsa, Mosta, Qawra, Rabat u San Ġiljan.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi biex pulizija pajżana jitpoġġew jissorveljaw il-ġnien tal-Gżira u Ġnien Indipendenza minħabba l-vandaliżmu li qed ikun hemm fihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tad-Distrett, qed tagħmel u ser tkompli tagħmel ronda b'mod regolari fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi biex pulizija pajżana jissorveljaw inħawi f'Ta' Ġiorni f'San Ġiljan, ħdejn il-bini tad-djar tal-gvern li jagħtu għal fuq Triq Laqsi, peress li kontinwament u f'ħinijiet differenti tal-ġurnata qed ikun hemm negozju u traffikar tad-drogi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija, kemm dawk tad-Distrett kif ukoll tat-Taqsima ta' kontra d-Droga, qed tagħmel u ser tkompli tagħmel ronda b'mod regolari fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'effett kellhom: 1) it-tibdiliet leġislattivi dwar il-forma tat-testmenti? 2) l-aġġustamenti fil-valur tad-dikjarazzjonijiet causa mortis fuq in-numru ta' insinwazzjonijiet li saru minn Jannar 2005 sal-lum fir-Reġistru Pubbliku u dan billi jitqabbel in-numru ta' insinwazzjonijiet li saru minn Jannar 2005 sal-lum man-numru ta' insinwazzjonijiet li saru bejn Jannar 2004 u Mejju 2004 u bejn Jannar 2003 u Mejju 2003?
Response (BORG, TONIO)
Fir-Reġistru Pubbliku ssir l-insinwazzjoni tat-testmenti pubbliċi u tal-kuntratti ta’ trasferimenti causa mortis fost oħrajn. Jidher li fis-sena 2005 kien hemm żieda fl-insinwazzjoni ta’ testment pubbliċi u kuntratti causa mortis.
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ insinwazzjonijiet ta’ testmenti pubbliċi u ta’ kuntratti causa mortis fir-Reġistru Pubbliku (Malta), li jinkludu dawk bl-aggustamenti, għal dawn l-aħħar tlett snin, minn Jannar sa Mejju ta’ kull sena, huma kif ser jingħad:
Xahar
Causa Mortis
Testmenti Pubbliċi
2003
2004
2005
2003
2004
2005
Jannar
80
112
97
308
305
402
Frar
167
140
171
452
412
393
Marzu
135
163
301
382
448
495
April
150
129
429
296
368
665
Mejju
133
128
560
435
300
749
Dwar ir-Reġistru Pubbliku (Għawdex) ninsab infurmat illi n-numru ta’ insinwazzjonijiet causa mortis kien kif ġej:-
Total Jannar sa Mejju 2003: 134
Total Jannar sa Mejju 2004: 116
Total Jannar sal-15 ta’ Ġunju 2005: 267
It-Total Jannar sal-15 ta’ Ġunju 2005 maqsum hekk:
Numru ta’ Insinwazzjonijiet Causa Mortis: 169
Numru ta’ Insinwazzjonijiet Aġġustati: 98
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impurtati armi f'dawn l-aħħar sitt xhur u li ma kienux snieter jew air guns?
Jista' jgħid min kellu l-permess li jimpurtahom u x'kalibru u kwalita' kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u s-16 ta’ Ġunju ta’ l-2005 ġew importati 214 arma, kif jidher hawn taħt:
Carbine
3
Persussion Muskett
5
Rifle
65
Dagger
1
Pistol
61
Flintlock Muskett
12
Sub machine gun
1
Harpoon
40
Revolver
20
Flintlock Pistol
2
Bayonette
2
Knife
1
Sword
1
Ma nħossx illi tagħrif personali dwar l-importaturi għandu jkun ippublikat.
Dwar armi li m'humiex snieter tal-kaċċa jew airguns, dawn jiġu importati għax huma antiki jew artistiċi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'jiġri mill-armi u l-bird callers li jiġu sekwestrati mill-qorti u mill-pulizija?
Jekk jirriżulta li jiġu distrutti, jista' jgħid b'liema mod, fejn u minn min?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fuq ordni tal-Qorti sabiex jiġu kkonfiskati u distrutti armi u bird callers, ir-Reġistratur jgħaddi dawn lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Dawn jiġu distrutti manwalment pero' l-bird callers ser jiġu mkissra f'Waste Recycling Plant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn permessi f'Malta u Għawdex, separatament, biex isir ikkargar ta' l-iskrataċ għas-snieter?
Jista' jgħid min għandu l-permessi jagħmel dan ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn kumpannija waħda li għandha liċenzja tal-Pulizija sabiex tikkarga skrataċċ għas-snieter.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma rapporti li saru fil-ġurnali xi jiem ilu fejn intqal li l-Assoċjazzjoni Medika Maltija tat direttivi lit-tobba sabiex ma jattendux fiċ-ċentri ta' detenzjoni billi kien hemm ilmenti fuq il-faċilitajiet fil-kliniċi u billi kien hemm immigranti li taw fastidju lil tobba femminili? Jistax jgħid x'passi ttieħdu f'dan ir-rigward u jekk sarux rapporti uffiċjali dwar harassment minn xi tobba nisa? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' azzjoni tista' tittieħed kontra xi immigranti li jinstabu ħatja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi, għalkemm it-tobba ngħataw direttivi mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija sabiex ma jattendux fiċ-ċentri ta' akkomodazzjoni għall-immigranti irregolari, il-Pulizija ma kelliex rapporti uffiċjali dwar harassment minn tobba waqt li kienu msejħa f'dawn iċ-ċentri. Ninsab infurmat ukoll illi f'kull ċentru ta' akkomodazzjoni amministrat mill-Pulizija, hemm kamra mgħammra b'faċilitajiet basiċi li wieħed isib fi klinika medika. Dawn il-kliniċi huma barra u separati mill-post fejn l-immigranti irregolari huma akkomodati. Meta immigrant irregolari fiċ-ċentru ikollu bżonn assistenza medika, il-vista mit-tabib issir f'din il-klinika. Il-Pulizija tinvestiga kull rapport li tirċievi u fejn jirriżulta li seta' kien hemm ksur ta' liġi, tieħu passi kriminali quddiem il-Qorti skond il-liġi.