Legislature:
Category:
Reset
Active:

Riċeviment — Dolċiera

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11893 u jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeri kollha għas-snin 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12500.

Multi minn Taxxi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12253 u jgħid kemm daħlu flus f'liri Maltin, f'multi u interessi, matul is-sena li għaddiet mid-dipartiment tat-taxxi interni, mid-dipartiment tal-VAT u mit-tax compliance unit rispettivament fuq taxxi u VAT dovuti rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12663.

ERM2

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija 12268 u jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-istudji ta' feasibility dwar is-sħubija ta' Malta fl-ERM2 kif talbet l-oppożizzjoni u kif issuġġerixxa wkoll l-ex-ministru tal-finanzi John Dalli fl-artikli tiegħu ta' "The Sunday Times" tal-Ħadd li għadda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12513.

Multi minn taxxi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 12253 u 12344 u jgħid kemm daħlu flus f'liri Maltin, f'multi u interessi, matul is-sena li għaddiet mid-dipartiment tat-taxxi interni, mid-dipartiment tal-VAT u mit-tax compliance unit rispettivament fuq taxxi u VAT dovuti rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12663.

Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fuq il-bini ta' Dar Malta fi Brussels? Il-permessi tal-bini ħarġu kollha? Jekk le, liema għadhom pendenti? Tista' tagħti indikazzjoni tat-time scales li fihom mistenni jsir ix-xogħol meħtieġ u jintlaħqu l-istadju varji tar-refurbishment tal-bini għall-iskopijiet li nxtara għalih? Kemm intnefaq s'issa fuq il-proġett, apparti mit-transazzjoni tax-xiri tal-proprjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

OPM — EU funds

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz Pubbliku — Retirement leave

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-ħaddiema humiex intitolati għal retirement leave? Jekk fl-affermattiv, ta' kemm hu dan u kif inhu regolat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li fis-Servizz Pubbliku, kull uffiċjal pubbliku, f’kwalunkwe grad, li jirtira bl-età huwa ntitolat għall-pre-retirement leave. Ir-regoli dwar pre-retirement leave jinstabu fil-Public Service Management Code, f’sezzjoni 4.5.2.

Ministri/Segretarji Parlamentari

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu d-dħul annwali (inklużi bonuses u allowances): a) tal-Prim Ministru; b) ta' kull ministru fil-Kabinett; u c) ta' kull Segretarju Parlamentari? Minbarra dan id-dħul, il-Prim Ministru, kull ministru u kull Segretarju Parlamentari huma ntitolati għal faċilita' ta' karozza jew aktar? Jekk aktar, kemm? F'kull każ, kemm kienet l-ispiża annwali għal kull karozza, għall-provdiment u l-manutenzjoni tagħha fis-sena 2004? Il-Prim Ministru, kull ministru u kull Segretarju Parlamentari huma ntitolati għal xufier jew aktar? Jekk aktar, għal kemm-il xufier? Fil-preżent, min huma x-xufiera tal-Prim Ministru, kull ministru u Segretarju Parlamentari? Fuq liema bażi kuntrattwali huma mpjegati? Kemm għandhom salarju, bonuses u allowances kull wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara t-tweġibiet li ngħataw fis-Seduti Numru 255 tat-18 ta’ April 2005 u Numru 265 ta’ l-10 ta’ Mejju 2005 rispettivament, qed nipprovdi hawn taħt il-kumplament ta’ l-informazzjoni mitluba dwar l-ispiża annwali ta’ provdiment u manutenzjoni fis-sena 2004 tal-karozzi għall-użu privat tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari:- Ministeru Provdiment Lm Manutenzjoni Lm Uffiċċju tal-Prim Ministru Segretarju Parlamentari 463 480 Ministeru tal-Finanzi Segretarju Parlamentari 243 - Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern Ministru Segretarju Parlamentari 477 3,747** 448 - Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Ministru 314 270 Ministeru għat-Turiżmu u Kultura Ministru 101 157 Ministeru għall-Kompetittività u l-Komunikazzjoni Ministru Segretarju Parlamentari 2,308** -* 187 -* Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Ministru -* -* Ministeru għal Għawdex Ministru -* -* Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Ministru Segretarju Parlamentari 1,108 -* 1,370 -* Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni Ministru 3,225** 74 Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent Ministru Segretarju Parlamentari 2,521** 3,448** - - Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq 2,590** - Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Ministru 3,732** - Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin Ministru 903 583 * Ma jsirx użu mill-faċilità għat-tieni karozza ** Jinkludi wkoll l-ispiża tal-kiri tal-karozza

OPM — Diretturi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta’ diretturi qed tirreferi, jiġifieri jekk hux għal diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta’ bordijiet ta’ entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellant għandha tiċċara wkoll għal liema perjodu qed tirreferi.

OPM — Diretturi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta’ diretturi qed tirreferi, jiġifieri jekk hux għal diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta’ bordijiet ta’ entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellant għandha tiċċara wkoll għal liema perjodu qed tirreferi.

Multi minn taxxi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 12253, 12344 u 12490 u jgħid kemm daħlu flus f'liri Maltin, f'multi u interessi, matul is-sena li għaddiet mid-dipartiment tat-taxxi interni, mid-dipartiment tal-VAT u mit-tax compliance unit rispettivament fuq taxxi u VAT dovuti rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni daħħal l-ammont ta’ Lm731,028 f’multi u l-ammont ta’ Lm811,117 f’interessi matul is-sena li għaddiet. Id-Dipartiment tat-Tax Compliance Unit jagħmel tax audits u investigazzjonijiet biss u sussegwentament jgħaddi rapport lill-Kummissarju tal-VAT u lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni b’rakkomandazzjoni ta’ tax assessments. Għar-rigward tad-Dipartiment tal-VAT nixtieq ninfurmak li din l-informazzjoni ma tistax tinġabar għal raġunijiet tekniċi.

ICT resources facilities Malta limited

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12484, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta bdiet l-operazzjoni tagħha l-kumpannija ICT resource facilities Malta limited? Kemm kienet qed timpjega nies? Meta tterminat l-operazzjoni tagħha? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn l-ME u l-ICT dwar x'benefiċċji u inċentivi ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Xiri ta' qanpiena għal knisja

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk qanpiena li se tinxtara mill-Ingilterra minn individwu biex jagħtiha bħala donazzjoni lil knisja, u li se titwaħħal mill-ewwel fuq il-kampnar ta' din il-knisja, tistax tiġi eżentata milli jsir ħlas tal-VAT fuqha ladarba hi għall-użu tal-knisja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

AFM — Gozo troop

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu stabilit li jkun il-full complement ta' personnel fil-Gozo troop ta' l-AFM? Kemm hu n-numru fil-preżent? Kemm hu n-numru ta' suldati li spiċċaw mis-servizz mis-sena 1999 'il hawn? X'inhu n-numru ta' dawk li mistennija jirtiraw wara li jilħqu l-eta' tal-pensjoni fis-sentejn li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li fil-preżent hemm 33 persuna fil-Gozo Troop tal-Forzi Armati ta’ Malta, u dan il-complement huwa biżżejjed għax-xogħolijiet kollha li għandha bħalissa din is-sezzjoni ta’ l-Armata. Mill-1999 ’il hawn, spiċċaw disa’ membri mill-Gozo Troop, fil-waqt li fis-sentejn li ġejjin mistennija jirtiraw tnejn.

Diretturi/assistenti diretturi — Kuntratti

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti dettalji, bl-ismijiet inklużi, ta' min kienu dawk id-diretturi u assistenti diretturi li kellhom il-kuntratt tagħhom imġedded wara li skada? Jista' jagħti wkoll dettalji, bl-ismijiet kompriżi, ta' dawk li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded wara l-iskadenza ta' l-istess kuntratt u dan matul is-sena 2004 u l-2005 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

OPM — Chief executive officers

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

OPM — Kontijiet tat-Telephone

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma ntitolati għall-ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma ntitolati għalih kull xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-ammonti li tħallsu f’kontijiet tat-telephone ta’ residenzi ta’ Uffiċjali Governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004. Il-persuni li huma ntitolati għall-ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom huma dawk li għandhom pożizzjoni ta’ Uffiċċju Politiku, uffiċjali minn Skala 4 ’l fuq li qegħdin fuq Performance Agreement, u uffiċjali oħra li n-natura tax-xogħol tagħhom tirrikjedi li jagħmlu telefonati mir-residenzi tagħhom. Fir-rigward ta’ kemm huma ntitolati dawn il-persuni, il-ħlas tas-servizz tat-telephone: (i) huwa marbut bil-kuntratti li għandhom dawn l-uffiċjali fejn fil-maġġoranza tal-każijiet dawn l-uffiċjali huma ntitolati għall-ispejjeż kollha li jsiru ħlief għal dawk it-telefonati li jsiru lejn barra minn Malta u ma jsirux fuq xogħol uffiċjali; jew (ii) jingħata lill-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li qegħdin fi skala ħamsa, sakemm dawn l-ispejjeż ikunu raġonevoli, waqt li dawk fi skala anqas huma ntitolati għal 500 telefonata fis-sena.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim iffirmat bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u l-konsorzju Skanska għat-tlestija ta' l-isptar Mater Dei, a bażi tal-ftehim milħuq fl-aħħar ta' l-2004? Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanta ta' l-isptar Mater Dei dwar kif se jkunu mqassma s-swali u kull parti oħra ta' l-isptar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u l-konsorzju Skanska u li jinkludi l-pjanti mitluba.