Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11840 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Dipartiment ta' l-Emerġenza

Question

Jista' l-Minisru jgħid kemm marru pazjenti fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa fil-jiem tal-Ħadd, it-Tnejn u t-Tlieta, it-28, id-29 u t-30 ta' Novembru rispettivament mill-ħin tat-8.00 a.m. sat-8.00 p.m. u mit-8.00 p.m. sat-8.00 a.m. ta' kuljum imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Date 8.00am - 8.00pm 8.00pm - 8.00am __________________________________________________ _ 28.11.99 128 49 __________________________________________________ _ 29.11.99 147 63 __________________________________________________ _ 30.11.99 170 83 __________________________________________________ _
Leg 9 PQ #11860 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Supritendent

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta reġa' ġie mpjegat il-persuna li llum tokkupa l-post ta' supritendent ta' l-iSptar San Luqa? L-impjieg ta' din il-persuna qiegħed taħt id-Dipartiment tas-Saħħa jew taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jekk taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ngħatat din il-persuna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuna konċernata ġiet impjegata fil-grad ta` Principal Medical Officer (Institutional Health) fi ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa wara sejħa għall-applikazzjonijiet li ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta` l-1 ta` Ġunju 1999. Bdiet fil-kariga ta` Amministratur Mediku ta` l-Isptar San Luqa fit-2 ta`
Leg 9 PQ #11861 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Manager Customer Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa għall-post ta' Manager Customer Services? Dan il-post huwa taħt id-Dipartment tas-Saħħa jew taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jekk taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kuntratt li ngħata l-Manager Customer Services?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma ħarġet l-ebda sejħa għall-post ta' Manager Customer Services la mid-Dipartiment u lanqas mill-FMS.
Leg 9 PQ #11835 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FSM — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hi l-persuna li qed tieħu ħsieb it-tindif u li ġiet offruta kuntratt mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Din il-persuna ġiet impjegata mill-ETC, jew wara sejħa għall-ingaġġ fil-ġurnali, jew inkella b'mod divers? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' din il-persuna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema post ta` tindif qiegħed jirreferi.
Leg 9 PQ #11836 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Hospital Auxiliaries

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm hospital auxiliaries li mhux qed jagħmlu xogħol ta' tindif, eskluż dawk li jaħdmu fil-laundry? Dawn il-hospital auxiliaries se jitħallew fejn huma, jew hemm xi ħsieb li jintbagħtu kollha jagħmlu xi tindif ta' l-isptarijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9803 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Sanita' — Problema tal-ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-Sanita' ssorveljax il-problema tal-ġrieden f'pajjiżna, jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk timżammx statistika ta' kemm ikunu nqabdu ġrieden u mil-liema lokalitajiet jew zoni? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk qatt sarx rapport jew isirx rapport min żmien għal żmien dwar il-problema tal-ġrieden f'pajjiżna lokal b'lokal, jew zona b'zona? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv jista' l-Ministru jagħti d-dettalji f'dan ir-rigward? Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kemm inqabdu ġrieden matul l-1996, 1997 u 1998 u ta' liema qisien kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa, permezz tal- `Pest Control Unit'qiegħed kontinwament jissorvelja l-problema tal-ġrieden f'pajjiżna. kull xahar isir rendikont ta' kemm daħlu rapporti minn kull raħal. Dawn jagħtu ndikazzjoni ċara ta' liema huma dawk iż-żoni li l-aktar jeħtieġu attenzjoni. Dwar l-aħħar parti mid-domanda, fejn l-Onor. Membru ried ikun jaf in-numru u l-qisien tal-ġrieden li nqabdu, nixtieq ngħidlu li fil-`Manpower Plan' tad-Dipartiment tas-Saħħa m'hemmx maħsub għall-impjieg ta' `Pied Piper' u għalhekk la nafu fejn imorru jmutu l-ġrieden ivvalenati u lanqas il-qisien tagħhom.
Leg 9 PQ #11692 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni b'HIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni bl-HIV f'Malta llum? Kemm hawn nies bl-AIDS illum? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni qegħdin jaħdmu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` persuni bl-HIV f'Malta f'kuntatt mas-servizzi tas-Saħħa huwa ta` 32. Minn dawn hemm ħamsa li għandhom l-AIDS. Dwar l-aħħar mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment m'għandux l-informazzjoni f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #11721 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Fiżjoterapisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jitħallsu ta' l-"on call duty" il-fiżjoterapisti li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa, sptar, sptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-servizz ta' fiżjoterapija on-call jiġi offrut biss mill-Isptar San Luqa. Il-ħtiġijiet ta' sptarijiet oħra jiġu moqdija mill-Isptar San Luqa. Dwar ħlas ta' on-call duties kien hemm problemi ta' natura amministrattiva li issa ġew riżolti. Ninsab infurmat li l-ħlas ta' l-on-call duties li hemm pendenti jitħallas mal-paga ta' Diċembru 1999.
Leg 9 PQ #11742 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mental Out-Patients Department

Question

Jista' l-Ministru jara jistax jibda jsir staggering tal-appuntamenti fil-Mental Out-Patients Department?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Huwa possibli li jibda jsir staggering tal-appuntamenti fil-Mental Out-Patients Department iżda jeżistu diversi problemi fosthom: 1. In-numri ta' pazjenti tant huwa kbir u t-tobba tant jinbidlu minn darba għal oħra minħabba leave jew impenji oħra fid-Dipartiment illi huwa diffiċli li żżomm m'allokazzjoni ta' appuntamenti staggered għal kull tabib 2. Meta tabib ikun nieqes mill-clinic kif imsemmi, il-pazjenti tiegħu jinqasmu fuq tobba oħra. 3. Ħafna mill-pazjenti jiġu kmieni ħafna u jinsistu li min jiġi l-ewwel għandu jinqeda l-ewwel irrispettivament minn appuntamenti 4. Diffikulta' biex tkun taf kull konsulta kemm se tieħu ħin. Għal dawn ir-raġunijiet, għandu mnejn illi sistema ta' staggered appointments ma taħdimx daqshekk tajjeb.
Leg 9 PQ #11778 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Lift

Question

Possibbli li l-Ministru jerġa' jidħol personalment, kif naf li għamel dan l-aħħar, biex il-lift prinċipali f'St Luke's, fuq in-naħa tal-casualty li sar ġdid f'Novembru 1996, ma jibqax ikun bil-ħsara b'mod regolari u ta' spiss? Billi dan il-lift għandu jintuża mhux biss biex jittellgħu pazjenti mill-casualty għas-swali u għall-main operating theatre, u biex jittellgħu pazjenti mis-swali għall-operazzjonijiet ġol-main operating theatre, iżda jintuża wkoll biex jitniżżlu cardiac cases mill-main operating theatre, għall-ITU (billi jinsab l-aktar lift viċin l-ITU) jaqbel il-Ministru li għandha tinsab soluzzjoni permanenti biex dan il-lift ma jibqax jieqaf bil-ħsara ta' spiss? Jikkonsidra d-dipartiment li jieħu passi kontra l-kuntrattur li għamel dan il-lift ġdid minħabba l-fatt li qed jieqaf ta' spiss? Kemm kien sewa dan il-lift?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kien hemm diversi drabi meta it-temperatura tal-mutur ta` dan il-lift laħqet valuri aktar minn normali. Dawn il-każi wasslu biex il-mutur inaqqas mill-effiċċjenza tiegħu u fil-fatt kellu jinbidel. Dan sar ix-xahar li għadda. Kien hemm diversi raġunijiet tekniċi għal din il-ħsara u biex nipproteġu il-mutur il-ġdid iddeċidejna li l-lift jintuża biss mill-istaff, dan bil-kontrol tan-Nursing Officer fis-sala ta` l-operazzjonijiet. Sadanittant il-kuntrattur responsabbli għal manutenzjoni ta` dan il-lift kellu jkompli jinvestiga l-każ biex isib soluzzjoni permanenti. It-team tekniku tal-kuntrattur għandu jiġi fuq il-post biex ikun jista` josserva għal ħin twil l-operazzjoni ta` dan il-lift biex jidentifika kull element li mhux qed jaħdem kif suppost fit-3 ta` Diċembru, 1999. Il-prezz totali kien madwar Lm 19,800.
Leg 9 PQ #11782 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11605?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kienu sitta min-nies li marru Dusseldorf sabiex jaraw apparat mediku għall-Isptar il-Ġdid f'Tal Qroqq. Attendew għal din il-fiera: Dr Joe Zarb Adami Chairman MEC, Emanuel Bezzina Nursing Manager SLH, Rosario Attard Principal Technical Officer SLH, Dr. Kenneth Grech Head Institutional Operations FMS, Eng. Chris Attard Montalto Medical Equipment Manager FMS, Mario Hili Nursing Officer SLH. Dawn intgħażlu mill-Board ta' l-FMS. In-nefqa totali kienet ta' Lm2983 u ser tħallas għaliha l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #11775 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Main operating theatre

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tiġi rranġata s-sistema tat-telephones tal-main operating theatre, għax kif jistgħu jikkonfermaw uħud mit-telephone operators ta' St Luke's sar diffiċli biex tgħaddi call minn barra u jirrispondik f'qasir żmien? Possibbli wkoll li fit-theatres u fir-recovery room terġa' tiddaħħal il-call waiting u l-feature command li kienet ta' utilita' kbira?

Response (DEGUARA, LOUIS)

is-suġġerimenti ta`l-Onor. Interpellant qed jiġi studjat. F`din il-materja jinħtieġ jinstab il-bilanċ bejn il-ħtieġa ta` komunikazzjoni minn barra l-Isptar mat-tejatri ta` l-operazzjonijiet mingħajr ma jiġi disturbat b`mod esaġerat l-istaff waqt il-qadi ta` dmirijietu.
Leg 9 PQ #11776 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11293?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karen Grech, mill-1 ta` Jannar 1999 sa 30 ta` Settembru 1999 saru, 11,615 operazzjoni taħt GA (General Anaesthesia); 370 operazzjoni taħt Spinal Anaesthesia; 3,205 operazzjonijiet taħt Local Anaesthesia u 1,578 operazzjoniji taħt Local Amnaesthesia with Sedation. L-informazzjoni minn Ottubru s`issa għada qed tinġabar.
Leg 9 PQ #11793 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mellieħa — Triq Galilei - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar l-ilmenti msemmija fl-ittra li qed tintbagħat separatament dwar fosos u drenaġġ fi Triq Galilei fil-Kortin tal-Mellieħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellat li risposta tingħata f'seduta oħra minħabba li għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #11814 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sleep disorder clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi arranġamenti għal sleep disorder clinic? Jekk inxtarax l-apparat u jekk hemmx personel li qed jieħdu xi forma ta' speċjalizzazzjoni, fejn u kemm-il darba? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta saret s-sejħa għall-applikazzjoni, min kien intitolat li applika u min intgħażel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-arranġamenti għal sleep disorders clinic huma wieqfa sakemm jiġu mpjegati sleep technologists. L-apparat (polysommograph) ġie `commissioned' fi Frar 1999. Żewġ persuni tekniċi ġew mibgħuta dak iż-żmien (Frar 1999) għal kors intensiv ta' ġimgħa ġo Lane For Sleep Laboratory ġo St Thomas's Hospital London sabiex ikunu jistgħu jgħinu fil-commissioning tal-apparat. Dawn intgħażlu peress li lokalment kienu l-uniċi tnejn b'esperjenza fi sleep studies.
Leg 9 PQ #9790 Sitting 196 1999-12-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Ilmenti dwar ġrieden

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' kunsilli lokali u individwi, b'mod separat, li matul l-1996, 1997 u 1998 ressqu lmenti lid-dipartiment tas-sanita' dwar problemi ta' ġrieden f'zoni u lokalitajiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont totali ta' lmenti mressqa mill-pubbliku u kunsilli lokali huwa kif indikat hawn taħt: 1996 - 1,969 ilment 1997 - 1,551 ilment 1998 - 1,730 ilment Fis-snin li għaddew l-ilment mill-pubbliku u mill-kunsilli lokali kienu jiġu rreġistrati bħala total wieħed. Minn din is-sena l-ilmenti qegħdin jiġu rreġistrati seperatament, għaldaqstant hawn taħt tidher statistika relatata għall-ewwel xhur ta' din is-sena: J F M A M Ġ L A S _______________________________________________ __________________ Ilmenti mill-pubbliku 71 62 77 111 183 170 228 132 215 ________________________________________________ __________________ Ilmenti mill- Kunsill Lokali 4 8 13 9 17 11 17 23 20
Leg 9 PQ #11557 Sitting 193 1999-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi tħallas, b'mod dettaljat mill-Ministeru tiegħu u minn kull enti li taqa' taħtu jew li fil-passat kienet taqa' taħt il-Ministeru tiegħi fil-perijodu bejn it-12 ta' Mejju 1987 sal-lum, Dr Joseph Cannataci f'salarji, benefiċċji u allowances, xahar b'xahar u bl-approvazzjoni ta' mnin saru tali ħlasijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Ministeru tas-Saħħa jew entitajiet li jaqgħu taħtu u li kienu jaqgħu taħtu fil-passat ma ħallsu xejn lil Dr. Joseph Cannataci bejn it-12 ta` Mejju 1987 u llum.
Leg 9 PQ #11561 Sitting 193 1999-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) billi jagħti l-isem, il-kunjom, l-indirizz, il-curriculum vitae, il-grad li fih ġew impjegati u l-grad li jokkupaw illum, id-data tagħhom ta' l-impjieg, f'kull każ igħid jekk qatt kienu impjegati ta' l-istess fondazzjoni forsi taħt isem ieħor kif ukoll x'salarju, benefiċċji u allowances oħra qegħdin jirċievu fis-sena u jekk l-impjieg tagħhom hux għal żmien definit jew indefinit billi jgħid ukoll meta hi l-iskadenza ta' kull kuntratt ta' xogħol ta' kull individwu rispettiv?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-lista ta` mpjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u d-dettalji mitluba joħorġu mill-kuntratti ta` kull impjegat, impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra ma Mistoqsija Parlamentari numru 10137. Il-Curriculum Vitae huma l-istorja personali ta` kull individwu u għaldaqstant kunfidenzjali. L-uniku persuna li kien diġa` impjegat tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi huwa s-Sur Emanuel Grech li oriġinarjament kien beda l-impjieg tiegħu nhar 01.10.1996 u ġie tterminat fit-31.05.1997. Huwa reġa` beda jaħdem mal-FMS fl-14.06.1999.
Leg 9 PQ #11579 Sitting 193 1999-11-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nursing aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir b'dawk li applikaw għal nursing aides madwar erba' snin ilu? Għaliex ma ntbagħatx għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-applikazzjonijiet li għalihom qed tirreferi l-Onor Interpellant kienu għall-kors ta' Nursing Aides b'risposta għal sejħa li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Lulju 1997. Billi m'hemm l-ebda intenzjoni li jinfetaħ kors ieħor ta' Nursing Aides għax il-``complement'' meħtieġ issa ntlaħaq, mhux ser tiġi proċessata s-sejħa għall-applikazzjonijiet msemmija.
Leg 9 PQ #11580 Sitting 193 1999-11-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Tal-Qroqq — Taraġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux veru li twaqqa' t-taraġ ta' ġewwa fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Jekk iva, għaliex? Kemm sewa flus?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Huwa veru li twaqqa` t-taraġ ta` ġewwa fl-Isptar il-Ġdid f'tal-Qroqq, minħabba li kien hemm bdil fid-disinji. Ix-xogħol sewa LM2000.