Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita' tad-Djar — Stallazzjoni ta' Lifts

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm saru talbiet quddiem l-awtorita' tad-djar biex jiġu stallati lifts fi blokki eżistenti tal-gvern u fi blokki eżistenti tal-privat? Kemm hu n-numru f'kull lokal? Kemm kienet l-ispiża ta' l-istallazzjoni tal-lifts fi blokki tal-privat u fi blokki tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li s'issa l-Awtorita' tad-Djar nefqet Lm934,947 għal stallar ta' lifts fi blokki tal-Gvern u Lm44,774 għal dawk stallati f'postijiet privati. L-Awtorita' approvat ukoll is-somma ta' Lm30,780 għal stallar ta' lifts taħt Skema 7.

Furjana — Category 1 Shelters Housing

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk anzjan li jiġi provdut post ta' category 1 sheltered housing ġewwa l-Furjana jistax jieħu jgħix miegħu neputi? Jekk fl-affermattiv, x'jiġri minn neputi wara l-mewt ta' l-anzjan? Tista' ġentilment tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-policy tad-dipartiment rigward category 1 sheltered housing? Kemm ġie jiswa x-sheltered housing ġewwa l-Furjana? Kemm se jkunu l-kirjiet ta' l-appartamenti? Hemm ħsieb li l-gvern jitlob rigal mill-inkwilini l-ġodda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li għalkemm il-policy dwar it-tqassim ta' postijiet ta' category sheltered housing fil-Furjana, kif ukoll il-kera ta' dawn il-postijiet, għad mhux finalizzati hu maħsub li l-kerrej ma jkunx jista' jżomm xi ħaddieħor jgħix miegħu u l-kirja tispiċċa mal-mewt tal-kerrej. Dan biex il-postijiet jibqgħu jintużaw bħala sheltered housing. Ninsab infurmata wkoll li l-proġett tax-sheltered housing fil-Furjana ġie jiswa lill-Awtorita' tad-Djar Lm108,460. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li la l-Awtorita' tad-Djar u lanqas il-Gvern ma jitolbu rigali biex jikru postijiet u mhux ser jagħmlu hekk f'dan il-każ.

Awtorita' tad-Djar — Stallazzjoni ta' Lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex l-awtorita' tad-djar waqqfet it-talba biex jiġi stallat lift għall-persuna b'diżabilita' - dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament - f'Pembroke?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-talba biex jiġi stallat lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant ġiet ikkunsidrata favorevolment mill-Awtorita' tad-Djar tant li ntalab u nkiseb il-permess tal-MEPA biex dan isir. Ninsab infurmata wkoll li, biex jiġi stallat dan il-lift, jinħtieġ li l-inkwilini jiżgumbraw il-kurituri li jagħtu aċċess mill-lift għall-bibien ta' l-appartamenti kollha. S'issa ma jidhirx li hemm qbil dwar dan bejn ir-residenti tal-blokk. Il-każ ġie riferut lid-Dipartiment ta' l-Artijiet, bħala s-sid tal-blokk in kwestjoni. Qabel ma tiġi solvuta din il-problema bejn l-inkwilini tal-blokk, l-Awtorita' ma tkunx f'pożizzjoni li tipproċedi bil-ħruġ tat-tender għall-istallazzjoni tal-lift.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar relief

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' familja - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li applikat għar-relief għax m'għandha l-ebda dħul ieħor u tinsab fi tbatija finanzjarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Nies Boarded-Out

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew nies boarded-out sena b'sena mill-1998 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Ewwel Parti tat-Tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 7150 f'Seduta Numru 185. Ninsab infurmata li n-numru ta' talbiet ġodda milqugħa fis-snin indikati għall-Pensjoni għall-Invalidita', mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kottonera — Childcare centre

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tfal għamlu użu miċ-childcare centre ta' l-Aċċess fil-Kottonera, ġimgħa b'ġimgħa bejn Jannar u Novembru 2004? Tista' tgħid kemm kien in-numru ta' impjegati li jaħdmu fiċ-childcare centre ta' l-Aċċess fil-Kottonera, ġimgħa b'ġimgħa bejn Jannar u Novembru 2004? Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa li saret biex tmexxa ċ-childcare centre ta' l-Aċċess fil-Kottonera xahar b'xahar bejn Jannar u Novembru 2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar — Xiri ta' Postijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm applikaw inkwilini tal-postijiet tal-gvern biex jixtru l-fond tagħhom mill-awtorita' tad-djar? Kemm ibbeneifikaw? Kemm kien l-ammont medju ta' sussidju għall-appartament, dar u maisonette fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Kemm kien l-average price ta' kull post qabel ma ngħata s-sussidju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar — Sussidji

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm applikaw biex jibbenefikaw minn Skema R (sussidju fuq il-kera)? Kemm ibbenefikaw? Kemm kien l-average price tal-kirja qabel is-sussidju u wara s-sussidju għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Kemm applikaw biex jibbenefikaw minn Skema 7 (għotja għall-applikanti b'diżabilita')? Kemm ibbenefikaw? Kemm kienet l-average għotja għal kull applikant għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-ewwel, it-tieni, ir-raba' u l-ħames parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8868 f'Seduta Numru 187. Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub fil-kumplament tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar — Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm applikaw biex jibbenefikaw mill-inizjattiva ta' l-awtorita' tad-djar care and repair? Kemm-il applikazzjoni ġiet aċċettata u pproċessata? Kemm ġew riferuti għal skemi oħra ta' l-awtorita' tad-djar? Kemm ma bbenefikawx mill-inizjattiva care and repair u mill-iskemi? X'kienet l-average age ta' kull applikant li bbenefika mill-inizjattiva care and repair? Tista' il-Ministru tgħid kemm kien it-total ta' flus li ħarġet l-awtorita' tad-djar għal dawk li bbenefikaw? Kemm inħarġu tenders biex kuntratturi privati jagħmlu x-xogħol għal benefikarji ta' din l-inizjattiva? Kemm kien stmat li se jiġi jiswa x-xogħol u kemm fir-realta' tħallas biex sar (ir-risposta għandha tkun għas-snin minn meta twaqqfet care and repair sal-lum, sena b'sena)? Kemm hemm persuni nvoluti biex titmexxa din l-inizjattiva care and repair? X'taħriġ ħadu f'dan ir-rigward? Kellhom l-opportunita' li jagħmlu kors Malta jew barra minn Malta? Jekk siefru, min siefer? Kemm ħallset l-awtorita' tad-djar għas-safar u biex attendew għal dawn il-korsijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li hemm sitt persuni nvoluti fit-tmexxija ta' l-inizjattiva ta' l-Awtorita' tad-Djar, Care and Repair. Permezz tal-programm ta' l-Unjoni Ewropeja 'Leonardo', erba' mpjegati ta' l-Awtorita' ingħataw taħriġ u nformazzjoni kif titmexxa inizjattiva bħal din f'Leeds u Bristol, l-Ingilterra. L-impjegati kienu, Rose Anne Debono, Lorna Pavia, Charles Ellul u Emile Lauria. Għal din iż-żjara l-Awtorita' ħarġet is-somma ta' Lm2,435 bħala parti mill-ispejjeż. Il-kumplament ta' l-ispejjeż ġew iffinanzjati mill-imsemmi programm. Ninsab infurmata wkoll li t-tagħrif mitlub fil-kumplament tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' applikanti/units ġodda mibnija mill-awtorita' tad-djar u mikrija mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali lill-istess awtorita' tad-djar u saru l-kmamar tal-banju? Min ħallas għal dawn il-kmamar tal-banju, il-benefikarju jew id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali? Kemm hu n-numru ta' units qodma li huma rekwiżizzjonati u jiġu mikrija mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali lill-applikanti ta' l-istess dipartiment li ġew irranġati mill-awtorita' tad-djar? B'liema mod l-awtorita' tad-djar iffinanzjat dawn ix-xogħlijiet? Kemm hu n-numru ta' units qodma li s-sid huwa l-gvern u li jiġu mikrija mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali lill-applikanti ta' l-istess dipartiment li ġew irranġati mill-awtorita' tad-djar? B'liema mod l-awtorita' tad-djar iffinanzjat dawn ix-xogħlijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 8830 f'Seduta nru. 192. Ninsab infurmata li f'kull wieħed mill-postijiet indikati f'dik it-Tweġiba saret kamra tal-banju li kienet finanzjata mill-Awtorita' tad-Djar. Barra minn hekk, l-Awtorita' qassmet 52 fond ieħor lil evictess f'Bormla u l-Imsida u dawn il-familji rċevew għotjiet biex jistallaw il-kamra tal-banju. Permezz ta' inizjattiva ta' l-Awtorita' meta persuna tiġi allokata post tal-Gvern mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-Awtorita' tiffinanzja xi xogħolijiet meħtieġa li jsiru mill-inkwilin sa massimu ta' Lm2,500. Il-ħlas għal dawn ix-xogħolijiet hu suġġett għall-approvazzjoni qabel isiru u spezzjoni wara li jsiru, kif ukoll iridu jiġu preżentati riċevuti fiskali. Ninsab infurmata li minn meta bdiet titħaddem din l-inizjattiva l-Awtorita' approvat is-somma ta' Lm125,200 għal dawn ix-xogħolijiet f'63 post. Fl-aħħarnett, ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita' ma żżommx statistika dwar l-informazzjoni kif mitluba fit-Tielet Parti tal-Mistoqsija.

Awtorita' tad-Djar — Kuntratti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm saru kuntratti ta' fidi ta' ċnus fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Kemm kien id-dħul finanzjarju lill-awtorita' tad-djar minn dawn il-kuntratti? Kemm saru kuntratti ta' enfitewsi fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Kemm kien id-dħul finanzjarju lill-awtoirta' tad-djar minn dawn il-kuntratti? Kemm saru kuntratti fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 fejn jidħol bejgħ ta' proprjeta' lill-benefiċċjarji? Kemm kien id-dħul lill-awtorita' tad-djar, kemm saru kuntratti fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 fejn jidħol bejgħ ta' proprjeta' lil terzi? Kemm kien id-dħul finanzjarju minn dan lill-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Impjegati

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus min-naħa ta' l-awtorita' tad-djar għall-postijiet li huma rekwiżizzjonati u għall-postijiet li l-gvern huwa s-sid biex dawn jiġu rranġati għal abitazzjoni għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar postijiet tal-Gvern hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita' tad-Djar ma żżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba li tirrigwarda postijiet rekwiżizzjonati.

Awtorita' tad-Djar — Skemi

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-iskemi li kien hemm fl-2000, 2001, 2002, 2003, 2004 fi ħdan l-awtorita' tad-djar u liema skemi twaqqfu mill-istess awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8819 f'Seduta Numru 191. Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li Skema T - Sussidju fuq Xogħolijiet ta' Rranġar fi Djar Privati Vojta biex jinkrew lill-Maltin, twaqqfet f'Ottubru 2003 peress li ma kien hemm l-ebda konkorrenza għaliha. Skema V ingħalqet temporanjament f'Settembru 2004 bil-ħsieb li tiġi varata skema ġdida għall-istallar ta' lifts kmieni s-sena dieħla.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-iskemi kollha li għandha l-awtorita' tad-djar? Min hu ntitolat biex jibbenefika minn kull skema? X'għajnuna toffri kull skema? Kemm għandu jkun id-dħul finanzjarju għal min japplika għal kull skema? Kemm hi l-għajnuna finanzjarja massima li tingħata f'kull skema? X'għajnuna toffri l-awtorita' tad-djar apparti għajnuniet finanzjarji fejn jidħlu skemi imma mhux servizzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet ta' kull skema li toffri l-Awtorita' tad-Djar.

Awtorita' tad-djar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7987 u ċ-ċertifikati mediċi annessi rigward talba quddiem l-awtorita' tad-djar biex familja b'żewġt itfal b'diżabilita' jkunu jistgħu jibbenefikaw minn skema ta' l-awtorita' tad-djar ħalli jkunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar fil-preżent u naturalment anke fil-futur, tista' il-Ministru tintervjeni sabiex il-każ jerġa' jiġi kkonsidrat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-familja li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant applikat għal għajnuna taħt Skema 7 ta' l-Awtorita' tad-Djar. Din l-iskema tipprovdi għajnuna finanzjarja biex isiru xogħolijiet f'residenzi okkupati minn persuni b'diżabilita' biex jirrendu dawn ir-residenzi adekwati għal dawn il-persuni. Peress li x-xogħolijiet mitluba mill-familja ndikata mill-Onor. Interpellant mhumiex relatati mad-diżabilita' tat-tfal, intenni li t-talba ma tistax tiġi kkunsidrata taħt Skema 7.

Awtorita' tad-Djar — Average Price

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien l-average price ta' kull post li tqassam mill-awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 qabel ma kien issussidjat? Kemm kien l-average price ta' kull post li tqassam mill-awtorita' tad-djar wara li kien issussidjat fl-2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Akkomodazzjoni Soċjali — Postijiet Battala

Question

Tista' il-Ministru tgħid separatament id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali kemm għandu postijiet tiegħu battala fil-Birgu, l-Isla u Bormla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7122 f'Seduta 181.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-postijiet hawn taħt imniżżla humiex proprjeta' tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali: 1, Triq Biswit il-Kwartier, Birgu; 4, Triq Biswit il-Kwartier, Birgu; 10, Triq Biswit il-Kwartier, Birgu; 15, Triq Hilda Tabone, Birgu; 40, Triq Hilda Tabone, Birgu; 43, Triq Hilda Tabone, Birgu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mill-postijiet indikati mill-Onor. Interpellant, dawk rekwiżizzjonati huma 1 u 4 Triq Biswit il-Kwartier, il-Birgu. Ninsab infurmata wkoll li l-postijiet l-oħra ndikati la huma propjeta' tal-Gvern u lanqas rekwiżizzjonati.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ibbenefikaw minn units ta' l-awtorita' tad-djar familji b'persuni b'diżabilita', separati, koppji, għarajjes u koppji miżżewġa fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-postijiet li ħarġu din is-sena għadhom ma tqassmux iżda dawn ġew riservati kif ġej: 55% għal koppji miżżewġa jew dawk separati bit-tfal 30% għal koppji għarajjes 10% għal persuni b'diżabilita', u 5% għal persuni single Ninsab infurmata wkoll li t-tagħrif dwar is-snin l-oħra ndikati mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.