Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15290 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bini llegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri mibdijin snin ilu biex ikun hemm pjan li jirregolarizza camping site viċin il-bajjiet fit-tramuntana ta' Malta? Jista' jgħid x'qed isir mid-dipartimenti konċernati kif ukoll mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex ikun ikkontrollat il-bini llegali li qed ikerraħ l-ambjent madwar il-kosta tat-tramuntana, u li apparti li jżid aktar perikli għas-saħħa pubblika, qed jikkawża danni lill-industrija turistika?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-pjan lokali tal-Majjistral ta` Malta jkopri 'policies' intiżi biex isolvu l-problemi assoċjati ma` 'camping sites' u wkoll jissuġġerixxi siti addadati għal dan l-użu. L-Awtorita` bħalissa qegħda taħdem fuq 'policy paper' fir-rigward ta` 'Caravans and Camping Sites'. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-policy kurrenti ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar dwar bini llegali madwar il-kosta hi skond kif stipulat fl-Att I ta` l-1992 dwar l-Iżvilupp li japplika għal żvilupp illegali f`kull żona f`Malta u f`Għawdex fejn sar bini illegali wara l-1992, minn mindu twaqqfet l-istess Awtorita`. F`dawn il-każi tinħareġ Stop and Enforcement Notice kontra s-sid ta` l-art u kontra minn jokkupa l-art meta dan ta` l-aħħar ikun magħruf u tiġi segwita l-proċedura kif indikat fl-Att imsemmi. Ninsab infurmat ukoll li minn żmien għall-ieħor l-Awtorita` tagħmel spezzjonijiet f`siti partikolari u fejn jirriżultalha li sar xi żvilupp illegali dan jitneħħa u dan isir skond ir-riżorsi li jkunu disponibbli.
Leg 9 PQ #15387 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċaturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15082, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perijodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2000 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-28 ta` Marzu tas-sena 2000, il-Pulizija qabdet 40 persuna bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riservi Naturali); u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).
Leg 9 PQ #13375 Sitting 275 2000-03-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi mikrija mill-ministeru?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5477 u għal dik li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13359.
Leg 9 PQ #15036 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Bejgħ ta' armi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar: (a) importazzjoni; (b) bejgħ; u (ċ) żamma ta' armi ornamentali? Kemm hemm armi ornamentali reġistrati mal-pulizija? Ta' liema tip huma? Kemm trid tkun ilha prodotta arma biex tiġi kklassifikata bħala ornamentali?

Response (BORG, TONIO)

Il-Policy dwar importazzjoni, bejgħ u żamma ta` armi li jkunu antiki, għadha kif kienet minn Jannar ta` l-1997. Dak iż-żmien ukoll kien ġie deċiż li l-armi kollha tan-nar manifatturati qabel l-1940 jiġu meqjusa bħala 'antiques'. Kif jien infurmat, l-armi antiki reġistrati mall-Pulizija huma kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #15037 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Armi llegali

Question

Fl-1999 u fl-ewwel xahrejn u nofs ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu armi llegali mill-pulizija? Ta' liema tip huma? X'isir minnhom? Isiru spezzjonijiet fil-ħwienet li jbiegħu l-armi biex jkun żgurat li l-armi għall-bejgħ jkunu kollha legali? Jekk iva, kemm saru f'dan l-aħħar 16-il xahar mill-1 ta' Jannar, 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul il-perijodu li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, l-armi li qabdet il-Pulizija għax kienu qed jinżammu bi ksur tal-liġi, kienu kif ġej : - air pistol 2 shotgun 6 machine gun 2 pistol 17 revolver 2 air rifle 4 firing tube 1 nuckle duster 2 slings 2 hunting knives 2 crossbow 1 rifle 2 Meta tinsab arma bi ksur tal-liġi, jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti u l-arma tkun eżebita fil-kors ta` dawn il-proċeduri. L-armi kollha importati jiġu spezzjonati mill-Pulizija qabel ma jkunu rilaxxati mid-Dwana. Ninsab infurmat ukoll li mill-1 ta` Jannar 1999 ma sarux spezzjonijiet fi ħwienet li jbiegħu armi.
Leg 9 PQ #15038 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

AFM — Membri

Question

Minbarra l-forzi tal-ordni u l-membri ta' l-armata, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f'Malta u Għawdex li għandhom permessi li jgorru armi għal protezzjoni tagħhom? X'kienu r-raġunijiet għaliex ingħata dan il-permess? Kien hemm xi applikazzjonijiet li saru matul l-1995 u fl-ewwel xhur ta' din is-sena u ġew rifjutati? Għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent m`hawn l-ebda persuna li għandha t-tip ta` liċenzja li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li fiż-żmien speċifikat ma kienx hemm applikazzjonijiet għal tali liċenzji.
Leg 9 PQ #15124 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċeda l-permess Nru. TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' cheese cakes mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15125 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz tal-permess 4690/93 kkonċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' pies fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15126 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċeda permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' soft drinks fi żona residenzjali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15127 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' ll-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz ta' permess 4690/93 kkonċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' pizza fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15128 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz tal-permess 4690/93, kkonċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' sigarri fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15129 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċeda permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' sigarri fi żona residenzjali mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15118 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz tal-permess 4690/93 ikkonċedix permess għal manifattura u bejgħ ta' tortellini fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15119 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz tal-permess 4690/93 ikkonċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' soft drinks fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15120 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċeda l-permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' tortellini mingħajr l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15121 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċedix il-permess numru TL/G/16/95 għall-manifattura u bejgħ ta' ravioli mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15122 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissjarju tal-Pulizija kkonċeda l-permess numru TL/G/16/95 għall-manifattura u bejgħ ta' pizza mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15123 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċeda l-permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' pies mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15200 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Copyright

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-qorti, sena b'sena mill-1995 sa l-2000, dwar ksur ta' copyright?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar in-numru ta` persuni mressqa l-Qorti dwar ksur tal-Copyright Act hu kif ġej : 1995 1996 1997 1998 1999 2000* ---- ---- ---- ---- ---- ---- 13 8 9 24 23 2 * Sal-24 ta` Marzu.
Leg 9 PQ #13359 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi uffiċjali tal-ministeru?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għad-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f`Seduta 124 fis-16 ta` Ġunju 1999.