Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28528 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tuck Shop

Question

Jista' l-Ministru jivverifika rapporti jekk it-tuck shop tal-iskola sekondarja tal-bniet Kanonku Pawlu Pullicino tar-Rabat hux jitmexxa mill-għalliema nfushom u jekk hux veru li waqt li jkunu qed jagħtu lezzjoni hemm għalliema li joħorġu mll-klassi għax ikun ġie d-distributur b'oġġetti għat-tuck shop?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Stqarrija tal-Kunsill Skolastiku ta' l-Iskola msemmija.
Leg 9 PQ #28534 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Pembroke

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat s' issa mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke, u meta saru, dwar il-futur tal-Iskola Primarja tal-lokalita?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dwar il-futur ta' l-iskola Primarja ta' Pembroke saret laqgħa nhar l-1 ta' Awissu 2001. Preżenti għal-laqgħa kien hemm uffiċjali mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, il-membri kollha tal-Kunsill Skolastiku u l-Kunsill Lokali ta' Pembroke. Kif jaf l-Onor. Membru l-Kunsill Lokali kellu oġġezzjonijiet għal pjanijiet oriġinali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. B'riżultat ta' din il-laqgħa, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qiegħda f'taħditiet ma' l-awtoritajiet konċernati biex jiġi identifikat sit alternattiv, liema sit irid ikun addatat għal skola moderna kif inhu meħtieġ mill-Kurrikulu Nazzjonali. Jekk u meta jiġi identifikat dan is-sit isiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #28537 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa u f' liema suġġetti: 1) fl-iskejjel sekondarji ġenerali ta' Malta u Għawdex 2) Junior Lyceums kollha 3) ex-opportunity centres, suġġett b' suġġett, skola bi skola? X' qed isir biex tittaffa l-problema ta' dan in-nuqqas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm bżonn ta' tlitt għalliema tal-Home Economics u għalliem/a tal-Physics kif indikat hawn taħt: Skola Suġġett Lezzjonijiet Gżira BSS Home Economics 8 Mtarfa BSS Home Economics 9 Cospicua GSS Home Economics 24 Marsa GS Home Economics 6 St Andrews GSS Home Economics 6 Gżira BSS Physics 24 Informat ukoll li billi f'dawn is-suġġetti ma hemmx għalliema regolari ħarġet diġa' s-sejħa għall-għalliema każwali.
Leg 9 PQ #28540 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tfal b' Diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi pendenti ta' tfal b' diżabilita' li jridu jiġu proċessati biex jingħataw l-għajnuna meħtieġa għall-edukazzjoni tagħhom peress li ġenituri li qed iċemplu dwar uliedhom qed jgħidulhom li għadhom qed jiġu proċessati każi mressqa fis-sena 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li każi pendenti hemm: Sena Skejjel Statali Skejjel tal-Knisja 1999 45 8 2000 21 8 2001 93 8 Informat ukoll li minn mindu ilu mwaqqaf l-Istatementing Moderating Panel ra 136 każ fi żmien 3 xhur. Dan barra dawk li dehru quddiem l-Appeals Board.
Leg 9 PQ #28450 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ġew aċċettati f'xi kors ta' xi wieħed mill-istituti tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknologija? F'liema istituti? U kemm kull istitut?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 28076.
Leg 9 PQ #28462 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex tintlaqa' t-talba li saret mill-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament fis-27 ta' Awissu 2001 dwar it-tifel tagħhom għal raġunijiet umanitarji

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-talba li saret referenza għaliha kienet ġiet milqugħa.
Leg 9 PQ #28523 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bullying

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu fl-iskola sekondarja tas-subien ta' Ħal Qormi fejn qed jiġru nċidenti frekwenti ta' bullying minn studenti ta' l-ogħla klassijiet fuq studenti ta' l-ewwel klassijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola sekondarja ta' Ħal Qormi s-sitwazzjoni rigward l-ibbuljar hi waħda normali li tixbaħ kull skola sekondarja tas-subien ġo Malta jew Għawdex. L-affermazzjoni ta' l-Onor. Membru li hemm xi inċidenti frekwenti minn studenti ta' l-ogħla klassijiet fuq studenti ta' l-ewwel klassijiet tidher infondata. Madanakollu, l-amministrazzjoni ta' l-iskola flimkien mal-Kunsill Skolastiku u uffiċjali mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed jimpenjaw ruħhom kontra l-ibbuljar. Dan qed isir permezz ta' programm li qed jitħejja apposta u li għandu jibda b'laqgħa għall-iżvilupp ta' l-istaff ta' l-iskola dwar it-tema ta' l-ibbuljar. Dan il-programm hu biss il-bidu ta' ħidma estensiva li ser tinvolvi lill-għalliema, lill-ġenituri u fl-aħħar u ċertament mhux l-inqas lill-istudenti infushom.
Leg 9 PQ #28525 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mellieħa — Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex t-tifla li isimha qed jintbagħat separatament tingħata l-għajnuna neċessarja biex tkun tista' jibda' tattendi l-kindergarten tal-Mellieħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tifla msemmija l-ewwel ser tiġi assessjata mill-Istatementing Moderating Panel.
Leg 9 PQ #28569 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club

Question

Jista' l-Ministru jispjega x' inhu jiġri fil-Kumitat tal-Marsa Racing Club peress li minkejja li diġa beda l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel, s' issa jidher li dan il-kumitat mhux qiegħed jiffunzjona?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel jibda fl-14 ta' Ottubru u mhux kif qal l-Onor. Membru jiġifieri li l-istaġun diġa` beda. Il-Kumitat tat-tmexxija tal-Malta Racing Club huwa attiv ħafna. Din il-ħidma tidher ukoll mir-riżultati finanzjarji li kellu l-Malta Racing Club is-sena li għaddiet. Dan ma jfissirx li m'għadx hemm xi jsir biex tkompli tirranġa s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Club. Kull Membru tal-Kumitat ġie nfurmat, permezz ta' ittra, bis-sitwazzjoni finanzjarja tal-Club. F'din l-ittra ġie spjegat ukoll għaliex inħass il-bżonn li ssir bidla fit-tariffi. Kemm il-Kumitat tat-tmexxija u l-Kumitat Eżekuttiv jiltaqgħu regolarment b'sistema amministrattiva organizzata, bħal kull assoċjazzjoni professjonali.
Leg 9 PQ #28440 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti suġġett b'suġġett għas-sessjoni ta' Settembru 2001 fl-eżamijiet 1) tas-SEC 2) Advanced 3) Intermediate 4) Systems of Knowledge X'riżultati nkisbu f'dawn l-eżamijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28441 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istituzzjoni Post-Sekondarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti għall-istituzzjoni post-sekondarji għal din is-sena skolastika l-ġdida? 1) tal-knisja ? 2) indipendenti ? Kemm ġew aċċettati? X'inhuma l-kriterji li bihom jiġu aċċetti l-istudenti? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-kriterji fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li applikaw għall-istituzzjonijiet post-sekondarji u dawk li ġew aċċettati matul din is-sena fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti huwa kif se nsemmi: Skejjel tal-Knisja Applikaw Studenti li ġew Kriterji aċċettati De La Salle College 420 100 Sistema ta' Kredits St Aloysius College 394 210 Il-kriterji huma pubblikati fil- Prospektus li hu pubbliku Skejjel Indipendenti Applikaw Studenti li ġew Kriterji aċċettati St Edwards 68 64 Il-kriterji huma pubblikati fil- Prospektus li hu pubbliku Verdala International 28 28 Normalment jiġu promossi minn Grade 10
Leg 9 PQ #28442 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Has the order of merit, based on the criteria described in the relative prospectus, been published as regards the MCAST Foundation Programme Computing - Code 5/1, 5/2 and 5/3. If not, what was the reason for the departure from established procedure?

Response (GALEA, LOUIS)

Full lists with order of merit will be published when the second call for applications, which closed on Friday 5th October 2001, is processed.
Leg 9 PQ #28445 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-Junior Lyceum tal-Bniet Sir Adrian Dingli li qed jitħallew bla kotba għax ma rritornawx li kellhom peress li nsterqulhom? Hija ġusta li dawn jitħallew bla kotba meta mhux tort tagħhom li l-kotba nsterqulhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Sir Adrian Dingli kien hemm studenta waħda li ma ngħatatx kotba, għax ma rritornatx sitt kotba minn tas-sena l-oħra. Hija policy li min ma jirritornax lura l-kotba kollha, ma jingħatax kotba ġodda, qabel ma jsir il-ħlas għall-kotba mitlufa jew misruqa.
Leg 9 PQ #28446 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu biex it-tfal tal-ewwel sena fl-iskola tal-primarja (Mellieħa) ma jitħallewx bla għalliema regulari fil-jiem u ġimgħat li ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tfal ta' l-Ewwel Klassi ta' l-iskola Primarja Mellieħa, qed jiġu mgħallma minn għalliema supplenti sakemm l-għalliema regolari tagħhom terġa' tibda tirraporta għax-xogħol regolarment.
Leg 9 PQ #28506 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi direttiva mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jew mill-Ministeru dwar basktijiet bir-roti użati mill-istudenti? Jekk iva, din tapplika wkoll għall-iskejjel tal-privat u tal-knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23288 u ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ċirkolari bl-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #28509 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumpless Sportiv tal-Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq il-proġett tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera? Meta hu ppjanat li jinfetaħ uffiċċjalment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq il-proġett tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera hu maħsub li jitlesta wara Lulju 2002. Hu ppjanat li l-Kumpless jinfetaħ uffiċjalment fil-bidu tas-sena 2003.
Leg 9 PQ #28570 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ground — Skola

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir diskusjoni biex il-ground li hemm fl-iskola Maragaret Morte Santa Lucija tkun aċċessibli għar-residenti tal-viċinanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istajdu l-politika addottata f'materji bħal dawn imqajjma mill-Onor. Membru, hija li t-talba għal aċċess ta' proprjeta` ta' skola partikolari għandha tiġi negozjata mal-Kunsill Skolastiku ta' dik l-iskola.
Leg 9 PQ #27572 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27443?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni ħarġet dawn is-sejħiet għal applikazzjonijiet: 1. Part-time Post (TR3) fil-Lingwi Moderni bi Speċjalizzazzjoni fit-Tagħlim tal-Franċiż. 2. Part-time Post (TR3) fil-Lingwi Moderni bi Speċjalizzazzjoni fit-Tagħlim tat-Taljan. 3. Part-time Post (TR3) fil-Lingwi Moderni bi Speċjalizzazzjoni fit-Tagħlim tal-Ġermaniż. 4. Post fil-Home Economics. 5. Post fil-Resources and Information and Communications Technology in Education. 6. Post ta' Assistent Reċerkatur (Teacher's Resource Centre). 7. English Language Methodology and Assessment (Department of Arts and Languages in Education) 8. English Language Development (Primary) 9. Early Childhood Education (Primary) 10. Physical Education (Department of Maths, Science and Technical Education). Informat ukoll li għadha ma saret ebda ħatra għall-postijiet imsemmija, iżda qegħdin isiru l-proċeduri meħtieġa biex jiltaqgħu s-Selection Boards sabiex isiru l-ħatriet.
Leg 9 PQ #28412 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28213?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba oriġinali.