Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7371 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' varjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7060 u jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7479 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħ'Attard — Triq Santa Katerina - camera

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7246, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija dwar il-camera li tinsab fi Triq SAnta Katerina f'Ħ'Attard fejn il-Maypole? Jista' l-Ministru jivverfika l-operat ta' din il-camera?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kumitat tar-Reġjun Ċentrali li l-camera li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant titħaddem b’mod manwali billi persuna tara dak li jseħħ mill-iscreen u toħroġ kontravenzjoni għal kull abbużż li tara. Intant infurmat li la r-Reġjun Ċentrali u lanqas l-Uffiċċjal Awtorizzat ma rċivew xi allegazzjoni ta’ abbuż relatat mal-camera msemmija. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b’xi abbuż partikolari nistiednu jgħaddili d-dettalji ħalli d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jkun jista’ jinvestiga l-każ.
Leg 12 PQ #7491 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — top Management Positions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marza s’issa? Jista’ jipprovdi lista ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema 'management positions' qed jagħmel referenza għalihom.
Leg 12 PQ #7503 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħaġar Qim — turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru Ħaġar Qim f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7504 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Tempji tal-Imnajdra — turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru it-Tempji tal-Imnajdra f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7505 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Palazz tal-Inkwiżitur — turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7506 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Forti Rinella — turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru il-Forti Rinella f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-snin 2011, 2012 u 2013 kif provduta minn Fondazzjoni Wirt Artna li tieħu ħsieb il-Forti Rinella. Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Wirt Artna bdiet iżżomm statistika b’sistema elettronika mill-2011 u għaldaqstant l-informazzjoni għas-snin preċedenti għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7507 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Għar Dalam — Turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru Għar Dalam u l-mużew tiegħu f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3416 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – professjoni ta’ food handling

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’inhu l-iskop li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi jgħallem dwar il-professjoni tal-food handling? Jikkonferma li l-osservanza tar-regolamenti dwar food handling huma essenzjali għall-industrija tat-turiżmu f’pajjiżna?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li kull persuna li tipprepara, isservi jew tbiegħ ikel u xorb għal konsum trid tkun fil-pussess ta’ food handler’s licence, l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi joffri tagħlim f’dan il-qasam. Dwar it-tieni mistoqsija, ir-risposta hija fl-affermattiv.
Leg 12 PQ #7320 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Elezzjonijiet tal-kumitat amministrattiv

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-elezzjonijiet tas-sittax-il kumitat amministrattiv humiex se jsiru flimkien ma’ dawk tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi peress il-liġi ma tispeċifikax f’liema xahar għandhom isiru l-elezzjoniet tal-Kumitati Amministrattivi u jekk dawn jistgħux jitressqu ‘l quddiem jew lura (bħalma jsir fil-każ tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali), qed jintalab parir mill-Avukat Ġenerali jekk l-elezzjonijiet tal-Kumitati Amministrattivi jistgħux isiru ma’ dawk tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej.
Leg 12 PQ #7321 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma meta se tkun l-elezzjoni li jmiss biex jiġi elett il-kunsill lokali ta’ kull lokalità f’Malta u Għawdex?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi, l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li jmiss ser isiru f’Marzu 2015. Dawn ikopru 34 Kunsill. L-elezzjonijiet tal-bqija tal-Kunsilli Lokali isiru f’Marzu 2017. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Skeda ta’ kif ser isiru l-elezzjonijiet ta’ kull Kunsill Lokali bejn l-2015 u l-2023.
Leg 12 PQ #7322 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Żgħażagħ ta’ sittax-il sena – dritt għall-vot

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadu ma ġiex ippubblikat l-abbozz ta’ liġi li jagħti d-dritt lill-persuni ta’ sittax-il sena jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali? Dawn iż-żgħażagħ li għalqu s-sittax-il sena se jkollhom dritt jivvutaw f’Mejju li ġej fl-elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi li tagħti d-dritt lill-persuni ta’ sittax-il sena jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ser tiġi ppubblikata din il-ġimgħa. L-emenda proposta ser tagħti d-dritt tal-vot liż-żgħażagħ ta’ sittax-il sena fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali mis-sena 2015.
Leg 12 PQ #7329 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Mellieħa, l-Imġarr u San Pawl il-Baħar: Xogħlijiet ta’ tindif u ġbir ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġie jiswa x-xogħol marbut mal-ġbir ta’ skart, knis, qtugħ ta’ ħaxix fil-kampanja u ġbir ta’ bulky refuse xahar b’xahar, separatament, għal kull wieħed minn dawn ix-xogħlijiet differenti għas-snin 2011, 2012 u 2013 fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr u San Pawl il-Baħar rispettivament?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7330 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – rotot ġodda tat-trasport pubbliku

Question

Issa li ġew ippubblikati r-rotot li fuqhom suppost se jibda jaħdem it-trasport pubbliku meta jkun hemm l-operatur il-ġdid, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu s-suġġerimenti li saru mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, li ġew aċċettati bħala parti mir-rotot il-ġodda? Liema kienu l-proposti minn dawn l-istess kunsilli li ma ġewx aċċettati?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba rilevanti għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, hekk kif provduta mill-istess Kunsill. Intant infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr li ma ħassx il-bżonn li jagħti suġġerimenti fir-rigward tar-rotot ġodda. Infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li uffiċċjalment għadu qed jistenna d-dettalji fir-rigward tar-rotot ġodda.
Leg 12 PQ #7141 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali tar-reġjun t’Għawdex – skemi mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Kunsilli Lokali tar-reġjun t’Għawdex ibbenefikaw minn fondi taħt skemi li ġew imnedija mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali mill-1 ta’ April 2013 sal-aħħar ta’ Diċembru 2013? Jista’ jgħid mil-liema skema kull kunsill ibbenefika u kemm ħa fondi taħt kull skema?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7142 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali tax-Xagħra (Għawdex) – kuntratti ta’ servizz

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6799, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u ċioè min ħa l-kuntratti tas-servizz li ta l-Kunsill Lokali tax-Xagħra u kemm huwa l-ħlas għal kull persuna li ħadet dawn il-kuntratti ta’ servizz?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7247 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex – Tempji tal-Ġgantija — rapport

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7086, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar dwar il-Ggantija mill-Prof Alex Torpiano?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport.
Leg 12 PQ #7254 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Mellieħa — servizz ta' funikular

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għadux qed jippjana li jsir xi forma ta' cable car/funikular bejn il-Mellieħa u l-Għadira? Fiex waslu l-pjanijiet għal dan il-proġett?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li dan il-proġett ma jistax ikun iffinanzjat mill-Kunsill waħdu. Il-Kunsill Lokali madanakollu lest li jidħol f’xi forma ta’ private public partnership mas-settur privat li jista’ jkun interessat jinvesti. Fi kwalunkwe każ, l-ewwel jeħtieġ li jsiru l-istudji li jistabbilixxu l-vijabilità tal-proġett.
Leg 12 PQ #7316 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Interim From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – Żoni Turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema żoni huma kklassifikati bħala żoni turistiċi f’pajjiżna? X’għajnuniet irċevew is-sena l-oħra l-kunsilli lokali ta’ dawn iż-żoni mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6649 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Transport Malta – Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux impjegat tal-Air Malta u jekk għadux b'leave bla ħlas kif kien meta kien jokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid min approva dan il-leave bla ħlas mil-2008 sal-lum u għal liema raġuni qed jiġi imġedded?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna in kwistjoni m’għadux impjegat tal-Air Malta.