Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Industrija mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu indikat ma ġie mpjegat ebda ħaddiem ġdid mad-Dipartiment ta' l-Industrija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti dwar kontijiet esaġerati tad-dawl u l-ilma li ntbagħtu lill-konsumaturi f'Settembru? Jista' jgħid għaliex, ħafna konsumaturi rċevew kontijiet li huma ferm ogħla mis-soltu? Jista' jgħid kemm-il konsumatur talab li ssir spezzjoni fid-djar tagħhom biex il-meters jiġu ċċekkjati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li qed jinħarġu fil-preżent huma ferm irħas milli kienu jkunu li kieku l-Gvern preżenti ma biddilx ir-rati li kienu ġew stabbiliti mill-Gvern Laburista.
L-informazzjoni oħra mitluba dwar ilmenti mill-pubbliku u iċċekjarta' meters qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Enemalta mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat, li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza, ġew impjegati erbgħin ħaddiem ġdid mal-Korporazzjoni Enemalta. Disgħa u tletin minn dawn il-ħaddiema ġew impjegati wara li nkiseb il-permess relattiv mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Minn dawn erbgħa u tletin huma ex-xufiera impressed li ġew impjegati wara deċiżjoni tal-Gvern preżenti. F'każ wieħed, dak ta' Segretarju tal-Bord tad-Diretturi fuq bażi part-time, il-ħatra saret mill-imsemmi Bord.
Matul il-perjodu msemmi ġie ngaġġat ukoll apprentist taħt l-iskema ta' Apprentist Tekniku sabiex ikompli t-tieni sena tal-Kors.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20284?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-possibilta' ta' titjiriet diretti bejn Malta u Hong Kong għadha qed tiġi evalwata u għalhekk f'dan l-istadju ma jkunx prudenti li jingħataw dettalji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20285?
Response (BONNICI, JOSEF)
Diġa kien hemm diversi inizjattivi bejn il-METCO u l-Hong Kong Trade Development Council (HKTDC).
F'Ġunju li għadda l-METCO organizzat seminar intitolat 'Doing Business with Hong Kong'. Sussegwentement il-HKTDC offra l-faċilitajiet tiegħi biexisir seminar dwar l-opportunitajiet li toffri Malta għal negozjanti minn Hong Kong interessati fi swieq Ewropej u ta' l-Afrika ta' Fuq. Saru wkoll diskussjonijiet ma' l-uffiċjali ta' l-HKTDC f'Milan fejn ġew esplorati l-prospetti ta' koperazzjoni aktar viċina bejn dan il-Kunsill u l-METCO.
Kien hemm ukoll bdil ta' personnel bejn il-HKTDC u l-METCO fejn rappreżentant ta' l-azjenda Maltija ingħata taħriġ intensiv fuq il-faċilitajiet ta' l-HKTDC u tal-Hong Kong Convention and Exhibition Centre.
Barra minn dan bħalissa hemm għaddejjin diskussjonijiet biex jiġi finalizzat ftehim ta' koperazzjoni bilaterali bejn il-METCO u l-HKTDC. Fost affarijiet oħra dan il-ftehim ser ikopri l-użu ta' xi servizzi tal-METCO mill-HKTDC għal xi inizjattivi tagħhom fil-Mediterran.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda trasferiment ta' ħaddiema mill-Uffiċju Ċentrali ta' l-Istatistika matul il-perjodu msemmi.
Trasferimenti, inklużi dawk fil-futur, isiru skond l-esiġenzi ta' l-Uffiċju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru ta' din is-sena, kien hemm trasferiment ta' 29 ħaddiem fil-Korporazzjoni Enemalta. Dawn it-trasferimenti saru minħabba esiġenza ta' xogħol.
Trasferimenti fil-futur jistgħu jsiru skond il-ħtiġijiet tal-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal sittin mistoqsija li jitrattaw l-istess materja. Il-mistoqsijiet huma dawk li jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru ta' l-Ekonomija — Karozzi/vannijiet/vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vannijiet/vetturi eċċ li kellu mikrija l-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Kemm kienet tinvolvi l-ispiża għal dawn l-inġenji u nkluż il-fuel tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena inkrew 24 vettura mill-Ministeru u d-dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi. L-ispiża minfuqa fuq dawn il-vetturi kienet tammonta għal Lm41,848.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jibqa' jintbagħat kont ta' l-ilma u d-dawl fl-indirizz ta' din il-persuna, li d-dettalji qed jintbagħatu separatament, li ilha xhur sħaħ li mietet?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir il-verifika meħtieġa u eventwalment jittieħdu l-passi neċessarji.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19746?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li r-raġuni għaliex it-toroq imsemmija kienu għal xi ġranet bla dawl kienet li kien hemm ħtieġa li ssir manutenzjoni tal-bozoz fl-istess toroq. Fil-fatt din il-manutenzjoni saret.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-qtugħ spiss li qed ikun hemm fil-provvista ta' l-ilma ta' Fl.7, Ent C, Binja 21.09.64, Ta' Żwejt?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ġiet infurmata bl-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant u wara li ssir l-investigazzjoni meħtieġa, jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.`
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-security guards, impjegati ma' l-Enemalta, ingħatawx l-uniformi tas-sajf? Jekk le, għaliex? Se jingħataw uniformi tas-sajf is-sena d-dieħla?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Uffiċju tas-Sigurta' tal-Korporazzjoni Enemalta għadhom ma ingħatawx l-uniformi tas-Sajf peress li l-proċeduri ta' l-aġġudikar ta' l-offerti ħa ftit taż-żmien aktar mis-soltu. Pero' issa l-proċess spiċċa u saret l-għażla tal-kuntratturi li offrew li jfornu dawn l-uniformijiet.
Għaldaqstant l-Uffiċjali tas-Sigurta' ser jingħataw l-uniformi li huma ntitolati għaliha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Water Services Corporation mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma impjegat tmien ħaddiema ġodda. Sebgħa minnhom ġew impjegati wara li nkiseb il-permess meħtieġ mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, filwaqt li wieħed ġie mpjegat skond il-provvedimenti ta' l-Att ta' l-1990 dwar l-Impjiegi u Servizzi ta' Taħriġ.
Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tan-negozjati bejn l-Airmalta u Lufthansa dwar il-Cargo Section?
X'se tkun il-pożizzjoni tal-ħaddiema, kemm-il darba jsiru l-arranġamenti bejn iż-żewġ kumpanniji ta' l-ajru?
Response (BONNICI, JOSEF)
In-negozjati li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant għadhom sejrin u f'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 15434 waqt is-Seduta numru 284, għajr li dawn in-negozjati mhux mistenni li jkollhom xi effett fuq il-pożizzjoni tal-ħaddiema ta' l-Air Malta.
Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma — Trasferimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza, 3ċ ħaddiem ġew trasferiti minn sezzjoni għal oħra tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Ir-raġunijiet għaliex saru t-trasferimenti huma:
1 peress li ingħata promozzjoni
8 biex jimtlew vakanzi
8 fuq talba tagħhom stess
3 biex tissaħħaħ sezzjoni
4 għaliex tneħħew il-ħaddiema minn sezzjoni
1 biex jagħmel xogħol relatat mal-grad tiegħu
1 għaliex inħolqot sezzjoni ġdida
1 irritorna fis-sezzjoni fejn kien qabel
1 għal raġunijiet ta' saħħa
2 biex jgħinu sezzjoni oħra
Il-Korporazzjoni dejjem ittrasferiet il-ħaddiema skond il-ħtieġa tax-xogħol u l-esiġenzi tas-servizz u dan japplika wkoll għall-futur.