Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25732 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.
Leg 12 PQ #25733 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Isptar Mater Dei għas-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.
Leg 12 PQ #25734 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Carmeli għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.
Leg 12 PQ #25735 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli – Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Isptar Monte Carmeli għas-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.
Leg 12 PQ #25778 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma n-nurses Għawdxin li jaħdmu Malta? Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm total ta’ 61 infermiera Ghawdxin li jahdmu Malta. Minn dawn hemm 36 irgiel u 25 nisa.
Leg 12 PQ #25779 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba Għawdxin li jaħdmu Malta? Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm total ta’39 tobba Ghawdxin li jahdmu Malta. Minn dawn hemm 14–il ragel u 25 mara.
Leg 12 PQ #25799 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Paramedic Aid

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25689, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati l-Paramedic Aids?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25689.
Leg 12 PQ #25857 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Analiżi ta’ kampjuni tal-ilma baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’analiżi ssir għal dak li jirrigwarda kampjuni tal-ilma li jittieħed mill-baħar? X'tip ta’ kontaminazzjoni tiġi verifikata minn din l-analiżi? Għal dak li jikkonċerna l-kampjuni li ttieħdu minn San Pawl il-Baħar, jista’ jagħti tagħrif dwar liema kontaminazzjoni rriżultat? Jista’ jassigura li m’hemm l-ebda problema biex in-nies jgħumu f'dawn l-inħawi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ta’ kull sena jwettaq il-programm ta’ monitoraġġ fuq il-kwalita` tal-ilma baħar skont ir-Regolamenti 125 tal-2008 dwar il-Maniġġar tal-Kwalita’ tal-Ilma Tajjeb għall-Għawm li jittrasponu d-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan jirrikjedi analiżi għal żewġ parametri mikrobijoloġiċi li huma l-Eschericia Coli u Enteroċoċċi intestinali. F’każ li jirriżulta li jkun hemm kontaminazzjoni minn wieħed minn dawn il-mikrobi dan jindika li jista` jkun hemm kontaminazzjoni ġejja minn xi sistemi tad-drenaġġ. Fir-rigward ta’ kampjuni tal-ilma baħar li ttieħdu minn dan id-Direttorat minn San Pawl il-Baħar bħala parti minn dan il-programm ta’ monitoraġġ, s’issa l-ebda riżultat ma indika li kien hemm xi kontaminazzjoni li tipprojbixxi l-pubbliku milli jgħum f’dawn l-akkwati. Ghaldaqstant sallum ma hemm l-ebda raġuni li dan id-Direttorat jirrakomanda li m’għandux isir għawm fl-akkwati ta’ San Pawl il-Baħar.
Leg 12 PQ #25724 Sitting 398 2016-06-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech- swali refurbished

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema swali ġew refurbished fl-Isptar Karin Grech mis-sena 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm kienet in-nefqa kapitali fuq dan ix-xogħol? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu dan ix-xogħol? Ix-xogħol ingħata b’tender jew b’direct order? Kemm minn dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema tal-Gvern li huma stazzjonati fl-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gewwa l-Isptar Karen Grech sar refurbishment go l-RW4 u RW7 u n-nefqa kienet ta’€362,425. Ix-xoghol kollu sar mill-haddiema tal-gvern.
Leg 12 PQ #25725 Sitting 398 2016-06-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar San Luqa – refurbishment ta’ swali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema swali ġew refurbished u liema xogħol sar fl-Isptar San Luqa u l-precinct tal-istess sptar mis-sena 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm kienet in-nefqa kapitali fuq dan ix-xogħol? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu dan ix-xogħol? Ix-xogħol ingħata b’tender jew b’direct order? Kemm minn dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema tal-Gvern li huma stazzjonati l-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gewwa l-Isptar San Luqa sar refurbishment gewwa l-Amputee Rehab Unit u n-nefqa kienet ta’€ 55,298 .Ix-xoghol kollu sar mill-haddiema tal-gvern.
Leg 12 PQ #25726 Sitting 398 2016-06-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Central Procurement and Supplies Unit – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13246.
Leg 12 PQ #25727 Sitting 398 2016-06-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Central Procurement and Supplies Unit – rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) għas-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25728 Sitting 398 2016-06-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżerija tal-Għala Tiegħek – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25729 Sitting 398 2016-06-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) għas-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25718 Sitting 397 2016-06-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar San Luqa – Garaxx tal-ambulanzi – porters — overtime

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-ħlas tal-overtime tal-porters tal-garaxx tal-ambulanzi fl-Isptar San Luqa ġiex imħallas għax-xahar ta’ April 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-hlas tal-overtime tal-porters tal-garaxx tal-ambulanzi fl-Isptar San Luqa ha jigi imhallas mal-paga li jmiss.
Leg 12 PQ #25719 Sitting 397 2016-06-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Kiri tal-ambulanzi — tender

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min rebaħ it-tender għall-kiri tal-ambulanzi u jekk hijiex l-istess kumpanija li rebħet it-tender biex jissewwew l-ambulanzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt ghal kiri ta ambulanzi, mhux ghal emergenza (non emergency ambulances), inghata lil Cardona Engineering Works b’sejha ghal-offerti. Dawn l-Ambulanzi jissewwew direttament mill-agent.
Leg 12 PQ #25720 Sitting 397 2016-06-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tfal li jbatu bit-Type 1 Diabetes – labar 4mm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb biex tfal żgħar bit-Type 1 Diabetes jibdew jingħataw labar tal-4mm?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-awtoritajiet tas-Sahha qeghdin jiddiskutu din it-talba mal-esperti klinici.
Leg 12 PQ #25721 Sitting 397 2016-06-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tfal li jbatu bl-epilessija, dijabete u ADHD – nurses – amministrazzjoni tal-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għandhom nurse jew professjonisti mediċi oħra permanenti biex jamministraw mediċini lit-tfal b’kundizzjonijiet ta’ saħħa bħall-epilessija, dijabete, ADHD, eċċ.?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din id-domanda lill-Ministru kkoncernat.
Leg 12 PQ #25722 Sitting 397 2016-06-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dawk il-pazjenti li jkun rahom speċjalista jew konsulent u ddeċieda li għandhom bżonn operazzjoni imma għadhom ma ngħatawx data, fil-fatt humiex ikunu kkalkulati man-numru ta’ pazjenti fuq il-waiting list tal-operazzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull persuna li konsulent jew specjalista ikun irregistraha ghall-operazzjoni hija meqjusa bhala fuq il-waiting list.
Leg 12 PQ #25723 Sitting 397 2016-06-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni appuntati fuq bażi ta’ position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25569, 24002, 21476, 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid: a. l-isem tal-persuna appuntata; b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna; c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna; d. min għażel lill-persuna; e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna; f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata; g. min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum; h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tingabar.