Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — top Management positions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marza s’issa? Jista’ jipprovdi lista ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema management positions qed jagħmel referenza għalihom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-drabi bejn Jannar 2008 u Marzu 2013 li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għamlet użu minn helicopter tal-Forzi Armati u x’kienu l-okkażjonijiet li għalihom sar dan l-użu? Jista’ jagħti d-data ta’ kull okkażjoni? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull okkażjoni? Jista’ jgħid min kienu l-passiġġieri li akkumpanjawha f’kull titjira?
Response (MALLIA, EMANUEL)
DATES
AIRCRAFT
TIME
VIP
POBs
EST AMOUNT (€)
29/05/12
ALL III
00:35
Hon. G. Debono
NIL
€ 711.08
29/05/12
ALL III
00:30
Hon. G. Debono
NIL
€ 613.00
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop tat-titjiriet kien jinżamm sigriet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-drabi bejn Jannar 2008 u Marzu 2013 li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għamel użu minn helicopter tal-Forzi Armati u x’kienu l-okkażjonijiet li għalihom sar dan l-użu? Jista’ jagħti d-data ta’ kull okkażjoni? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull okkażjoni? Jista’ jgħid min kienu l-passiġġieri li akkumpanjawh f’kull titjira?
Response (MALLIA, EMANUEL)
DATES
AIRCRAFT
TIME
VIP
POBs
EST AMOUNT (€)
1/6/12
AL III
00:45
Hon. C. Said
NIL
919.5
DATES
AIRCRAFT
TIME
VIP
POBs
EST AMOUNT (€)
05/10/2008
AL III
000:35
Hon. L. Gonzi
Dr C Said
711.08
12/12/2011
AL III
000:40
Hon. L. Gonzi
Dr C Said + 2 PAX
821.42
12/12/2011
AL III
000:40
Hon. L. Gonzi
Dr C Said + 2 PAX
821.42
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-iskop tat-titjiriet kien jinżamm sigriet.
Jista’ l-Ministru jispjega jekk intalabx permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħol strutturali li qed issir fl-Uffiċċju tal-Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? X’inhu n-numru tal-applikazzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li sar fl-uffiċju tal-Agent Direttur tal-Faċilità Korretiva ta’ Kordin ma’ kienx jirrikjedi bini ġdid jew estensjonijiet ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta’ reati jew talbiet għal assistenza daħlu għand il-vice squad, ALE u l-għases tal-1 sad-9 Distrett tal-Pulizija, il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 bejn it-3:00p.m. u nofsillejl?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox saru disa’ u għoxrin rapport lill-Pulizija fil- ġurnata u matul il-ħin msemmi mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kif kienu detailed il-pulizija li servew bħala waiters fl-ikla tal-Girgenti tal-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li naħseb li kont eżawrjenti u ġust fit-tweġibiet li tajt għall-sbatax il-mistoqsija parlamentari dwar din l-attivita’. Ma’ narax li hemm raġuni valida għaliex dawn id-dettalji għandhom ikunu ppublikati.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ġew trasferiti l-11-il persuna lejn l-Malta Security Service fl-1 ta’ Lulju 2013 ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 2731. F’numru ta’ domandi dwar l-Malta Security Service, għedt li mhuwiex fl-interess nazzjonali li jiġu żvelati dettaliji. Suppost l-Onorevoli Interpellant li jixxedowja dan l-Ministeru huwa nfurmat b’dan.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew iċ-Chief of Staff tiegħu kinux fuq l-interviewing board li approva t-transfers lejn il-Malta Security Service li saru fl-1 ta’ Lulju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istess risposta li tapplika għad-domanda preċedenti, hija ukoll valida f’dan il-kuntest. Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’rabta ma’ dan l-allegat każ, il-kap tal-oppożizzjoni kien qal li għandu fiduċja fil-Malta Security Service.
B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7301, jista’ l-Ministru jippreċiża min huwa d-direttur tal-kumpanija li twaqqfet jew se titwaqqaf? Jista’ jwieġeb ukoll il-parti l-oħra tal-mistoqsija u jgħid jekk parti minn dan il-fond intefaqx jew ġiex committed u jekk dan sarx wara sejħa pubblika?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellan li il-kumpanija għada ma twaqqfitx. Sa issa saru laqgħat ta’ diskussjoni mal-MIMCOL sabiex ikun stabillit eżatt x’se jkun l-irwol tal-kumpanija. Għadu ma ġiex stabillit min se jkunu d-diretturi ta’ din il-kumpanija. Dan il-fond la intefaq u lanqas ġie ‘committed’.
Konferenza tal-European Broadcasting Union – pulizija biċ-ċertifikat ta’ food handler
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pulizija, li sajjar u serva l-ikel għall-ikla tal-Palazz tal-Girgenti tal-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 fl-okkażjoni tal-konferenza tal-European Broadcasting Union kellu ċertifikat ta’ food handler maħruġ mill-Food Safety Commission?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi, l-membri tal-Korp li sajjru jew servew l-ikel fl-okkazzjoni imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, kellhom ic-certifikati meħtiega.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li minn issa ’l quddiem il-pulizija mhux se jibqgħu joħorġu akkużi fuq ksur tal-Food Safety Act?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-pulizija toħroġ akkużi għall ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar Sigurta fl-ikel jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, fuq ir-rapport tal-awtorita tas-saħħa. Għalissa ma’ hemm l-ebda ħsieb li din il-proċedura tinbidel
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Avviż Legali 178 tal-2001, kif emendat bl-Avviżi Legali 137 u 426 tal-2007 ġiex osservat mill-Korp tal-Pulizija qabel u waqt l-ikla tal-Palazz tal-Girgenti tal-Ħamis 27 ta’ Ġunju 2013 fejn Pulizija sajru u servew l-ikel?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-avviżi legali msemmija mill-Onorevoli Interpellant ġew osservati.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – xogħlijiet fuq l-Uffiċċju tal-Aġent Direttur
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-quotes li ntalbu għax-xogħol kollu li qed isir fl-Uffiċċju tal-Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin inkluż tal-madum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija 6929 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Ara dokument Nru. 2264 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 116 tat-Tlieta, 4 ta' Frar 2014
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal tiġdid tal-karta tal-identità tal-persuna ta' Nazzjonalità Taljana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li skond l-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti Oħra tal-Identità (Kap 258), m’għadhomx jinħarġu karti ta’ l-identita lill-barrnin iżda d-dokument ta’ residenza li jinħariġlu jista jintuża bħala dokument ta’ identifikazzjoni.
Il-persuna ikkonċernata issottomettiet l-applikazzjoni iżda ma bgħatitx id-dokumenti kollha. Hija diġa kienet ġiet mgħarrfa b’din it-talba.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-passiġiera li kienu jakkumpanjaw lill-Prim Ministru kull darba li għamel użu minn helicopter tal-Forzi Armati ta’ Malta bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data ta’ kull safra u informazzjoni separata għal kull safra ? Jista’ jgħid, kull min kien ikun fuq kull safra, f’liema kapaċità kien ikun preżenti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija 7326 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta kien ikun ibbukjat helicopter mill-Uffiċju tal-Prim Ministru qatt ma’ kienet tingħata raġuni għaliex ser jintuża l-helicopter. Ir-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux korrett jingħad li fl-ikla tal-Palazz tal-Girgenti tal-Ħamis, 27 ta' Ġunju 2013 li fiha l-Pulizija sajru u kienu waiters, b'kollox kien hemm mal-100 membru tal-Korp, inkluż b'dawk li kienu fil-Banda tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li qed jistaqsi l-erbatax il-mistoqsija rigward l-ikla tal-Girgenti u għal darba oħra l-informazzjoni hija żbaljata.
Jista' l-Ministru jgħid għala wieħed mill-prison vans tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għadu, u ilu ġimgħat sħaħ, wieqaf bil-ħsara?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni hija ¿baljata pero jekk irrid l-Onorevoli Interpellant , nista ngħid lil awtoritajiet tal-ħabs jiprovdulu elenku ta’ l-affarijiet kollha li ma’ kinux jaħdmu l-ħabs fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, inkluż affarijiet indispensabbli għas-Sigurtà fil-Facilita, bħal ma huma CCTV cameras.
Jista’ l-Ministru jispjega għala s-SATU fl-Imtaħleb, essenzjali għall-inmates li jridu jfiequ mill-problema tad-droga jew problemi simili, għadu vojt b’uffiċjali biss stazzjonati hemmhekk, minkejja li r-refurbishment tiegħu ilu li tlesta diversi xhur?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jitfixkel ma’ żminijiet ta’ amministrazzjoni preċedenti, fejn is-SATU għamlet sena u nofs vojta u ma’ tintużax. B’differenza, il-unit tas-SATU fl-Imtaħleb bħalissa mhux qiegħda mitluqa iżda qed tintuża bħala s-sezzjoni tal-YOURS li wara ħafna żmien inħarġet mill-Facilita Korrettiva ta' Kordin. Din is-sistemazzjoni hija waħda temporanja sakemm tinbena il-Facilita l-ġdida tal-YOURS ħdejn is-SATU. Hekk kif is-sezzjoni taż-żghażagh titlesta, il-Unit tas-SATU terġa tibda' topera bħala program ta' terapija għal dawk ir-residenti li għandhom problema ta' addiction.