Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #13609 Sitting 231 2015-01-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Baġit 2015 – spiża għall-pubbliċità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża totali konnessa mal-pubblicità tal-Baġit 2015 kemm qabel il-Baġit kif ukoll wara l-Baġit? Jista’ jagħti break-down ta’ kif intefqu dawn l-ispejjeż, per eżempju f’ billboards,stampar, reklami fil-media, tined, laqgħat mal-pubbliku eċċ? Kif ingħataw il-kuntratti kollha konnessi mal-Baġit 2015? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa konnessa mal-baġit li saret fuq pubbliċità f‘kull gazzetta lokali? Kemm kienet in-nefqa totali fuq kull radio lokali? Kemm kienet in-nefqa totali fuq kull portal? Kemm kienet in-nefqa totali fuq kull stazzjon tat-televiżjoni lokali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #13669 Sitting 231 2015-01-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Telemalta Employees Foundation — taħdidiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu t-taħdidiet mat-Telemalta Employees Foundation?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara taħdidiet preliminari, it-Trustess tal-Fondazzjoni qegħdin jiġbru t-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jingħaddu lin-naħa tal-Gvern.
Leg 12 PQ #11065 Sitting 230 2015-01-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – mobile phones mħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 8 persuni fil-Segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi ill jagħmlu użu minn mobile telephone imħallas mill-Gvern. In-nefqa globali minn April 2013 s’issa kienet ta €7928.83, li hi ekwivalenti għal madwar €65 fix-xahar għal kull persuna.
Leg 12 PQ #12146 Sitting 230 2015-01-21 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11890 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega kemm kien hemm persuni liċenzjati taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment fl-2010, 2011, 2012 u 2013 u kemm hemm żjarat għall-verifika ta’ compliance għand persuni liċenzjati taħt dan l-Att f’dawn is-snin

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #13508 Sitting 229 2015-01-20 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11306 li oriġinarjament saret fl-14 ta’ Ottubru 2014 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, u fis-sena 2013, u kemm hu stmat li tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #13176 Sitting 228 2015-01-19 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ħlas ta’ passaġġ tal-ajru lit-tieni ġenitur li jakkumpanja lit-tifel għal kura barra l-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li fl-2014 bbenefikaw mill-miżura li permezz tagħha l-Gvern beda jħallas għall-passaġġ tal-ajru tat-tieni ġenitur li jakkumpanja lill-ibnu jew lill-bintu għall-kura barra l-pajjiż? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #13498 Sitting 228 2015-01-19 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Rifużjoni fuq it-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9866 li oriġinarjament saret fil-11 ta’ Ġunju 2014 u jgħid jekk persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta u jinvestu f’shares f’banek lokali jew entitajiet oħra hawn Malta humiex intitolati li jitolbu għal rifużjoni (kollha jew parti minnha) mit-taxxa ta’ 35% li l-entitajiet imsemmija jkunu għaddew lid-Dipartiment tat-taxxi Interni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numbru 10365 fis-16 ta’ Lulju tas-sena l-oħra.
Leg 12 PQ #13173 Sitting 227 2015-01-14 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Tnaqqis fir-rata ta’ taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li bbenefikaw matul l-2014 mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 32% għal 29%? Kemm hu maħsub li b’kollox kienet iffrankata taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngharraf lill-Onorevoli Nterpellant li fil-prezent id-Dipartiment m'huwiex f'pozizzjoni li jipprovi l-informazzjoni mitluba. Din l-informazzjoni tkun disponibbli wara li tingabar l-informazzjoni necessarja u jkunu pprocessati l-formuli tat-taxxa ghas-sena bazi 2014, jigifieri lejn l-ahhar kwart tas-sena 2015.
Leg 12 PQ #13174 Sitting 227 2015-01-14 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Tnaqqis ta’ taxxa minn ġenituri li jibgħatu tfal f’childcare centres bi ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibgħatu lill-uliedhom f’childcare centres bi ħlas u li bbenefikaw matul l-2014 mit-tnaqqis fit-taxxa? Kemm huwa maħsub li b’kollox kienet iffrankata taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li fil-preżent id-Dipartiment m'huwiex f'pożizzjoni li jipprovi l-informazzjoni mitluba. Din l-informazzjoni tkun disponibbli wara li tinġabar l-informazzjoni neċessarja u jkunu pproċessati l-formuli tat-taxxa ghas-sena bażi 2014, jiġifieri lejn l-aħħar kwart tas-sena 2015.
Leg 12 PQ #13067 Sitting 225 2015-01-12 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

EXPO 2015 – parteċipazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hix se tipparteċipa fl-EXPO 2015 li se ssir f’Milan? Jekk iva, jista’ jgħid xi preparamenti saru s’issa għal dan il-għan u x’hemm il-ħsieb li jsir aktar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #12698 Sitting 223 2014-12-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana – Enforcement Unit — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-enforcement unit tad-Dwana, meta l-aħħar li daħħlu impjegati ġodda u jekk hux se jinfetħu xi posts għas-sena 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ ħaddiema tal-Customs Class preżentament attribwibbli għall-enforcement unit huwa ta’ 39. L-aħħar dħul kien ta’ tliet impjegati ġodda, b’effett minn Ottubru li għadda wara sejħa miftuħa għal impjegati eżistenti fis-servizz pubbliku. Hu maħsub li fl-2015 jimtlew xi posts oħra li hemm battala.
Leg 12 PQ #12792 Sitting 223 2014-12-16 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – Customer care – ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi suġġetti li l-aktar li jistaqsu fuqhom fil-customer care tal-Ministeru kienu fuq Eżenzjoni First-Time Buyers; Tneħħija tas-Sistema tal-Perit tal-Gvern; Investment Registration Scheme; Inċentivi Għal Min Irid Jaħdem; u 15% Withholding Tax Fuq il-Kera. Dawn m’humiex ilmenti. L-ilment jirriżulta mit-ton tal-individwu u fuq dan, il-ministeru ma jżommx records.
Leg 12 PQ #12867 Sitting 223 2014-12-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Intoduzzjoni ta’ taxxa fuq l-inbid

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'diskussjonijiet kellu l-Ministeru mal-produtturi ta' l-inbid lokali qabel ma ntroduċa taxxa ta' 20 ċenteżmu l-litru fuq l-imbejjed? X'kienet ir-reazzjoni ta' dawn il-produtturi għal din it-taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern iżomm diskussjonijiet għaddejja mal-operaturi ekonomiċi ta’ kull settur ekonomiku, mill-Ministeru li taħtu jaqa’ dan is-settur. Dan japplika wkoll għall-produtturi tal-inbid lokali. Minn naħa tiegħu l-Ministru għall-Finanzi jara illi l-miżuri tad-dħul u nfiq li jitħabbru fil-baġit jirriflettu l-bżonnijiet fl-oqsma diversi, inkluż dak fiskali, u d-deċiżjonijiet dwarhom jittieħdu wara d-diskussjonijiet meħtieġa skont kif jinħass il-bżonn u b’ċertu prudenza biex ma jinħoloqx xi spekulazzjoni bla bżonn qabel il-baġit.
Leg 12 PQ #12868 Sitting 223 2014-12-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Bidliet fit-tassazzjoni ta’ Malta

Question

Billi fl-abbozz ta' liġi dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-baġit hemm numru kbir ta' bidliet li huma proposti fit-tassazzjoni ta' Malta, u billi bosta minn dawn il-bidliet m'hemmx referenza għalihom fid-diskors tal-baġit, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mit-taxxi msemmija fl-abbozz ta' liġi ma jidhru mkien fid-diskors tal-baġit?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kull tibdil propost fit-tassazzjoni ssemma fid-diskors tal-baġit. Barra minn hekk, dan it-tibdil huwa rifless fid-dokumentazzjoni tal-baġit li tressqet quddiem il-Parlament.
Leg 12 PQ #12869 Sitting 223 2014-12-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Dħul ta’ naħal minn pajjiżi barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm kollaborazzjoni ikbar bejn id-Dwana u l-Ministeru ta' l-agrikoltura għal dak li jikkonċerna kontroll dwar id-dħul ta' naħal minn pajjiżi barranin, b'mod partikolari fid-dawl ta' theddida ġdida għal għasel Malti minħabba l-preżenza ta' insett qerriedi, li qed iħarbat in-naħat f'pajjiżi ġirien tagħna? Jekk iva, kif ser isseħħ din il-kollaborazzjoni? Min ser jieħu sehem fiha?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm m’huwiex possibbli għad-Dwana sabiex tikkontrolla b’mod assolut dak li jidħol f’Malta minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, saru arranġamenti speċifiċi sabiex fejn uffiċjali tad-Dwana jinnotaw xi dħul ta’ naħal f’pajjiżna u ma jkunx hemm preżenti uffiċjali tal-Agrikoltura, in-naħal jiġu miżmuma u immedjatament, ikun xi jkun il-ħin, jiġi kkuntatjat uffiċjal tal-Agrikoltura. Barra minn hekk id-Dwana ser tieħu azzjoni fuq kull informazzjoni li taslilha f’dan ir-rigward.
Leg 12 PQ #13026 Sitting 223 2014-12-16 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Fil-każ ta FIAU, MFIN, Lotto, EPD u NSO ir-riposta hija fin-negattiv. Din l-informazzjoni ma tinkludix lil Bank Ċentrali.
Leg 12 PQ #12777 Sitting 221 2014-12-10 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ġiet ippubblikata fil-‘Budget Measures Implementation Bill’ li ġie pprreżenrat fil-Parlament mal-budget.
Leg 12 PQ #12671 Sitting 215 2014-12-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa, il-Ministeru għall-Finanzi għandu applikazzjoni waħda għall-fondi tal-Unjoni Ewropea u din ġiet approvata. Din l-applikazzjoni tkopri l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi kif ukoll sistema effiċjenti ta’ chiller fil-bini tal-Malta Financial Services Authority.
Leg 12 PQ #12700 Sitting 213 2014-12-01 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11753 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11535, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-1 ta’ Ottubru 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra. Din l-informazzjoni ma tinkludix lill-Bank Ċentrali.
Leg 12 PQ #12711 Sitting 213 2014-12-01 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Skema Ċittadinanza b’investiment – dħul finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien s’issa d-dħul finanzjarju mill-iskema ta’ Ċittadinanza b’Investiment? Inħoloq fond soċjali biex jamministra dawn il-fondi? Kif ser jiġu mqassma u fuq liema kriterji jittieħdu d-deċiżjonijiet għal dan it-tqassim?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.