Jista’ l-Ministru jgħid kemm il Gvern qed jistma li se jispiċċaw single parents minn fuq il-benefiċċji soċjali permezz tal-miżura mħabbra fil-baġit?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għan tal-miżuri tal-Baġit m'huwiex kemm se jitnaqqsu persuni minn fuq il-benefiċċji soċjali imma li jingħata futur aħjar lill-istess benefiċjarji u lill-uliedhom, li jitnaqqas il-faqar, u wkoll li jitnaqqas l-abbuż kemm jista’ jkun. Nittama li l-Oppożizzjoni taqbel mal-passi li qed jieħu l-Gvern biex jinqatgħu l-abbużi li jsiru minn flus il-poplu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Awtorità tad-Djar se toħroġ għall-bejgħ numru ta’ appartamenti shell, jew inkella semi-finished, bi prezz issussidjat, twettqitx? Kemm minn dawn l-appartamenti ħarġu għall-bejgħ? Kemm minn dawn l-appartamenti nxtraw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta’ Avviż Legali datat 13 ta’ Frar 2014 l-Awtorita’ tad-Djar ħarġet għall-bejgħ 43 appartament, 3 maisonettes u 40 garaxx f’diversi lokalitajiet f’Malta bi prezz sussidjat ta’ 35% f’każ ta’ appartamenti jew maisonettes u 25% f’każ ta’ garaxxijiet. S’issa ġew aċċettati 25 post. Saru l-konvenji fuq 15-il post u qegħdin fil-proċess li jsir il-kuntratt tagħhom filwaqt li bħalissa qegħdin isiru l-appuntamenti għall-iffirmar tal-konvenji fuq 10 postijiet oħra.
Wegħda tal-Baġit 2014 — Awtorità tad-Djar – xogħol ta’ manutenzjoni fi f’estates tad-djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Awtorità tad-Djar twettaq xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ fi blokki f’estates ta’ djar qodma tal-Gvern, fosthom dawk ta’ San Pawl il-Baħar, Raħal Ġdid u t-Terrace tal-Isla, twettqitx? X’ kienet in-nefqa ta’ dan ix-xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Wegħda tal-Baġit 2014 — Day Centres fil-Birgu u Ħal Balzan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern jiftaħ żewġ day centres fil-Birgu u f’Ħal Balzan twettqitx? Kemm qed jattendu persuni f’dawn iċ-ċentri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-11 ta’ Novembru 2014 ġie ffirmat ftehim bejn id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ u l-Kunsill Lokali tal-Birgu biex il-Berġa tal-Ingilterra tibda tintuża bħala Active Ageing Centre u mhux sempliċi day centre u x-xogħlijiet huma mistennija li jkunu lesti fix-xhur li ġejjin. Fl-24 t’Ottubru 2014 infetaħ ukoll ċentru fil-Gzira.
Dwar iċ-Ċentru f’Ħal Balzan bħalissa qegħdin jiġu evalwati possibiltajiet differenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern, bi sħubija mall-privat, itejjeb is-servizz tat-Telecare permezz ta’ teknoloġija ġdida biex jiġi aġġornat għaż-żmien tal-lum, twettqitx? Fiex kien jikkonsisti dan it-titjib?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Wegħda tal-Baġit 2014 — Day Centres – żieda fin-numru ta’ postijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern iżid n-numru ta’ postijiet fid-day centres b’200 għal 600, twettqitx? Kemm fil-fatt ittieħdu minn dawn il-postijiet disponibbli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – Blokka Rużar Briffa – sistema tad-dawl
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum biex is-sistema tad-dawl fil-blokka Rużar Briffa fir-Residenza San Vinċenz de Paul, tinbidel ma’ oħra aktar effiċjenti? Jista’ jgħid miżura b’miżura x’sar u kemm intefqu flus fuq kull miżura sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – Segretarjat Privat – Customer Care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat Privat li huma inkarigati mill-Customer Care?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern se jaħdem sabiex jiddaħħal mekkaniżmu wieħed għall-ittestjar tal-mezzi twettqitx?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq din il-miżura, li suppost kellha titwettaq mill-Gvern preċedenti, kompla matul din s-sena. Huwa ppjanat li matul l-2015 jitħabbru l-parametri tal-mekkaniżmu sabiex imbagħad tibda l-implimentazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern ifassal strateġija sħiħa li tindirizza l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet twettqitx?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jibqa’ kommess li jassigura sistema ta’ pensjonijiet sostenibbli u adegwata.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena l-pensjoni tal-irtirar bdiet tingħata sħiħa lil dawk l-anzjani li jagħżlu li jkomplu jaħdmu wara l-età tal-irtirar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tal-2007, pensjonanti li jagħżlu li jibqgħu jaħdmu wara l-età tal-irtirar setgħu jagħmlu dan u jirċievu pensjoni sħiħa mingħajr tnaqqis sakemm id-dħul mill-impjieg ma jaqbiżx il-Paga Minima Nazzjonali. Ma kienx dovut li jitħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurtà socjali fuq tali impjieg sa dakinhar.
Minn Jannar 2008 ‘il quddiem, pensjonanti li jagħżlu li jkomplu jaħdmu wara l-età tal-irtirar setgħu jibqgħu jirċievu pensjoni sħiħa mingħajr tnaqqis indipendentament mid-dħul mill-impjieg bil-kundizzjoni li kellhom jibdew iħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali fuq tali impjieg sal-età ta’ 65 sena.
Wegħda tal-Baġit 2014 — Reviżjoni tal-kirjiet soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Awtorità tad-Djar tagħmel eżerċizzju għar-reviżjoni tal-kirjiet soċjali twettqitx? Jekk dan l-eżerċizzju għadu ma twettaqx dan ifisser li jista’ jkun hemm żidiet oħra ma’ dawk li saru din is-sena fil-kirjiet tal-akkomodazzjoni soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-eżerċizzju sar u fil-fatt għandu jiġi mħabbar fil-ġimgħat li ġejjin flimkien mad-dettalji ta’ kif se jiġu kkalkulati l-kirjiet soċjali.
Wegħda tal-Baġit 2014 — waiting listslisti ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Gvern innaqqas l-waiting lists għall-akkomodazzjoni soċjali twettiqtx? Jista’ jgħid b’kemm tnaqqset il-waiting list tal-Awtorità tad-Djar ghall-akkomodazzjoni soċjali u kemm hi eżatt il-lista ta’ stennija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sallum l-Awtorita’ tad-Djar għandha 3,022 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva u dan ifisser nuqqas ta’ 318-il applikazzjoniji meta jiġi kkunsidrat li f’Jannar 2014 kien hemm 3,340.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-baġit għall-2014 li l-Awtorità tad-Djar se tidħol f’Public Private Partnership sabiex tibni aktar appartamenti għall-persuni b’mezzi limitati twettqitx? Kemm persuni qed igawdu minn dawn l-appartamenti llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar bħalissa tinsab ikkonċentrata li iżżid il-units tagħha permezz tal-proposti li daħlu taħt ir-Request for Proposals mingħand il-Privat. Għalhekk, proġetti oħra ta’ bini qed ikunu evalwati
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – Customer Care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li għamlu kuntatt mal-Customer Care tal-Ministeru minn April 2013 u jagħti breakdown tat-talbiet li saru?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Billi l-mistoqsija titlob ħafna riċerka tista’ l-Onor. membru tkun aktar speċifika billi tgħid xi trid tfisser b’kuntatt? It-talbiet kienu diversi, u li jolqtu diversi Ministeri oħra imma l-aktar verifika relatata ma’ servizzi soċjali.
Awtorità tad-Djar – talba għal stallazzjoni ta’ lifts
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9948 u jgħid kemm hemm postijiet u/jew blokks ta' appartamenti li għalihom l-Awtorità tad-Djar għandha talba biex jiġu stallati lifts fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 3 applikazzjonijiet għall-installar ta’ lift ġo blokk fil-Belt, ieħor il-Marsa u ieħor il-Pieta’ li ġew approvati u qegħdin fil-lista ta’ priorita’ ta’ lifts li għandhom jiġu nstallati mill-Awtorita’ tad-Djar. Hemm 3 applikazzjonijiet oħra f’żewġ blokki l-Belt u ieħor fil-Marsa li bħalissa għadhom qed jiġu pproċessati.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li hemm struttura perikoluża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet iż-żewġ applikazzjonijet mingħand il-persuna msemmija fit-13 ta’ Novembru 2014, għalhekk l-applikazzjonijiet għadhom fil-fazi inizjali tagħhom. Pero’ immedjatament l-Awtorita’ tad-Djar ser tibgħat lill-Perit tagħha sabiex jiċċertifika x-xogħol neċessarju f’dan il-post.
Djar tal-Anzjani fil-Belt Valletta, Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 9946 u jagħti d-dettalji ta' dawk id-djar tal-anzjani, night shelters jew day centres għall-anzjani ppjanati fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera u għal kull waħda jgħid fiex se jkun qed jikkonsisti l-proġett, f'liema stadju qiegħed u meta se jibda jopera?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalitajiet tal-Ħamrun u Santa Venera diġa’ hemm Day Centres li ilhom miftuħa għal diversi snin, waqt li d-Dar tal-Anzjani fil-Furjana ilha miftuha iżjed minn għoxrin sena. Fil-preżent il-Ministeru qiegħed jeżamina l-possibilita’ li jinfetħu aktar Djar tal-Anzjani, Day Centres, u night shelters f’lokalitajiet diversi, inklużi dawk il-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — spejjeż ta' assigurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu, sew jekk huma dipartimenti, aenziji, kumpaniji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet għas-sena 2013 u 2014 (sad-data tal-mistoqsija) u jagħti d-dettalji tal-ammonti imħallsa/invoiced u l-aġenziji/brokers tal-assigurazzjoni li mingħandhom qed jittieħed is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.