Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdxin – Servizzi ta’ out-patients u in-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti li joqogħdu f’Għawdex irċevew servizzi ta' out-patients u in-patients matul din is-sena f'kull sptar tal-Gvern f'Malta separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-għadd ta’ out-patients u in-patient fi sptar f’Malta, minn Jannar sa Awissu 2014, fejn il-lokalità Għawdxija kienet irreġistrata bħala residenza kien ta’ ħamest elef, disa’ mija u disgħa u ħamsin (5959).

National Renewable Energy Action Plan – ġenerazzjoni tal-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid skont in-National Renewable Energy Action Plan (NREAP) x’inhi l-kontribuzzjoni ta’ elettriku li dan il-pajjiż ħa jkun qed jiġġenera mix-xemx, mir-riħ u mill-iskart ħalli jilħaq il-mira tas-sena 2020, u ċjoè, li 10% mill-enerġija kollha li tiġi kkunsmata f’pajjiżna tiġi minn sorsi li jiġġeddu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-pjan qed jiġi mibdul biex jieħdu in konsiderazzjoni ir-realtajiet tal-lum.

National Energy Policy – LNG Power Station

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-National Energy Policy għadhiex fis-seħħ jew le? Jekk iva, meta se tiġi emendata ħalli l-LNG power station tiġi rikonoxxuta? Jekk le, meta beħsiebu l-Ministru jabbozza l-Energy Policy l-ġdida?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy ssir kull numru ta’ snin.

Enemalta – power station – progress

Question

Jista’ l-Ministru jelenka, xahar b’xahar għas-sitt xhur li ġejjin, ix-xogħol li l-Enemalta ħa tkun qed timpenja ruħha li twettaq ħalli l-power station il-ġdida tiġi varata kif imwiegħed?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. interpellant li x-xogħlijiet qed isiru mill-Privat.

Port Ħieles — LNG tanker

Question

Li kieku l-LNG tanker kien sorġut kif ippjanat ħdejn il-power station u seħħ inċident similii għal dak li ġara wara l-maltemp tal-Ħadd, 5 ta’ Ottubru, kif ġie rrappurtat li vapur fil-Port Ħieles qata’ ċ-ċimi tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid x’kien ikun il-pjan ta’ azzjoni f’din l-eventwalità għall-power station skont ir-risk assessment li sar fuq il-power station il-ġdida?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sigurtá hija l-ogħla prijoritá għal dan il-proġett u l-operatur ser isegwi l-ogħla standards Ewropej u Internazzjonali.

Enemalta – siti ta’ kostruzzjoni – sorvelja

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-CEO tal-Korporazzjoni Enemalta huwiex jissorvelja siti ta’ kostruzzjoni bħala parti mix-xogħol privat tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permess li ngħatat din il-persuna huwa simili għal dak li kien ingħata taħt l-amministrazzjoni preċedenti meta l-persuna msemmija kienet taħdem fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet tal-Gvern fi ħdan il-Ministeru taħt ir-responsabilità tal-istess Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #11158 Sitting 186 2014-10-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Proġett tas-Sikka l-Bajda – applikazzjoni għal Wind Farm

Question

Peress li f’ġurnal lokali qed jingħad li l-proġett tas-Sikka l-Bajda twaqqaf, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk irtirax l-applikazzjoni li kien hemm quddiem il-MEPA fuq dan is-sit ħalli jiġi żviluppat wind farm ta’ 90MW?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Leg 12 PQ #319 Sitting 185 2014-10-13 Written · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Problema fuq kont tad-dawl — każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema fuq kont tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-każ huwa solvut.

Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, bejn Jannar u Mejju 2014? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja u kemm kienu self-referral? Kemm minnhom iddaħħlu l-isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Sptar Mater Dei – Pazjenti — Average length of stay

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Jannar u Mejju 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-averagelength of stay għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Mejju 2014 jinsab fit-tabella t’hawn taħt: Xahar Average Length of Stay f’jiem Jannar 4.3 Frar 4.5 Marzu 4.7 April 4.9 Mejju 4.7 Ġunju 4.9
Leg 12 PQ #10509 Sitting 185 2014-10-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Mater Dei – Bed occupancy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy fl-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Jannar u Mejju 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni miġbura mis-sistema ta’ CPAS l-average bed occupancytas-sodod fl-Isptar Mater Dei li jintużaw għal in-patients hija kif tidher fit-tabella hawn taħt: Xahar 2014 % Average Bed Occupancy for In-patient beds Jannar 93.7 Frar 91.6 Marzu 91.5 April 92.7 Mejju 92.0

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, bejn Jannar u Mejju 2014, kategorija b`kategorija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bejn Jannar u Mejju 2014 saru wieħed u għoxrin elf, mija u wieħed u ħamsin (21,151) operazzjoni. Meta mqabbel mal-istess żmien tal-2013 kien hemm żieda ta’ 8%.

Sptar Mater Dei — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn Jannar u Mejju 2014 konsulent b’konsulent?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.

Sptar Mater Dei –azjenti fuq stretchers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, bejn Jannar u Mejju 2014? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pazjenti għall-kura barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta bejn Jannar u Mejju 2014? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bejn Jannar u Mejju 2014 intbagħtu mitejn sebgħa u erbgħin (247) pazjent għal kura barra minn Malta: f’Jannar ħamsa u ħamsin (55); fi Frar tmienja u tletin (38); f’Marzu tmienja u ħamsin (58); f’April ħamsa u ħamsin (55) u f’Mejju wieħed u erbgħin (41) pazjent.

Gas pipeline bejn Malta u Sqallija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju dwar il-vijabilità ta’ gas pipeline bejn Malta u Sqallija, li l-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kienet qed taħdem fuqu ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tali studju għadu għaddej.

ARMS Ltd – ġbir ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9913 u jgħid kemm ġabret flus l-ARMS Ltd fl-2012 u fl-2013? Jista’ jgħid ukoll kemm ġabret flus l-ARMS Ltd fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena u kemm ġabret flus fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kuntratt mal-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ffirma mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġaladarba l-Prim Ministru fis-16 ta' Mejju qal li ma jsibx diffikultà li jiġi ppubblikat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni rilevanti tiġi ppublikata fil-mument opportun.
Leg 12 PQ #10628 Sitting 185 2014-10-13 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Mater Dei – ħaddiema – meal allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u li huma intitolati li jieħdu l-ikel, mhux jitħallew jieħdu l-meal allowance kif kienu jagħmlu qabel minflok ikel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li ma hemm ebda ħaddiem li qabel kien jingħata l-meal allowance u li issa twaqqaf.

Meter tal-Ilma – każ individwali

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar meter tal-ilma li jinsab wieqaf u li rapport tiegħu mal-ARMS sar madwar tliet snin ilu mingħajr ma ttieħdet l-ebda azzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata sabiex isir ix-xogħol neċessarju.