Ħal Tarxien – Triq Birżebbuġa – asfaltar ta’ gandott
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26703 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u jordna tiswijiet urġenti, inkluż asfaltar tal-gandott li żviluppa bl-inżul tat-triq, fil-parti ta’ fuq ta’ Triq Birżebbuġa f’Ħal Tarxien, minħabba li hu ta’ periklu kbir għas-sewwieqa u jista’ jkun ta’ ħsara għar-residenzi tal-familji f’din il-parti tat-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li qiegħed jagħmel patching b’mod regolari u skont il-bżonn. Bħalissa qiegħed ukoll fil-proċess li joħroġ sejħa għall-offerti għal servizz ta’ resurfacing u major patching. Tajjeb wieħed jinnota wkoll li din it-triq ġiet fl-istat li hi peress li qed tintuża aktar frekwentement bħala rotot tal-linja.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26026, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħsara li saret fuq waħda mill-karozzi elettriċi xi ġimgħat ilu ġietx imsewwija? Jista' wkoll jgħid x'kienet il-kawża ta' dan l-inċident u x'miżuri ħadet Heritage Malta sabiex dan l-inċident ma’ jerġax iseħħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-ħsara msemmija tinsab fil-proċess li tissewwa. X’aktarx il-ħsara kienet ikkawżata minn użu żejjed. Permezz ta’ hekk tfasslet proċedura sabiex inċidenti bħal dawn ikunu evitati.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26024, jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali kollha tas-sigurtà tal-kuntratturi li kienu u għadhom assenjati ġewwa s-siti, il-mużewijiet u l-Head Office ta' Heritage Malta għandhomx ċertifikat bażiku tal-ewwel għajnuna kif ukoll training bażiku fit-tifi tan-nar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kuntratturi li jipprovdu servizz ta’ sigurta fil-mużewijiet, siti u Head Office ta’ Heritage Malta huma obbligati li l-impjegati tagħhom ikollhom il-ħiliet u l-liċenzji kollha meħtieġa skont il-liġi.
Il-Kalkara – Bighi – Heritage Malta –restawr ta’ smoking shed
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26023, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-smoking shed storika tkun restawrata sa meta jiġi inawgurat il-proġett il-ġdid tal-Esplora?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proġett Esplora huwa kompletament differenti minn Heritage Malta.
Ix-xogħol fuq is-smoking shed jitkompla u jiġi konkluż kemm jista’ jkun malajr skont il-prijoritajiet tal-Aġenzija.
Jista' l-Ministru jgħidilna x'ser tkun l-istrateġija tal-interpretazzjoni marbuta mal-mużew il-ġdid ta' Għawdex (Gozo Museum) vis-á-vis il-partijiet relatati mal-arti u lis-storja tagħha? Jista' jgħid ukoll jekk hux qed jiġi kkonsidrat li artifatti li jappertjenu lil Għawdex jiġu rritornati f'dan il-Mużew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħala interpretazzjoni il-Gozo Museum se jkun qed jiffoka fuq l-istorja ta’ Għawdex tul iż-żminijiet sa llum, permezz ta’ wirja li tiġbor flimkien l-aspetti arkeoloġiċi, storiċi, folkloristiċi, naturali u għall-ewwel darba wkoll dak artistiku. Bħall-proġetti oħra ġodda ta’ Heritage Malta, se tingħata attenzjoni sabiex dan ikun aċċessibbli għall-udjenzi kollha possibbli. Qed jiġu evalwati l-possibilitajiet kollha sabiex oġġetti rilevanti jkunu inklużi f’din il-wirja skont l-esiġenzi tal-aġenzija.
Jista' l-Ministru jgħid x'għamlet Heritage Malta minn Marzu tal-2013 sa issa sabiex ippromoviet l-intangible heritage relatat mal-istorja ta' pajjiżna? Jista' wkoll jgħid x'inhu l-pjan tal-Aġenzija f'din il-materja għas-sentejn li ġejjin u x'budget hemm allokat għal dan l-iskop?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-wirt intanġibbli huwa parti integrali, anzi sostanzjali, mill-programmi edukattivi u attivitajiet kulturali oħra li torganizza Heritage Malta rigward snajja’, drawwiet kulinari, reliġjuzi, eċċ sa mit-twaqqif tagħha. Dan japplika wkoll għal ħafna wirjiet temporanji li torganizza l-aġenzija. Barra minn hekk Heritage Malta tieħu kull opportunita sabiex tiġbor ukoll oġġetti li huma direttament relatati mal-wirt intanġibbli iżda fil-forma tanġibbli tagħhom, bħal per eżempju għodda ta’ ċertu snajja, ecc. Dan jibqa’ jsir fis-snin li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħidilna kemm persuni żaru t-Tempji Ta' Skorba u Ta' Ħaġrat fl-Imġarr bejn Jannar u Ġunju 2015 u Jannar u Ġunju 2016 rispettivament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Ġunju tal-2015 f’Ta’ Haġrat marru 823 u fi Skorba marru 220 viżitatur rispettivament, filwaqt li bejn Jannar u Gunju tal-2016 marru 998 u 606 persuna li tfisser żieda totali ta’ 54%.
Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla – bankini u culverts
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26391, 26213 u 26494 u jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Stazzjon Nazzjonali — Programm “Realtà” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Realtà” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Realta’ li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Stazzjon Nazzjonali — Programm “Reporter” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Reporter” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Reporter li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Stazzjon Nazzjonali – Programm “Skjetti” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Skjetti” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Skjetti li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Stazzjon Nazzjonali – Programm “Times Talk” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Times Talk” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Times Talk li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Stazzjon Nazzjonali – Programm “Xarabank” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Xarabank” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Xarabank li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Stazzjon Nazzjonali – Programm “Twelve2Three” – lista tal-mistiedna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Twelve2Three” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Twelve2Three li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.
Jista' l-Ministru jara li jkunu infurzati regolamenti tat-traffiku relatati mal-parkeġġ fiż-żona tal-bajja biswit Riviera Martinique, limiti ta' Għajn Tuffieħa, fejn qed ikun hemm abbuż fuq parkeġġ riżervat għall-persuni b'diżabilità u minflok qed jitħallew jipparkjaw muturi u vetturi oħra mhux ta' persuni b'diżabilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr li dan il-kunsill ġibed l-attenzjoni tal-Pulizija kif ukoll tal-LESA sabiex jassiguraw li tiġi mħarsa l-liġi. Naqbel mal-Onor Interpellant li dan l-abbuż huwa inaċċettabbli.
Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Qrendi – Kuntratti ta’ Servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26225 u 26428 u jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellhom il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Qrendi bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta’ Sannat – Kuntratti ta’ servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26224 u 26429 jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellhom il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta' Sannat Għawdex bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Xgħajra, Qrendi, Żurrieq, u Ħaż-Żabbar– Xogħlijiet — Kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26221 u 26432 u jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali ta' Kalkara, Ħad-Dingli, Xgħajra, Qrendi, Żurrieq u Ħaż-Żabbar kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tax-Xandir – attendenza taċ-Chairperson għall-Eurovision Song Contest
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25640 u jikkonferma li ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir telgħet Stokkolma għall-Eurovision Song Contest? X’kien l-skop tal-mawra? Kemm swiet fit-total din il-mawra, inkluż vjaġġi, akkomodazzjoni u perkaċċi?
Awtorità tax-Xandir – attendenza taċ-Chairperson għall- Eurovision Song Contest
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25641 u jgħid kemm-il Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir tela’ mad-delegazzjoni tal-PBS, bħala parti mid-delegazzjoni jew mhux, biex jara l-Eurovision Song Contest matul is-snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma kien hemm każ fejn chairperson tal-Awtorita tela’ għall-Eurovision. Bhala punt ta’ kjarifika, ċ-chairperson tal-Awtorita' din is-sena telgħet Stokkholma għall-Eurovision, pero’ din ma kinetx tifforma parti mid-delegazzjoni tal-PBS. Fil-fatt, l-ispejjeż tal-mawra ġew koperti mill-Awtorita’ tax-Xandir u ammontaw għal Euro 3453.25. Irid jingħad li fis-snin l-imgħoddija l-Awtorita’ tax-Xandir kienet membru sħiħ tal-EBU. F’Malta sew iċ-chairperson u uffiċċjali tal-Awtorita’ ġieli attendew attivitajiet li kienu qed jiġu organizzati mill-PBS Ltd.